B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19111, minħabba li mhux possibli li tingħata referenza għal xi sit partikolari, proprju għaliex il-mistoqsija kienet sabiex il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi liema huma l-artijiet tal-Gvern fi Triq Salvu Cauchi bejn Triq in-Nassaba u Triq San Pawl, f'Ħal Safi, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tali pjanta li turi l-artijiet kollha tal-Gvern fi Triq Salvu Cauchi bejn Triq in-Nassaba u Triq San Pawl, f'Ħal Safi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan li tirreferi għat-triq imsemmija fil-Mistoqsija tal-Onor. Membru. Ninsab infurmat li f’din it-triq m’hemmx propjetajiet tal-Gvern.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinħarġu kif approvati ċentralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Organizzazzjoni volontarja — Ħlas għall-proprjetajiet f’Pembroke u fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20501 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid kemm jammontaw il-kirjiet li l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa Pembroke u kemm tħallas għall-proprjetà li għandha ġewwa l-Belt Valletta?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha ngħataw separatament qed tħallas €558.38 kull sena ta’ proprjetà li għandha f’Pembroke.
Fir-rigward tal-proprjetà li għandhom fil-Belt Valletta jħallsu kirja ta' €2.68 fis-sena li kienet ingħatat lura fl-1994 permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari għall-prezz ta’ Lm1 fis-sena li jiġi rivedut.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct Order ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20119 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinhargu kif approvati ċentralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19161 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18592 rigward il-proċeduri ġudizzjarji pendenti dwar is-sit tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti l-okkju, in-numru tar-rikors, u jgħid quddiem liema Qorti għaddejjin il-proċeduri msemmija?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18854 u jippreżenta lista tal-eviction orders li għadhom attivi u li turi d-dati ta’ meta nħarġu dawn l-ordnijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda persuna msemmija fid-dettalji mogħtija separatament ma’ kellha ngaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru.
Kunsilli Lokali — talba għal devoluzzjoni ta’ proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal devoluzzjoni ta' art jew proprjetà lil xi Kunsill Lokali f'Malta jew f'Għawdex hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Artijiet? F’kull każ għal liema art jew proprjetà hija t-talba u r-raġuni għaliex qed tintalab mill-Kunsill Lokali? Jista' jgħid ukoll f'kull każ, kemm ilha pendenti t-talba u f’liema stadju wasal l-ipproċessar tagħha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm żewġ talbiet pendenti għal devoluzjonijiet lill-Kunsilli Lokali:
· Mill-Kunsill Lokali tal-Mosta għal ġnien f’Ta’ Mlit.
· Mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq għas-sit f’Ta’ Ħaxum.
L-ipproċessar taż-żewġ applikazzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet jinsabu fi stadju avvanzat. Il-proġetti proposti għaż-żewġ siti għandhom l-għan li jiżdiedu l-ispazji ħodor miftuħa b’risq il-komunità.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema titolu ngħatat lil terzi l-Batterija tal-Ponta ta' Tas-Sliema magħrufa bħala l-Fortizza ta' Tas-Sliema? Jista' jgħid meta ġie ffirmat il-ftehim dwar l-imsemmija proprjetà u meta jiskadi l-imsemmi ftehim?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Batterija tal-Ponta ta’ Tas-Sliema għaddiet lil terzi b’ċens temporanju fis-7 ta’ Mejju fl-1998 għal 65 sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà pubblika tinsab vakanti fil-lokalità ta' Tas-Sliema? Jista' jagħti rendikont sħiħ u dettaljat ta' liema huma dawn il-proprjetajiet, inkluż l-indirizz tagħhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sit jew siti qed jagħmel referenza għalihom.
Il-Manikata — Triq il-Knisja il-Qadima u Triq il-Fuħhar - Titolu ta' art
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20260 u jgħid fuq min hu t-titolu ta' art bejn Triq il-Knisja il-Qadima u Triq il-Fuħhar, il-Manikata, kif muri fil-pjanta li qed tintbagħat separatament? Jista’ jgħid x’inhi l-intenzjoni dwar din l-art u x’jista’ jsir skont il-pjan lokali? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-livelli tal-art komparat mal-livell tat-triq kif inhi llum (jekk hix se tkun 'il fuq mil-livell tat-triq)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Membru li ninsab infurmat li parti sostanzjali mill-art indikata fil-mistoqsija hija proprjetà tal-Gvern filwaqt li hemm parti oħra li hija tal-privat. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi dan waqt li l-kumplament tal-mistoqsija għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kif wieħed jista’ jwassal ilment dwar triq li qiegħda tiġi indikata b'mod skorrett fuq is-sistema tal-Lands Registry u dwar kif jista’ jkollu site plan bl-isem tat-triq indikata korrettament, wara li dan ma jkun irċieva l-ebda soluzzjoni mir-Reġistru?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li kull individwu jista’ jressaq ilment fejn jirrigwardja ir-Reġistru tal-Artijiet mal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet fuq email: enquirieslandregistry@gov.mt. L-Aġenzija tinsab għaddejja minn proċess sabiex fil-futur qrib dawn il-mapep ikunu aġġornati bl-aħħar mappa tal-gżejjer Maltin b’mappa komuni li qed tintuża mill-aġenziji kollha governattivi u allura anomaliji bħal dawn ikunu tneħħew.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.