Jista’ l-Ministru jindika kemm tqassmu postijiet f’dawn l-aħħar tliet snin u lil liema kategorija ta’ applikanti tqassmu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-postijiet li tqassmu skont il-kategoriji rispettivi jinsabu fis-segwenti tabella:-
Kategorija
Total
Danger - Some Rooms
2
Danger - Majority of Rooms
2
Substandard
18
Homeless - Postal Address
21
Homeless - Institution
14
Homeless - Eviction
41
Disability
2
Disability - Mobility
10
High Rent - Subsidised Rent
54
High Rent - Unsubsidised Rent
14
Sharing Accommodation - Overcrowding
55
Sharing Accommodation - Adequate Housing
5
Social Cases - Referred from Agencies
13
Social Cases - Domestic Violence
5
Refugees
1
Lack of Sanitary Facilities
2
Overcrowding
12
Elderly living on their own
5
Living on Tolerance
8
Refused once
1
Refused more than twice
2
Problem with neighbours
3
Want a larger property
7
Want a smaller property
2
Neighbourhood not adequate
5
Stairs problem
16
Medical problem
9
Want to live closer to family
3
Move out of present locality
2
Exchange - Other reason
3
Ministeru għall-Akkomdazzjoni Soċjali — Ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi kien hemm 3 ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi li kienu infettati mill-COVID-19.
Jista’ l-Ministru jgħid x’prijorità se jagħti lis-60 familja li se jiġu żgumbrati mill-Marshall Courts Gżira fiż-żmien li ġej?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi f’Marshall Court fil-Gżira hemm biss żewġ appartamenti li huma mikrija mingħand l-Awtorità tad-Djar stante li huma rekwiżizzjonati.
S’issa, l-Awtorità tad-Djar ma ġietx solleċitata mill-inkwilini li jgħixu fil-kirjiet residenzjali privati f’dak il-blokk għal kwalunkwe forma t’assistenza jew intervent, u għaldaqstant l-Awtorità ma tistax tikkummenta fuq kwistjonijiet privati li hi ma ġietx involuta fihom.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella:
Entità
Talbiet
Approvati Kollha?
Nisa
Irġiel
Awtorità tad-Djar
18
Iva
15
3
HME
1
Iva
1
-
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru ma ħalset kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija paralmentari 16697 u jgħid kemm kien hemm persuni/familji li abbużaw mill-akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar tliet snin, fiex kienu jikkonsistu dawn l-abbużi u x’miżuri ttieħdu biex jieqaf dan l-abbuż?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u ser jingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi dan il-Ministeru għandu ħames parkeġġi riservati li jinkludu ukoll il-parkeġġ tal-Ministru.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-housing ta’ kwalità f’Ħal Għaxaq fejn jikkonċerna l-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-proġett ra l-bidu tiegħu sentejn ilu u sal-lum ir-residenti jixtiequ jkunu jafu meta se titlesta l-imsemmija blokka, inkluż l-istallazzjoni tal-lift?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi x-xogħol ta’ kostruzzjoni li kellu jsir fix-xaft b’rabta mal-installazjoni ta’ dan il-lift, liema xogħol beda ħdax-il xahar ilu, tlesta fil-ħin stipulat.
Il-parti ta’ kostruzzjoni ġiet segregata u magħluqa b’mod sigur sakemm issir il-konsenja tal-lift u dan biex l-installazzjoni tkun tista’ tipproċedi.
Ġejt infurmat ukoll illi t-tender li jirrigwarda l-installazjoni tal-lift qiegħed fil-proċess li jiġi aġġudikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni/familji li abbużaw mill-akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar tliet snin, fiex kienu jikkonsistu dawn l-abbużi u x’miżuri ttieħdu biex jieqaf dan l-abbuż?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16443 jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (GALDES, RODERICK)
B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11394, li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru – Diċembru 2019: xejn
Jannar-Settembru 2020: 7 talbiet
Minn dawn kien hemm 4 talbiet milqugħa u 3 rifjutati.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karigi fi ħdan is-Segretarjat Privat tiegħi li l-persuni li jokkupawhom ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku huma dawn: Private Secretary (1) , Assistant Private Secretary (1) , Ministry Co-Ordinating Officer (2) , Secretariat Officer (2) u Secretariat Messenger/Charwoman (3).
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-fondazzjoni msemmija ma ngħatat l-ebda kuntratt, direct order, donazzjonji jew xi benefiċċju ieħor kemm b’mod dirett kif ukoll b’mod indirett mill-Ministeru tiegħi u/jew minn xi entità, dipartiment jew awtorità.
Jista’ l-Ministru jara kif il-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tkun mogħtija tweġiba għat-talba biex tibdel l-appartament tagħha ma’ wieħed f’Malta minħabba li t-tifel u ommha għandhom ikunu qrib l-Isptar u servizzi oħra f’Malta?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi, qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal f’kull każ ieħor.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — sponsorships/grants mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant huwa kif muri fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-PQ 11394 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.
Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali – Skema ‘Nikru biex Nassistu’
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15722, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità hiex tipproċessa l-applikazzjonijiet għal "Nikru Biex Nassistu"?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — first aiders kwalifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 7 impjegati li huma kkwalifikati bħala first aiders u s-Social Projects Management (SPM) Ltd. għandha tlett impjegati li huma first aiders.