Msida — Żona tas-Swatar - Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fiż-żona tas-Swatar fil-lokalità tal-Imsida matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità ta' San Ġwann matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
San Ġwann – Żona tal-Kappara — Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fiż-żona tal-Kappara fil-lokalità ta' San Ġwann matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Belt Valletta matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Floriana matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tal-Ħamrun matul il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11135.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10610, issa li għaddew 3 xhur minn mindu konna mgħarrfa li l-proċess ta’ ristruttura kien fil-fażi finali tiegħu, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ impjegati ta’ Project Green, f’liema skala u grad u kemm hemm impjegati f’kull skala?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10612 u issa li s-sensiela ta’ events "Unplugged - Midweek in the Park" jidher li waslu fi tmiemhom, tgħid kemm kien hemm minnhom, kemm intefaq għall-organizzazzjoni tagħhom, u kemm intefaq għar-riklamar tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta twaqqfet fil-bidu ta’ din is-sena s’issa, Project Green diġà ħabbret aktar minn €50 miljun investiment f’diversi proġetti madwar Malta u Għawdex. Dawn jinkludu proġetti li se jsiru fil-lokalitajiet ta’ San Ġwann, Mosta, fil-Kottonera, Tal-Pietà, Żurrieq, Raħal Ġdid, Marsaxlokk, San Pawl il-Baħar, Msida, Ħal Għargħur, Għajnsielem, Għaxaq, Mellieħa, Mtarfa, Santa Venera, kif ukoll l-ewwel ġnien carbon-neutral fil-gżira Għadwdxija li se jsir fix-Xewkija.
Fl-istess waqt, din is-sena diġà tlestew aktar minn 45,000 metru kwadru f’ġonna u spazji miftuħa ġodda jew riġenerati madwar il-pajjiż. Wieħed mill-għanijiet ta’ Project Green huwa li tippromwovi u tagħti l-ħajja mill-ġdid lill-ispazji miftuħa. Dan sabiex naraw li dejjem aktar individwi jkunu mhux biss konxji ta’ dawn l-ispazji, imma jkunu jistgħu jutilizzawhom aktar spiss u matul is-sena kollha.
L-inizjattiva ‘Unplugged - Midweek in the Park’ kienet maħsuba proprju għalhekk u permezz tagħha l-aġenzija attirat aktar minn 2,000 ruħ ġewwa l-Green Open Campus fil-Mosta. L-organizzazzjoni swiet €44,023 biex saru erba’ avvenimenti matul Lulju li taw spazju lil artisti u mużiċisti Maltin biex jesbixxu live, u €9,856 intefqu f’avviżi biex il-pubbliku ġie mgħarraf bl-avvenimenti li saru u kien mistieden jattendi għalihom.
Tista’ l-Ministru tgħid mill-bidu tas-sena 2023, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari x’kienet in-nefqa totali ta’ Project Green, u minn din in-nefqa kemm kienet in-nefqa fir-remunerazzjoni tal-istaff, ħaddiema u amministrazzjoni, u kemm kienet in-nefqa totali f'reklamar u marketing (inkluż dak stampat, online, social media, ritratti, videos eċċ)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Peress li kien hemm numru ta’ lmenti mingħand residenti Qriema dwar l-istat ħażin fiż-żona ta’ Farsina f’Ħal Qormi u l-madwar, tista’ l-Ministru tgħid x’qed isir dwar ir-riħa tinten u qawwija li qed ikun hemm wara nżul ix-xemx, minħabba xi ħruq ta’ materjal? Tista’ tgħid ukoll x’qed isir biex jiġi identifikat jekk is-sors jistax ikun ta' periklu, u jekk hu l-każ, x’inhu jsir biex tkun protetta s-saħħa tar-residenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul din is-sena sal-bidu t’Ottubru ġew investigati mill-ERA seba’ każijiet dwar ħruq ta’ skart fl-akkwati ta’ Ħal Qormi viċin iż-żona Ta’ Farsina, kif indikati fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-każijiet kienu jinkludu Wied is-Sewda u żoni oħrajn li jmissu ma’ Ta’ Farsina.
Tista’ l-Ministru tara li jkun hemm iktar faċilitajiet tal-BCRS ġewwa ż-Żejtun billi fil-preżent hemm waħda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, sad-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari, fiż-Żejtun hemm installati Retail reverse vending machine hub abbonat ma’ bejjiegħ tal-imnut partikulari, li jinkludi 5 reverse vending machines; Public reverse vending machine hub, li tinkludi 2 reverse vending machines fi Triq Toni Zahra; kif ukoll Jumbo RVM depot f’Bulebel Industrial Park, li jinkludi magna li tieħu l-kontenituri f’daqqa flimkien ma’ 3 reverse vending machines. Barra minn hekk, il-konsumaturi għandhom id-dritt li jirritornaw il-kontenituri fil-ħwienet minn fejn jinxtraw.
Iż-Żejtun – rapporti fuq il-mobile app 'Clean and Upkeep'
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti marbutin u reġistrati taħt il-“Clean and Upkeep” mobile app u jekk dawn humiex jingħataw widen u senjatament kemm qed idumu fiż-Żejtun?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fid-dekasteru tagħha hemmx xi entità, irrispettivament mill-mod kif deskritta, li għandha xi funzjoni marbuta mat-tibdil fil-klima? Jekk hemm, tista’ tgħid:
a. liema hi din l-entità;
b. xi rwol għandha;
ċ. kif inhi komposta; u
d. kemm hemm persuni li jaħdmu f’din l-entità, il-professjoni tagħhom u l-esperjenza ta’ kull persuna fil-qasam tat-tibdil fil-klima?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tibdil fil-klima mhuwiex qasam li jirrelata biss ma’ entità waħda jew ma’ Ministeru wieħed. Fin-natura tiegħu, dan il-fenomenu huwa wieħed mifrux għaliex l-emissjonijiet li jwasslu għalih joħorġu minn firxa wiesgħa ta’ attività umana kif ukoll għax l-impatt tiegħu jittraxxendi l-fruntieri.
F’dawk li jirrigwardja l-emissjonijiet u l-inventarju tagħhom, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, permezz tal-Avviż tal-Gvern numru 1036 tas-27 t’Ottubru 2015, ġiet assenjata l-irwol ta’ aġenzija għall-inventarju nazzjonali dwar emissjonijiet ta’ gassijiet serra. L-Awtorità tikkompila wkoll il-komunikazzjoni nazzjonali (National Communication) u r-rapporti bjennali (Biennial Reports), kif ukoll tħejji projezzjonijiet ta’ estimi ta’ emissjonijiet minn numru ta’ setturi.
L-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi fil-preżent għandha tmien ħaddiema bi kwalifiċi fix-xjenza, fl-inġinerija jew f’qasam relatat.
Fiż-żmien li ġej irridu nkomplu nassiguraw li pajjiżna jkollu l-istrutturi, il-kapaċità u l-ħiliet meħtieġa sabiex nilqgħu għall-isfidi kbar li jġib miegħu it-tibdil fil-klima. Għalhekk, kif diġà ħabbar il-Prim Ministru, fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern huwa kommess li jwaqqaf awtorità ġdida li se tiffoka esklussivament fuq it-tibdil fil-klima.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il distribution centre ġdid ġie mibni mill-Enemalta bejn l-2018 u Ġunju 2023? Tista' tgħid fejn inbnew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu indikat saru upgrades fejn f’ċerti każi rduppjat il-kapaċità fiċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni ta’ Marsa South, Ħal Far, Paceville, Marsaskala, Ħal Tarxien u Mrieħel. Permezz ta’ dawn l-upgrades, il-kapaċità tan-network tal-Enemalta fuq livell ta’ Ċentri tad-Distribuzzjoni żdiedet b’170 MVA.
Bħalissa l-Enemalta tinsab fi stadju avvanzat għall-ippjanar ta’ Ċentru tad-Distribuzzjoni ġdid fin-Naxxar u ieħor fis-Siġġiewi, filwaqt li għaddejja bi pjanijiet għall-bini ta’ żewġ ċentri oħrajn ġodda li se jsiru fir-Rabat u fil-Kottonera. Apparti minn dawn, għaddejjin ukoll pjanijiet sabiex tirdoppja l-kapaċità fiċ-Ċentri tad-Distribuzzjoni tal-Imsida u St Andrews.
Dan apparti minn xogħlijiet oħra estensivi li saru fuq livelli oħrajn tan-network tal-Enemalta, li ġew aċċellerati mis-sena 2022 'l hawn.
Distribution Centres u Substations ġodda u tqegħid ta’ cables
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru distribution centres u substations ġodda, u kemm tqiegħdu cables tat-33kV, tal-11kV, u tal-low-voltage, kull sena mill-2003 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Infrastruttura taċ-Charging Depot għal Electric Buses — Finanzjament
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fir-rigward tal-parkeġġ li sa ftit żmien ilu kien il-Park and Ride ta' Blata l-Bajda, u li fih ġiet żviluppata ċ-charging infrastructure tad-depot tal-electric buses tal-Malta Public Transport, jekk saritx analiżi jew studju kif din l-infrastruttura ġdida se taffetwa d-distribution network u x'loads se tkun qed tpoġġi fuq is-sistema? Tista’ tgħid ukoll jekk din l-infrastruttura ġietx imħallsa minn fondi pubbliċi fuq bażi totali jew parzjali, u jekk iva, jekk dawn il-fondi humiex parti minn fondi Ewropej?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10609, issa li għaddew 3 xhur minn mindu konna mgħarrfa li l-proċess ta' ristruttura kien fil-fażi finali tiegħu, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigramma preżenti ta’ Project Green?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta l-aħħar li tnaddfu l-widien li jgħaddi l-ilma minnhom f’Chadwick Lakes u jekk hemmx ħsieb li ssir tindifa sew tagħhom? Tista’ tgħid ukoll għalfejn sena wara sena dawn il-widien baqgħu jitħallew jimtlew bil-ħmieġ, skart, u ħaxix ħażin u invażiv tant illi l-bdiewa m’għadhomx jistgħu jagħmlu użu mill-ilma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bejn l-2018 u l-2021, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma wettqet proġett ta’ riabilitazzjoni u konservazzjoni f’Wied il-Qlejgħa, preċiżament mill-pont tal-Fiddien ‘il fuq, fejn hemm żewġ digi. Minn din iż-żona tneħħew l-ispeċi invażivi, bħal qasab u siġar tar-riġnu, tneħħew l-iskart u l-materjal li kienu nġemgħu wara d-digi sabiex ġiet restawrata l-water catchment capacity tagħhom u bħalissa, b’kordinament mal-għaqda volontarja Nature Trust Malta, qed jiġi sostnut il-proċess ta’ restawr ekoloġiku. Grazzi għal dan il-proġett, il-bdiewa tal-inħawi diġà qed jagħmlu użu mill-ilma li jinħażen wara d-digi.
Sadanittant, qegħdin isiru t-tħejjijet meħtieġa, anke permezz ta’ tfassil ta’ sejħa għall-offerti, sabiex l-aġenzija Project Green tagħmel interventi f’partijiet oħra ta’ din is-sistema ta’ widien, preċiżament fil-parti bejn Wied il-Qlejgħa u Wied il-Għasel. Ix-xogħol ta’ riabilitazzjoni u konservazzjoni se jkun jinkludi t-tneħħija ta’ materjal u ta’ speċi aljeni invażivi, biex il-ħażna tal-ilma tkompli tiżdied hawnhekk ukoll. Se tinħoloq ukoll mogħdija kontrollata sabiex tiżided l-aċċessibilità għall-pubbliku mingħajr ma ssir ħsara lill-eko-sistema tal-post.