Jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji qed jintużaw bħalissa għall-allokazzjoni ta’ djar soċjali u jekk dawn il-kriterji ġewx riveduti fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed jista’ jsib il-kriterji kollha relatati mal-allokazzjoni ta’ djar soċjali b’mod pubbliku fuq il-websajt tal-Awtorità tad-Djar. L-istess kriterji huma inkluża fl- applikazzjoni. A kuntrarju ta’ dak li qed jipprova jimplika l-Onor Interpellant, dawn il-kriterji ma ġewx mibdula jew riveduti matul ix-xhur ta’ Frar, Marzu, April u Mejju 2026.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ din il-policy li hija aċċessibbli wkoll pubblikament permezz tal-website tal-Awtorita jew fuq din il-ħolqa:
https://housingauthority.gov.mt/services/social-accomodation/social-housing/
)
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-average waiting time biex persuna jew familja tingħata dar soċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li kull każ jiġi evalwat fuq il-merti, iċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet partikolari tiegħu. Kien għalhekk li ġie introdott il-proċess tal-Initial Assessment u follow up tal-każijiet, sabiex l-applikanti jiġu assessjati u kklassifikati skont il-livell tal-ħtieġa tagħhom. Dan jippermetti li r-riżorsi disponibbli jiġu allokati b’mod aktar ġust u effettiv lil dawk li jkunu l-aktar fil-bżonn. L-allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni soċjali tiddependi mhux biss mill-prijorità tal-każ, iżda wkoll mill-fatt li jkun hemm proprjetà disponibbli li tkun taqbel mal-kompożizzjoni tal-familja u mal-ħtiġijiet speċifiċi tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni jew familji li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-ġurnata li fiha qed tingħata din ir-risposta, in-numru ta’ applikazzjonijiet fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali huwa ta’ 1,745.
B’kuntrast, l-applikazzjonijiet pendenti matul l-2013 kienu jammontaw għal 3,304.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-numru ta’ djar soċjali allokati matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026:
(i) lil familji;
(ii) lil persuni waħedhom;
(iii) lil koppji żgħażagħ;
(iv) lil persuni barranin residenti Malta; u
(v) lil persuni vulnerabbli?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-inizjattiva ‘Djar Affordabbli’ daħlitx fis-seħħ u jekk il-persuni li bdew japplikaw għaliha hux qed jibbenefikaw minnha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Inizjattiva "Djar Affordabbli" tinsab fis-seħħ, iżda l-applikazzjonijiet għall-benefiċċjarji għadhom mhux miftuħa billi l-proċess tat-tenders għad-disinn u l-bini jinsab bħalissa fi stadju ta' evalwazzjoni teknika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà tal-Gvern għaddiet b’kirja jew ċens lill-kunsilli lokali, bejn l-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli ngħataw dawn il-proprjetajiet mill-Awtorità tal-Artijiet, u f’kull każ jgħid liema proprjetà u lil liema kunsill?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?