Legislature:
Category:
Reset
Active:

Barrieri – Impatt fuq il-kwalità tal-arja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif jiġi kwantifikat l-impatt li jkollhom l-attivitajiet tal-barrieri fuq il-kwalità tal-arja u jekk isirx baseline study, bħala investigazzjoni jew assessjar inizjali, biex ikun dokumentat il-livelli tat-trab u l-emissjonijiet fl-ambjent qabel tibda l-attività tal-barrieri?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21090.

Fish farms

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi lista dettaljata tal-permessi kollha maħruġa għal kull fish farm fl-ibħra Maltin, u tinkludi d-dati ta’ skadenza ta’ dawn il-permessi? Tista' tgħid jekk humiex qed jinkisru xi kundizzjonijiet imposti fuq fish farms li jinsabu viċin ix-xatt?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li mill-2017, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħarġet 29 multa amministrattiva u ordni ta’ waqfien fil-konfront tal-operaturi tal-fish farms skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn l-azzjonijiet ta’ infurzar ittieħdu wara li, minn spezzjonijiet kontinwi mwettqa mill-Awtorità, instabu nuqqasijiet ta' konformità u/jew ksur tal-permessi ambjentali mill-istess operaturi. Minbarra l-azzjonijiet ta’ infurzar, l-Awtorità timplementa miżuri proattivi permezz ta’ komunikazzjoni kontinwa mal-operaturi individwali tal-fish farms kif ukoll mal-Federazzjoni tagħhom biex tiżgura li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet, miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa kif ukoll rimedji immedjati biex jonqos l-inkonvenjent ambjentali u l-istanzi li jwasslu għal nuqqas ta’ konformità ma jirrepetux ruħhom. Dwar il-kumplament tal-informazzjoni mtiluba ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex din tinġabar.

Delimara – kuntratti u side agreements bejn l-Enemalta u Kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti u side agreements/ittri bejn l-Enemalta u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li jitratta l-kiri tal-generators f’Delimara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament u li ma sarux side agreements. Dettalji personali ta’ individwi ġew mgħottijin għal raġunijiet ta’ data protection.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ġunju 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W217.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W235.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Novembru 2023?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W254.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W274.

San Pawl il-Baħar — Permessi għal crusher waqt xogħlijiet ta' tqattigħ jew skavar

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħarġitx xi permess biex jitpoġġa crusher fuq is-sit waqt li għaddej tqattigħ jew skavar fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva, għal liema siti ngħata dan il-permess?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħda tirriferi għall-iżvilupp fis-sit tal-Mistra Village fix-Xemxija, b’rabta mal-permess tal-ippjanar PA6747/18. Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) irċiviet talba mill-Perit responsabbli mill-proġett għal clearance biex jitpoġġa mobile crusher temporanjament fuq is-sit waqt li għaddej tqattigħ jew skavar. L-ERA ma oġġezzjonatx għal din it-talba sakemm jibqa’ jiġi żgurat li l-miżuri ta' mitigazzjoni deskritti fil-permess jiġu osservati.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W292.

Skart pirotekniku — Rimi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy jew il-prassi relatata ma' rimi ta' skart pirotekniku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart li qed jirreferi għalih huwa regolat mill-Ordinanza Dwar l-Esplossivi (Kap. 33) u għaldaqstant nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Enemalta — Xogħlijiet fi Triq Burmarrad

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi site plan li tindika fejn twettqu x-xogħlijiet mill-Enemalta fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina)? Tista' tgħid ukoll jekk ix-xogħol mill-Enemalta tlestiex? Jekk iva, meta tlesta u jekk le, meta hu mistenni li jitlesta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 17689, ninfurmaha li x-xogħlijiet mill-Enemalta tlestew f’Marzu li għadda.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Xogħlijiet fi Triq Burmarrad

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi site plan li tindika fejn twettqu x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina)? Tista' tgħid ukoll jekk ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tlestiex? Jekk iva, meta tlesta u jekk le, meta hu mistenni li jitlesta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19040, ninfurmaha li x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tlestew f’Ġunju li għadda.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnha u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u tgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sejħa pubblika CT 2023/2022 — Konsulenti esterni u/jew service providers

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ konsulenti esterni (u/jew service providers), li kienu/huma ingaġġati fis-sejħa pubblika CT 2023/2022, b’kull service provider/konsulent u x’kien ir-rwol tiegħu, kemm tħallas, u x’tip ta’ proċedura ntużat sabiex tali servizz jinxtara mill-Ministeru u/jew minn WasteServ (Malta) Limited u/jew mid-Dipartiment tal-Kuntratti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed nassumi li l-Onor. Interpellanta qed tirreferi għas-sejħa pubblika CT 2032/2022 (u mhux CT 2023/2022 kif jingħad fil-mistoqsija). Il-konsulenti ngaġġati biex jassistu lill-Wasteserv Malta f’din is-sejħa huma COWI A/S, Frith Resource Management Ltd, Willis Ltd, Ganado & Associates Advocates. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba tinsab fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Niċċara li l-ammont indikat għal COWI A/S jinkludi servizzi ta’ konsulenza teknika għal sejħiet oħra apparti s-sejħa CT 2032/2022.

Ċertifikat — Unleaded petrol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa l-perċentwal ta’ ethanol fil-petrol unleaded fuq is-suq lokali u tipproduċi kopja taċ-ċertifikat ta’ kwalità għall-petrol unleaded importat lejn Malta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli timponi obbligi speċifiċi ta' sostenibbiltà fuq is-settur tat-trasport. Kull Stat Membru huwa meħtieġ jirrapporta l-proporzjon ta' enerġija bijokarburanta sostenibbli bħala persentaġġ tal-kontenut totali tal-enerġija tal-fjuwils użati fit-trasport. Fl-2023, il-kontribuzzjoni ta' Enemed għall-fjuwils rinnovabbli fis-settur tat-trasport inkludiet: - Minimu ta’ 11% ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum finali totali tal-enerġija, b’tal-inqas 0.2% derivat minn bijokarburanti avvanzati. - Tnaqqis ta’ tal-inqas 6% fl-intensità tal-gassijiet serra. Qed inpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Project Green — Għoti ta’ sahra

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14153 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata dwar kemm kien hemm impjegati li bbenefikaw mill-għoti tas-sahra mill-aġenzija Project Green, maqsuma xahar b'xahar, minn Frar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pompi tal-petrol — Bejgħ ta' fjuwil

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru totali ta' pompi tal-petrol li bħalissa qed joperaw u jipprovdu bejgħ ta' fjuwil f'Malta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Mill-informazzjoni mogħtija lili mir-REWS, bħala regolatur tal-enerġija u l-ilma, u mill-ERA bħala regolatur tal-ambjent, jirriżulta li b’kollox, madwar Malta u Għawdex, hawn 76 pompa li jfornixxu fjuwil lill-konsumaturi inġenerali. Minn dawn hemm 57 li għandhom liċenzja kurrenti, filwaqt li 19 li qegħdin fil-proċess li jkollhom il-liċenzja mġedda wara li jagħmlu x-xogħlijiet ta’ rinnovament meħtieġa. Mis-57 li għandhom liċenzja kurrenti, 48 għamlu r-rinnovament meħtieġ, wieħed għaddej bix-xogħlijiet, 4 ingħataw clearance mir-REWS fuq ix-xogħlijiet meħtieġa, filwaqt li 4 oħra għadhom fil-proċess li jissottomettu l-pjan tagħhom lir-REWS. Mid-19 li jrid ikollhom il-liċenzja mġedda hemm 3 li għaddejjin bix-xogħlijiet, 9 li ngħataw clearance mir-REWS fuq ix-xogħlijiet meħtieġa, filwaqt li 7 oħra għadhom fil-proċess li jissottomettu l-pjan tagħhom lir-REWS. Infurmata wkoll li r-REWS għandha proċess biex min għadu ma ssottomettiex il-pjanijiet jagħmel dan mingħajr dewmien, biex imbagħad jingħata perjodu raġonevoli ħalli jwettaq ix-xogħlijiet meħtieġa. Skont ir-REWS iċ-ċirkostanzi tas-suq, speċjalment l-ammont żgħir ta’ operaturi fis-settur mhux dejjem jagħmilha faċli li jkun hemm ħeffa fl-implimentazzjoni fosthom minħabba t-tul ta’ żmien meħtieġ biex jinġieb l-apparat u biex jinstabu kuntratturi li jinstallaw f’qasir żmien. Sadanittant, min-naħa tal-ERA kien deċiż li tintuża l-prassi li fejn ix-xogħlijiet ikunu saru skont kif permess mir-REWS din toħroġ il-permess ambjentali hekk kif l-operatur japplika u jissottometti d-dokumenti meħtieġa. Min-naħa tal-ERA, mis-76 operatur inkwistjoni, hemm 34 li nħarġilhom permess ambjentali (li 11 minnhom għandhom bżonn tiġdid), 25 li għandhom applikazzjoni li għadha qed tiġi proċessata u 17 li għadhom m’għamlux applikazzjoni. L-ERA wkoll għandha proċess b’mod parallel mar-REWS biex il-każijiet kollha jkunu regolarizzati filwaqt li wieħed jieħu inkonjizzjoni r-realtijiet li semmejt qabel.

Pompi tal-petrol — Xogħol ta' rinnovazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru totali ta' pompi tal-petrol li sar xogħol ta' rinnovazzjoni fuqhom bejn Jannar 2018 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20990.

Provvista tal-elettriku — tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni – kampanja ta’ reklamar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm swiet il-kampanja li saret wara s-sajf tal-2023 sabiex ikun irreklamat it-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’pajjiżna, u tagħti breakdown tan-nefqa b’mod li tkun tinkludi kull forma ta' reklamar, bħal ads u reklami online, reklami f'pubblikazzjonijiet u gazzetti, reklami fuq it-televiżjoni u attivitajiet ta’ promozzjoni fost oħrajn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Bħala parti mill-pjan biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku madwar il-pajjiż, fl-aħħar xhur Enemalta poġġiet 82 kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dan ix-xogħol kompla jżid ir-reżiljenza u l-flessibbiltà fin-network tagħha. Matul din is-sena biss, ġew ikkummissjonati wkoll 43 substation ġdida, tkabbret il-kapaċità ta’ 39 substation oħra u saru 23 switchgear replacements. Għaddejja ħidma sħiħa biex dan ir-rinfunzar fis-sistema tad-distribuzzjoni jissokta billi jkompli jiġi attwat l-pjan ta’ 6 snin li għandha Enemalta. Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.