Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – kontribuzzjoni lil Diplo Foundation
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3600 jista’ l-Ministru jgħid għal liema użu kienet il-kontribuzzjoni ta’ €280,000 lid-Diplo Foundation? Jista’ jgħid kif intefqu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontribuzzjonijiet li għamel il-Ministeru lid-DiploFoundation matul is-snin imsemmija (2014-2017) ntużaw f’numru ta’ scholarships, fellowships, żvilupp ta’ proġetti u ICT infrastuttura, administrazzjoni u mmaniġġar tal-Fondazzjoni, partecipazzjoni f’Konferenzi, tisħiħ u tiġdid tal-Course Materials.
Ta’ min jgħid li l-fondi li ntużaw fl-I
scholarships
u
Fellowhips
kienu (
full
jew
partial
) immirati għall-parteċipanti minn pajjizi li qegħdin jiżvillupaw u wkoll għall-Pajjizi Stati Zgħar.
Komunikazzjonijiet bejn il-Gvern u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar każ ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'komunikazzjonijiet kellu s'issa l-Gvern Malta mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-każ li jinsab pendenti quddiem il-Qrati Amerikani dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li rigward l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbgħatu separatament ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni minn u/jew lill-Ambaxxata Maltija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6385, peress li fl-istħarriġ intern li sar mill-Ministeru tiegħu dwar l-użu ta’ ħaddiema tal-Gvern għal xogħol fir-residenza privata tiegħu ma hemm l-ebda referenza għal permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk, fil-każ tal-veranda stallata minn ħaddiema tal-Gvern fid-dar tiegħu, kienx applika, iva jew le, għal permess jew Development Notification Order (DNO) mal-Awtorità tal-Ippjanar u f’dak il-każ, jippreżenta evidenza dokumentarja ta’ dan?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhemm l-ebda entità taħt il-Ministeru tiegħi li tat xi direct order fil-perjodu indikat.
Membri tal-korp diplomatiku li ma jistgħux igawdu minn work life balance
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6033, barra dak li hu spjegat fir-risposta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx internal policy li diplomatiċi ma jistgħux jagħmlu teleworking? Jista’ jgħid li la qed jiġu offruti reduced hours u flexi time, dan ifisser reduced pay?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6033, fl-internal policy fuq Family Friendly Measures fiha indikat it-tip ta’ xogħol li jista’ jiġi addottat għal telework. Infakkar ukoll li sabiex impjegat ikun jista’ jaqdi dmirijiet permezz ta’ telework b’suċċess, huwa mistenni li l-impjegat ikollu wkoll il-karatteristiċi u l-ħiliet kollha neċessari. Kull talba tiġi evaluata fuq bażi individuali skont il-kriterji addottati.
Il-Manual on Work-Life Balance Measures jindika li uffiċjali fuq flexi time (sezzjoni 3.3) huma renumerati bis-salarju komplut, kif ukoll il-benefiċcji applikabli għall-ħaddiema impjegati fuq skeda tax-xogħol normali, filwaqt li uffiċjali fuq reduced hours (sezzjoni 3.1) huma renumerati pro-rata skont is-siegħat ta’ ħidma magħżula.
Ħaż-Żebbuġ – post ta’ divertiment – ħruġ tal-permess
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6037 dwar id-diskoteka miftuħa li qiegħda fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hi ta’ inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta’ Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, is-Siġġiewi u Ħ’Attard, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji tal-ħruġ tal-permess? Il-permess joħroġ fuq permess ta’ spirti biss? X’superviżjoni jsir mill-Ministeru? X’inhi l-proċedura ta’ tiġdid tal-permess? Kemm hu l-ħlas tal-liċenzja ta’ stabbilimenti ta’ din ix-xorta? X’miżuri ġew imposti fuq id-diskoteka biex ikun hemm sound buffers u b’hekk il-ħoss tal-mużika ma tiġix trasmessa b’inkonvenjent?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il mistoqsija lil Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, fil-każ tal-veranda stallata minn ħaddiema tal-Gvern fid-dar tiegħu, kienx applika għal permess jew Development Notification Order (DNO) mal-Awtorità tal-Ippjanar u jippreżenta l-evidenza dokumentarja ta’ dan?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 6253.
Port il-Kbir – dħul ta’ bastimenti Amerikani u Russi
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5950 waqt is-seduta ta' nhar l-4 ta' Ġunju 2018, jista' l-Ministru jgħid għal kull wieħed mill-bastimenti, jekk kienx bastiment militari jew inkella bastiment ċivili?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella t'hawn taħt.
Sena
Stati Uniti
Bastiment
2018
2
Militari
2017
2
Militari
2016
4
Kummerċjali mikrija minn Navy
Amerikana - 4
2015
0
--------------------------
2014
1
Militari
2013
3
Proprjetà tal-iStat - 1 /Militari - 2
Sena
Russja
Bastiment
Jan sa 29 ta Mejju 2018
0
Militari
2017
1
Militari
2016
8
Militari
2015
4
Militari
2014
5
Militari
2013
17
Militari
Jista’ l-Ministru jgħid l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li ngħatat lill-Knisja, lill-għaqdiet u soċjetajiet tal-Knisja, lill-parroċċi, lill-istituzzjonijiet, fosthom edukattivi, li jitmexxew mill-Knisja, lid-djar tal-anzjani mmexxijin mill-Knisja, lill-ordnijiet reliġjużi u lil NGOs tal-Knisja, mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet, korporazzjonijiet, awtoritajiet, dipartimenti, kumpaniji u aġenziji li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jagħti d-dettalji relatati dwar kull forma t’għajnuna finanzjarja mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Kummissjoni Għolja ta’ Malta fi New Delhi — Ħruġ ta’ Visas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed ikun hemm problemi fil-ħruġ ta’ visas mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta fi New Delhi minħabba li jidher li diversi intrapriżi kienu qed jippruvaw jingaġġaw ħaddiema minn dan il-pajjiż?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li t-talba għal viżi mill-Indja żdiedu, l-Ministeru diġà ħa ħsieb li jżid l-istaff tiegħu fil-Kummissjoni Għolja billi żied impjegati kemm lokali kif ukoll minn Malta. Għaldaqstant ma hemmx problema dwar il-ħrug ta' viżi f'dan il-pajjiż, liema ħruġ isir wara l-verifikazzjonijiet meħtieġa mas-Central Visa Unit fi ħdan Identity Malta u l-entitajiet l-oħra konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intużawx ħaddiema tal-Gvern biex isir xogħol fid-dar privata tiegħu fiż-żmien li kien Ministru tal-Intern responsabbli mill-ħarsien tal-liġi u ż-żamma tal-ordni? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar:
· id-data ta’ meta sar dan ix-xogħol u/jew xogħlijiet oħra fid-dar privata tiegħu f’dati oħra;
· kemm kienu l-ħaddiema tal-Gvern involuti fix-xogħol fid-dar privata tal-Ministru u ma’ liema Ministeru u/jew Dipartiment jaħdmu l-ħaddiema inkwistjoni;
· kemm ħallas għal dan ix-xogħol flimkien ma’ kopja tal-irċevuta fiskali relevanti għal dan il-ħlas?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjega li tajt u dokumenti li ppreżentajt fis-seduta Parlamentari ta’ nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ġunju. M’għandi xejn aktar xi nżid ma’ dan.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – social media advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2013 intefqu €25 fuq Facebook u €538.20 fuq Youtube. Fl-2014 intefqu €20.34 fuq Facebook u fl-2017 intefqu €218.30 fuq il-website tal-Ministeru.
Inżid ngħid li fiż-żewġ ċirkustanzi li ntefqu flus fuq Facebook saru minn Ambaxxata fuq CDF Project.
Bejn April 2010 sa Settembru 2012 għal Social Media advertising intefqet is-somma ta` €2,725.80.
Membri tal-korp diplomatiku li ma jistgħux igawdu minn work life balance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn membri tal-korp diplomatiku li qegħdin jaħdmu hawn Malta u jagħmlu l-istess xogħol bħall-membri taċ-ċivil, ma’ jistgħux igawdu l-istess miżuri ta’ work-life-balance bħal telework mentri sħabhom taċ-ċivil jistgħu? X’inhi r-raġuni għalfejn qed titħalla din id-diskrepanza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat illi, l-eliġibilità għal telework kif indikata fil-Manual on Work Life Balance Measures tħares lejn il-prestazzjoni tax-xogħol, karatteristiċi u ħiliet tal-impjegat kif ukoll jekk ix-xogħol huwiex addatat għal telework.
Sabiex impjegat ikun jista’ jaqdi dmirijiet permezz ta’ telework b’suċċess, huwa mistenni li l-impjegat ikollu dawn il-karatteristiċi u ħiliet kollha:
· Kapaċità li jaħdem b'mod indipendenti u mingħajr superviżjoni kostanti;
· Kompetenza fil-ħiliet tat-tqassim tal-ħin;
· Kapaċità li jaħdem fuq inizjattiva proprja;
· Għarfien tal-informatika
(ICT)
; u
· Ir-rekord tal-prestazzjoni passata biex jintlaħqu
deadlines
, miri u r-riżultati.
B’konformità mal-Public Service Mangement Code, sezzjoni 4.3, fl-2015, il-Ministeru addotta politika interna fuq Family Friendly Measures li fiha indikat it-tip ta’ xogħol li jista’ jiġi addottat għal telework. F’ċertu każijiet, bħal fejn hemm bżonn ta’ aċċess għal dokumentazzjoni klassifikata u / jew kunfidenzjali ma huwiex permessibli li x-xogħol isir barra mill-uffiċju.
Biex tiġi aċċetta applikazzjoni, huwa essenzjali li x-xogħol assenjat jista’ jsir b’supervizzjoni limitata u ta’ l-istess kwalita’ daqs li kieku ix-xogħol sar fl-uffiċju. Kull talba tiġi evalwata fuq bażi individuali skont il-kriterji addottati.
Inżid ngħid illi l-politika imħaddma mill-Ministeru ssemmi li hemm family friendly measures oħra li persuna tista’ tapplika għalihom – bħal flexi time u reduced hours.
Port il-Kbir – dħul ta’ bastimenti Amerikani u Russi
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm daħlu bastimenti Amerikani u bastimenti Russi fil-Port il-Kbir?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn 2013 u d-29 ta’ Mejju 2018 f’ Malta daħlu bastimenti Navali Amerikani u Russi fil-Port il-Kbir kif indikat f din it tabella hawn taħt:
Sena
Stati Uniti
2018
2
2017
2
2016
4
2015
0
2014
1
2013
3
Sena
Russja
Jan sa 29 ta Mejju 2018
0
2017
1
2016
8
2015
4
2014
5
2013
17
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5222, hemm diplomatiċi li huma kkwalifikati bi professjoni u hemm ħaddiema li huma parti miċ-ċivil jew persuni appuntati politikament li jissejħu diplomatiċi, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-persuni li bħalissa jokkupaw kariga ta’ diplomatiku imma fil-fatt ma jagħmlux (jew m’humiex) parti mid-Diplomatic Corps ta’ Malta? Kemm hawn membri tal-Korp Diplomatiku li ilhom snin jaħdmu hawn Malta mingħajr ma’ jistgħu jaħdmu bħala diplomatiċi kif inhu suppost il-grad tagħhom, jiġifieri li jirrapreżentaw lil pajjiżhom fuq posting f’missjonijiet ta’ Malta barra minn xtutna?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li persuna li għandha status ta’ diplomatiku ma tagħtix is-servizz tagħha biss barra minn Malta imma anke fil-Head Office f’Malta stess. Persuni li huma membri tas-servizz pubbliku ġieli jservu ukoll f’Missjonijiet barra minn Malta kif dejjem sar u skont il-ħtiġijiet tal-Ministeru.
Rigward in-numru ta' persuni li jinsabu jservu f'Missjonijiet ta' Malta barra mill-pajjiżi f’ħatriet differenti, u li skont il-Classification Agreement ma jagħmlux parti mid-Diplomatic Corps huwa ta' tletin (30); filwaqt li n-numru ta' persuni li jokkupaw kariga fid-Diplomatic Corps ta' Malta u li qatt ma servew fil-Missjonijiet ta' Malta barra minn xtutna huwa ta' erbatax (14). Uħud minn dawn tal-aħħar għadhom ġodda u allura huwa meħtieġ li jgħaddi ftit taż-żmien ieħor qabel ikunu jistgħu jiġu kunsidrati biex iservu f’xi waħda mill-Missjonijiet ta’ Malta.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ– konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu 2013 s'issa intefqu €1,500 fl-2016, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni.
Filwaqt li bejn is-sena 2008 u s-sena 2011 intefqu €13,173.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-uffiċjali li jinħatru Kummissjunarji bis-setgħa li jagħtu l-Ġuramenti, huma fdati biex jirrappreżentaw lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ f'Missjonijiet barra minn Malta. F'din il-funzjoni hemm servizzi wiesgħa li l-uffiċjali jeħtieġu biex jamministraw il-ġurament.
Il-lista ta’ hawn taħt hija lista mhux eżawrjenti ta' servizzi provduti li jeħtieġu Dikjarazzjoni b’Ġurament:
Akkwist ta 'Ċittadinanza Maltija, Ċittadinanza Doppja, Dritt għal passaport Malti / UE, Ċertifikazzjoni ta' Dokumenti; Applikazzjoni tar-Reġistru Pubbliku biex ji¿¿ewġu f'Malta; Reġistrazzjoni ta' Twelid /¯wiġijiet/Mwiet/Dokumenti ta' divorzju mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta; Dikjarazzjoni dwar Ġurament; Dokument ta' Vjaġġar ta' Emerġenza; Applikazzjoni IIP; Awtentikazzjoni ta 'dokument ta' natura edukattiva; jew ta 'natura kummerċjali eċċ.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjez oħrajn li mhumiex relatati.
L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintuzaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal perezempju kif inhu l-kaz f’kampanji li jtulu.