Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bdiewa li huma awtorizzati biex jarmaw fil-Farmers’ Market f’Ta’ Qali? Jista’ jgħid ukoll minn liema lokalità huma dawn il-bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Farmers Market f’Ta’ Qali, fil-preżent hemm sitta u tletin (36) posta li qed jiġu operati minn bdiewa, produtturi, organizzazzjonijiet, koperattivi, assoċjazzjonijiet u gruppi rappreżentattivi kostitwiti fis-settur tal-agrikoltura jew tas-sajd li jbigħu prodotti agrikoli kkultivati jew imkabbra lokalment mill-membri tagħhom. Dawn ġejjin min diversi lokalitajiet tal-gżejjer Maltin.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa fuq fjuri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23475, fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21818, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni limitatament għall-2024, u ċjoè kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-sena 2024 u jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra, u fil-każ kemm kienet l-ispiża?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri hija koperta mil-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema prodotti agrikoli lokali qed jiġu esportati lejn pajjiżi terzi u liema prodotti agrikoli Maltin qed jintbagħtu lejn swieq interni fl-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid ukoll liema kontrolli jiġu applikati meta prodotti agrikoli Maltin ikunu ser jiġu esportati barra minn Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li meta prodotti agrikoli jiġu esportati lejn pajjiżi terzi, dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju maħruġ mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti, kif mitlub mill-pajjiż ta’ destinazzjoni kif ukoll skont il-kriterji tar- REGOLAMENT (UE) 2016/2031 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ottubru 2016, dwar il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti. Il-kontrolli u t-testijiet meħtieġa jiġu stabbiliti skont il-kriterji tal-prodott u r-rekwiżiti tal-pajjiż li jkun se jimportah.
Fir-rigward ta’ liema prodotti agrikoli lokali qed jiġu esportati lejn pajjiżi terzi u liema prodotti agrikoli Maltin qed jintbagħtu lejn swieq interni fl-Unjoni Ewropea, nitolbok sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
10604
.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Pet Memorial Garden f’Ta’ Qali tħalla fi stat mitluq u jgħid x’sar mill-istatwi kommemorattivi li kienu jiffurmaw parti minn dan il-ġnien?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17558 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddiet sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni nġabritx u jekk il-bexx li jista’ jintuża mill-bdiewa f'Malta u f’Għawdex hux differenti mill-bexx li jintuża f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea? Jekk dan hu fl-affermattiv, jista’ jgħid x'inhi r-raġuni għal dan? Jekk le, jista’ bidwi jixtri bexx minn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea u jużah f'Malta u f’Għawdex?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18314 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddiet sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk f'każ ta' taħlit ta' razza ta’ nagħaġ u mogħoż Maltin ma’ dawk impurtati, jekk jinkiseb il-P.D.O. (Protected Designation of Origin), dan ikunx jista’ jinżamm? Jekk le, jista’ jgħid x'ser jagħmel il-Gvern biex appena jinkiseb id-.P.D.O., dan ikun protett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-DOP 'Ġbejna tan-nagħaġ' ġiet aċċettata mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea u saret applikabbli fil-21 ta’ Jannar 2025, u sussegwentement ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-28 Jannar 2025.
Fl-istess pubblikazzjoni hemm ukoll referut is-’Single Document’ illi jgħid li ‘l-“Ġbejna tan-nagħaġ” hija ġobon frisk prodott b’ħalib sħiħ mhux ipproċessat tan-nagħaġ (Ovis aries) tar-razza “Maltija” u r-razez tagħha mħallta mar-razza Friesian jew ma’ oħrajn, u li huma rreġistrati fil-gżejjer Maltin, inklużi Malta, Għawdex u Kemmuna.’
Għalhekk huwa ċar ukoll li l-ħalib tal-mogħoż, kemm Maltin kif ukoll barranin, mhux permessi jiġu użati u tinkiseb id-DOP “Ġbejna tan-nagħaġ“. Bħal kull DOP oħra, anke il- “Ġbejna tan-nagħaġ“ hija marbuta ma’ sensiela ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu rispettati sabiex jinżamm il-valur tal-marka.
Id-DOP “Ġbejna tan-nagħaġ“ mhux biss inkisbet u ġiet iċċertifikata, iżda din ser tinżamm.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Membri tal-bordijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23434 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-termini taż-żmien tal-ħatra tal-membri tal-bordijiet kollha, wieħed wieħed separatament, li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u meta saret l-aħħar ħatra ta' kull bord?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant il-membri tal-Bordijiet ikunu maħtura għal perjodu ta’ mhux aktar min tliet (3) snin. Dawn l-istess membri jistgħu jerġgħu jinħatru mill-ġdid skont l-artikolu mill-Ministru. L-ahhar dati ta’ ħatriet tal-bordijiet ivarjaw min Lulju ta’ 2022 sa Mejju ta’ 2025.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23349, fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward ta' tiġdid ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u erba’ pajjiżi Sud Amerikani, fosthom l-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj u l-Urugwaj, dwar importazzjoni ta' prodotti agrikoli minn dawn il-pajjiżi lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħala pajjiż li jiddependi mill-importazzjoni ta’ l-ikel, ftehimiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropeja u Pajjżi Terzi jipprovdu aktar provvista ta’ ikel fuq is-swieq internazzjonali. Dan iwassal ukoll għal aktar prezzijiet raġonevoli tal-prodotti li jaslu għand il-konsumatur, kif ukoll tissaħħah is-sigurta’ ta’ l-ikel fuq livell nazzjonali.
Madankollu, nifmhu li ftehimiet bħal dawn iwasslu għal kompetizzjoni ħarxa għall-produtturi Ewropej. Għalhekk il-pożizzjoni li dejjem saħqet fuqha Malta fil-Kunsill tal-Ministri Ewropej għall-Agrikoltura, hija li ftehmiet bħal dawn għandhom ikunu ffukati l-aktar fuq prodotti li m’humiex prodotti fl-UE, filwaqt li dawn il-ftehimiet jenfasizzaw dwar il-bżonn ta’ standards għolja fil-produzzjoni tal-ikel minn pajjiżi terzi.
B’hekk nemmnu li ftehimiet bħal dawn jikkontribwixxu għall-provvista u s-sigurta’ tal-ikel globali filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetittività tal-produtturi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bdiewa full-time rreġistrati f’kull waħda mil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ bdiewa part-time rreġistrati f’dawn l-istess lokalitajiet, u jaqsam din l-informazzjoni b’mod separat?
Response (REFALO, ANTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ bdiewa rreġistrati f’kull lokalità ta’ Malta u Għawdex sa llum, filwaqt li ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx serra ġewwa l-Għammieri li fiha hemm vaska fejn qed jitrabba l-ħut? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' ħut qed jitrabba ġo din il-vaska u x'inhu l-iskop li jitrabba l-ħut ġewwa l-Għammieri?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Aquatic Resources Malta ħadet din il-faċilita’ mingħand id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura u jinsab għaddej rinnovar infrastrutturali fiha biex tiġi operabbli. Il-pjan huwa li wara li s-sistemi kollha jiġu renovati, jitwettaq proġett tal-akwakultura dwar speċi ta' gambli Penaeus vannamei.
Peress li f’diversi pajjiżi hemm il-marda tal-ilsien u d-dwiefer, jista’ l-Ministru jgħid jekk kull importazzjoni ta’ bhejjem minn barra l-pajjiż hix ser tkun suġġetta għal kwarantina obbligatorja? Jekk fl-affermattiv, kemm ser ikun il-perjodu ta’ kwarantina? Jista’ jgħid ukoll x’passi ser jittieħdu biex ikun assigurat li kull bhima importata f’pajjiżna tkun ħielsa minn din il-marda biex b’hekk ikun assigurat li din il-marda ma titteħidx mill-bhejjem ta’ pajjiżna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet stipulati għall-importazzjoni jew il-moviment tal-annimali hija stipuilata fl-Avviż Legali 79 tal-2025. Hemm stipulat li annimali suxxettibbli għal din il-marda tal-Ilsien u d-Dwiefer ma jistgħux jidħlu fil-pajjiż jekk joriġinaw miż-żona ta’ protezzjoni,miż-żona ta’ sorveljanza ta’ minn fejn faqqgħet il-marda, u lanqas jistgħu jidħlu minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea (eċċezzjoni l-pajjiżi li huma EFTA).
Dawk l-annimali suxxettibbli għal din l-istess marda però li joriġinaw minn barra dawn iż-żoni msemmija hawn fuq, jistgħu jidħlu fil-pajjiż imma huma suġġett għall-perjodu ta’ kwarantina ta’ 14-il ġurnata. Meta dawn il-bhejjem ikunu fil-kwarantina, jkun hemm veterinarji uffiċjali li jeżaminaw dawn l-annimali kuljum u sadanittant ikunu projbiti jersqu fuq irziezet oħra sakemm dawn l-annimali joħorġu mill-kwarantina.
Irziezet li jrabbu l-baqar, il-majjali, in-nagħaġ u l-mogħoż — Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq irziezet li jrabbu l-baqar, il-majjali, in-nagħaġ u l-mogħoż mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u x’irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet li saru mill-VRD fuq irziezet li jrabbu l-baqar, il-majjali, in-nagħaġ u l-mogħoż mill-2020 sa issa huma dawn li ġejjin:
Sena
Numru ta’ spezzjonijiet
2020
2,087
2021
1,603
2022
2,237
2023
2,118
2024
2,087
2025
689
Fir-rigward ta’ x’irriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni jinqabeż l-advisory cost limit.
San Pawl il-Baħar — Residenti reġistrati bħala bdiewa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti f’San Pawl il-Baħar, full-time u part-time, matul is-sena 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Sena
Numru ta’ bdiewa reġistrati – San Pawl il-Baħar
2024 sa issa
424
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti l-Mellieħa, full-time u part-time, matul is-sena 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Sena
Numru ta’ bdiewa reġistrati – Il-Mellieħa
2024 sa issa
669
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti n-Naxxar, full-time u part-time, matul is-sena 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Sena
Numru ta’ bdiewa reġistrati - In-Naxxar
2024 sa issa
410
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti l-Imġarr, Malta, full-time u part-time, matul is-sena 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Sena
Numru ta’ bdiewa reġistrati - L-Imġarr
2024 sa issa
526
Jista’ l-Ministru jgħid ir-raba’ li hemm l-Għammieri kemm ipproduċa ħaxix, mill-1995 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena u x'sar b'dan il-ħaxix? Jista’ jgħid ukoll xi prodotti kienu mkabbra f'dan il-perjodu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raba’ tal-Għammieri mhux qiegħed għall-produzzjoni.