Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imġarr - Skola Primarja - Estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex l-Iskola Primarja tal-Imġarr tiġi mkabbra, minħabba l-għadd ta’ studenti li dejjem jikber? Jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li tinbeda din l-estensjoni u jispjega kif se jsir dan flimkien mal-kunsill lokali jew awtoritajiet oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST - Letturi u impjegati - Salarji żbaljati f’Jannar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm letturi u impjegati fl-MCAST li nħarġilhom is-salarju żbaljat f’Jannar 2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul Jannar ta’ din is-sena nħarġu total ta’ 373 payslips li kienu jeħtieġu aġġustament. Minn dawn, 352 kienu marbuta ma’ kwistjoni fis-sistema tal-pagi Dakar, li ma rriflettietx b’mod sħiħ il-faxxa tat-taxxa applikabbli.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni , inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33366.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33397.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infrumat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Ix-Xewkija - Skola tal-Arti - Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li attendew korsijiet fl-Iskola tal-Arti fix-Xewkija matul is-sena skolastika 2023-2024 u 2024-2025?  Jista’ jgħid ukoll kemm huwa n-numru tal-istudenti li bdew korsijiet fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Segretarjat għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażaġħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni , inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Novembru 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm intake ta’ studenti ġodda għas-sena skolastika 2026-2027 fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, il-Wardija? Jekk iva, kemm hu n-numru ta’ studenti li ser ikunu qegħdin jidħlu għall-ewwel darba fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? Jekk le, x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel primarji u sekondarji - Tkeċċija ta’ studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew imkeċċija (expelled) mill-iskola għal perjodu qasir jew fit-tul kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif  separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS - Għaqdiet sportivi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Testijiet tal-Anti-doping

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-anti-doping matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-testijiet li saru fl-2025 irriżultaw pożittivi u x’passi ttieħdu wara kull każ ta’ riżultat pożittiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel primarji u sekondarji - Sospensjonijiet ta’ studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fi skejjel primarji u sekondarji li ġew sospiżi (suspended) mill-iskola kull sena fis-snin bejn l-2021 u l-2025 u jagħti t-tagħrif separatament għal skejjel primarji u dawk sekondarji? F’każ li m’hemmx din l-informazzjoni, jista’ jagħti l-aħħar ċifri miġbura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Malta’s 4th National Action Plan – Commitment 4 – Youth Proofing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-implimentazzjoni ta’ ‘Commitment 4 – Youth Proofing’ tal-Malta’s 4th National Action Plan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel primarji - Multi-sensory rooms

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31872, 32170, 32290, 32675, 32898, 33130 u 33158 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-multi-sensory rooms jiġu installati skont il-ħtieġa tal-iskola.

Għawdex – Skejjel tal-Gvern – Livell sekondarju u post-sekondarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ tfal li bħalissa qed jattendu l-iskejjel tal-Gvern fil-livell sekondarju u post-sekondarju f’Għawdex, maqsuma skola skola, u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika u kemm minnhom huma barranin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Għawdex bħalissa hemm total ta’ 1,386 student fl-iskejjel sekondarji u dak post-sekondarju.

Il-Pulizija – Interventi fi skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba kellha tintervjeni l-Pulizija minħabba rapporti ta’ ġlied bejn studenti fl-iskejjel rispettivi tagħhom matul l-2021, 2022, 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema skejjel saru dawn ir-rapporti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.