Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi tip ta' internal audits f'dawn l-aħħar tliet snin fir-Residenza San Vinċenz de Paul u fuq liema raġuni/materja saru?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm-il sodda hemm fir-Residenza San Vinċenz de Paul u kemm minnhom huma okkupati sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa f'SVP b'kollox hemm madwar 1,400 sodda. Minnhom, 1,330 huma okkupati. L-oħrajn jinsabu fi swali li bħalissa qed jiġu rinovati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sodda għall-kura tal-anzjani hemm fi djar tal-anzjani privati fil-komunità li tagħhom hu responsabbli l-Gvern? Jista’ l-Ministru jgħid f'liema djar qegħdin u kemm-il sodda hemm, dar b'dar?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha total ta’ 2,565 sodda għall-kura tal-anzjani fi djar tal-anzjani privati fil-komunità li tagħhom hu responsabbli l-Gvern. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar arranġament ma’ dar tal-anzjani fil-privat bħala Public Private Partnership, ma’ liema dar u x’kienet ir-rata li ngħatat?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar ftehim sar fit-30 ta’ Novembru 2022 mad-dar tal-anzjani privata The Imperial. L-informazzjoni l-oħra ma tistax tingħata minħabba li hija kummerċjalment sensittiva.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7787 fejn il-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6879, jista’ l-Ministru jgħid x'servizzi għall-anzjani qed jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u liema huma dawk is-servizzi għall-anzjani li jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex peress li din it-tweġiba ma tirrigwarda bl-ebda mod dan is-suġġett?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Anzjanità Attiva qed jipprovdi diversi servizzi f’Għawdex għall-anzjani Għawdxin. Dawn is-servizzi li qed jiġu provduti mill-klinika multidixxiplinari ta’ Dar Padova f’Għajnsielem huma; Servizz ta’ Flebotomija (Teħid tad-demm); Servizz Domiċiljari ta’ Infermier u Carer; Servizz ta’ Kontinenza (b’kollaborazzjoni mal-Ministeru t’Għawdex), Klinika Vaskulari, Servizzi ta’ Podjatrija, Occupational Therapy, Servizz Dijetetiku Domiċiljari u ta’ Nutrizzjoni, Servizz ta’ Night Shelter, Servizz ta’ Psikoterapija, Interventi mit-Tim tad-Dimensja, Ċentru tal-Attività tad-Dimensja u s-servizz ta’ trasport għall-anzjani magħruf bħala Silver-T.
Fir-rigward ta’ servizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex, nistieden lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Nadur, Għawdex – Triq it-Tiġrija – ftuħ ta’ dar tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dar tal-anzjani li kellha tinbena fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur, u li waħda mill-predeċessuri tiegħu kienet għamlet konferenza tal-aħbarijiet biex tħabbar il-bini u l-ftuħ ta' din id-dar, għadhiex taqa' taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu u jekk iva, fiex wasal il-proċess? Jekk le, taħt liema Ministeru għadda dan il-proġett wara li kien tħabbar b'tant pompa mill-Gvern Laburista fl-ewwel leġiżlatura tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett ma jaqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — persuni reġistrati bħala self-employed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).
Għawdex — Ċentru għas-Servizzi għall-Anzjani – xogħol u impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol fuq iċ-ċentru għas-Servizzi għall-Anzjani fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat Għawdex? Jista' jgħid kemm hemm persuni impjegati fl-istess Ċentru u f’liema grad huma impjegati dawn il-persuni?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru Servizz Anzjan huwa mmexxi minn Senior General Practionioner, li hu l-istess wieħed li jmexxi Dar Padova. Miegħu hemm impjegata waħda u għaxar ħaddiema li huma pprovduti mill-kuntrattur, li jagħmlu xogħol amministrattiv, customer care, receptionist, cleaners u uffiċjali tas-sigurtà.
Dwar l-ispejjeż relatati ma' dan l-uffiċċju ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maġġoranza tax-xogħlijiet ta’ ristrutturar saru mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva kif ukoll intużat il-maġġoranza tal-għamara li kienet diġà fil-binja. Għaldaqstant l-ispejjeż ta’ ristrutturar kienu minimi u ammontaw għal €47,638.25 (VAT inkluża).
Anzjani jistennew biex jiddaħħlu fi djar tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jistennew li jiddaħħlu f'dar tal-anzjani tal-Istat u/jew tal-privat wara li sarulhom l-assessments u ġie deċiż li jikkwalifikaw għal dan?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 1,536 anzjani li qed jistennew li jiddaħħlu f'dar tal-anzjani tal-Istat wara li sarulhom l-assessments u ġie deċiż li jikkwalifikaw għal dan.
Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru siefer post wieħed fejn japplika r-roaming u t-total tal-ħlas huwa ta’ € 132.82.
Dipartiment tal-Anzjanità Attiva — xiri ta' e-scooters disponibbli għall-anzjani
Question
Fid-dawl li f'Ottubru 2019 id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva nefaq eluf ta' ewro fuq scooters biex jintużaw minn anzjani fil-Belt Valletta, jista’ l-Ministru jgħid meta beda jaħdem il-proġett pilota tal-e-scooters biex jintużaw mill-anzjani fil-Belt Valletta? Kemm ġie jiswa dan il-proġett? Jista' jagħti break down tal-ispejjeż? Meta beda jiġi implimentat dan il-proġett? Kemm-il scooter inxtara? Kemm persuni għamlu użu minn dan il-proġett s'issa? Jista’ jgħid ukoll x'sar minnhom l-e-scooters meta ġie mniedi dan il-proġett u li fuqhom intefqu €600,000?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett kien proġett pilota li kien beda jopera fil-15 t’Ottubru 2019. Kontra l-impressjoni li tipprova tingħata, iż-żewġ scooters elettriċi li nxtraw ġew jiswew €4,983.
Bejn il-15 t’Ottubru ta’ 2019 u Marzu tal-2020, 53 klijent ibbenefikaw minn dan is-servizz. F’Marzu ta’ 2020 il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta talab sabiex jibda jikkoordina dan is-servizz.
Minn żmien il-pandemija dan is-servizz kien waqaf minħabba li ma baqax ikun hemm talba għalih.
Rabat, Għawdex – Triq ir-Repubblika – Ċentru Servizz Anzjan
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li qed jintuża bħala Ċentru Servizz Anzjan fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex, ġiex akkwistat mill-Ministeru tiegħu jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-akkwist jew tal-lokazzjoni? F'każ ta' lokazzjoni, jista' jgħid ukoll għal kemm żmien ġie mikri u kemm qed titħallas kera għal din il-kirja?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rabat, Għawdex – Triq ir-Repubblika – Ċentru Servizz Anzjan
Question
Jista' l-Ministru jelenka x'servizzi qed jingħataw miċ-Ċentru Servizz Anzjan li nfetaħ fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat Għawdex?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li miċ-Ċentru Servizz Anzjan, li jinsab ġewwa r-Rabat Għawdex, jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet tal-anzjani għad-diversi servizzi li toffri l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Għaldaqstant minn dan l-uffiċċju jingħata wkoll servizz ta’ informazzjoni u direzzjoni medika lill-anzjani dwar dawn is-servizzi. L-anzjani Għawdxin jistgħu wkoll jirrikorru għal dan l-uffiċċju biex jakkwistaw il-formola tal-applikazzjoni għal xi servizz u kif ukoll jekk isibu xi diffikultà biex jimlew l-istess applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi għall-anzjani qed jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u liema huma dawk is-servizzi għall-anzjani li jingħataw f’Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija b’rabta mal-mistoqsija parlamentari 6879 tas-seduta Numru 101 tal-20 ta’ Marzu 2023.
Għar-rigward ta’ servizzi għall-anzjani offruti mill-Ministeru għal Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Servizz ta’ trasport għal min ikun qed iżur ir-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7451, jista' l-Ministru jgħid min hu l-operatur imqabbad mill-Kumitat tal-Welfare biex jagħti servizz ta' shuttle waqt il-ħinijiet tad-dħul tal-viżitaturi? Jista' jgħid ukoll kemm qed jiswa dan is-servizz?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Mellieħa – Ġnien il-Qigħan – korrispondenza dwar it-Teatru Grieg
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, id-Dipartiment tal-Anzjani u Care Malta dwar it-Teatru Grieg li jinsab fi Ġnien il-Qigħan ġewwa l-Mellieħa?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korrispondenza dwar it-Teatru Grieg li jinsab fi Ġnien il-Qigħan ġewwa l-Mellieħa kienet bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u kumpanija privata Care Malta. Għalhekk hu xieraq li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vincenz de Paul – servizz ta’ konsulent oftalmologu għall-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx servizz ta' konsulent oftalmologu offrut lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul fil-post, kemm bħala servizzi kliniċi kif ukoll bħala operazzjonijiet? Jekk iva, jista' jgħid kemm ingħataw minn dawn is-servizzi kull xahar minn Jannar 2021 sal-lum?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Faċilità għall-Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul jingħata servizz ta’ oftalmoloġija minn:
1. Speċjalista ġerjatriku b’interess speċjali fl-oftalmologija u
2. Speċjalisti fl-Oftalmologija mill-isptar Mater Dei li jagħtu servizz ta’ Out-patients miċ-ċentru tal-kura ġerjatrika, inkluż residenti ġewwa San Vinċenz.
Bejn is-sena 2021 u Marzu 2023 kien hemm elf mija u wieħed u tletin (1,131) anzjan li bbenefikaw minn dan is-servizz minn San Vinċenz kif indikat fit-tabella hawn taħt.
2021
2022
2023
JANUARY
16
15
75
FEBRUARY
25
21
81
MARCH
10
35
97
APRIL
27
12
65
MAY
31
47
0
JUNE
23
30
0
JULY
25
29
0
AUGUST
28
30
0
SEPTEMBER
33
59
0
OCTOBER
30
92
0
NOVEMBER
41
68
0
DECEMBER
16
70
0
TOTAL
305
508
318