Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali ma ġewx imwieġba mill-Ministeru tiegħu, u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-emails bil-mistoqsijiet kollha li ġew mibgħuta mill-online news portals jew media houses, li ma ġewx imwieġba, għall-perjodu msemmi?

Response (BORG, IAN)

Bħala membri tal-Kabinett tal-Ministri norganizzaw b’mod regolari diversi konferenzi tal-aħbarijiet li matulhom mhux biss nispjegaw inizjattivi ġodda u nagħtu dettalji dwar il-kisbiet li jkun qed jagħmel il-pajjiż, iżda nagħtu wkoll opportunità lill-ġurnalisti jistaqsu dwar liema tema jridu. Irrid ngħid li l-ġurnalisti jikkonkorru u d-domandi jkunu diversi. Dan fl-istess ħin li jitwieġbu l-bosta domandi li jintbagħtu lill-Ministeru, liema risposti mbagħad jirrapportaw dwarhom il-mezzi tax-xandir. Isir sforz li sa fejn hu possibbli d-domandi kollha li jidħlu jitwieġbu. Inżid li mhux l-ewwel darba li domandi li jkunu daħlu bil-kitba jkunu eventwalment indirizzati fil-konferenzi tal-aħbarijiet li semmejt qabel.

Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt: Għamla Mixtrija/Mikrija Data Tender/Direct Order Ditta Prezz (VAT eskluża) Toyota Auris Mixtrija 2015 Direct Order Michael Debono Ltd. €14,246.01 Citroen C4 Cactus Mixtrija 2015 Direct Order Michael Attard Ltd. €14,590.97

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u l-entità li taqa’ taħtu jamministraw paġna kull wieħed fuq Facebook. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra screenshot tal-faċċata rispettiva ta’ dawn iż-żewġ paġni.

Ftehim bilaterali ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li mhumiex stati membri tal-Unjoni Ewropea u li l-Istat Malti għandu ftehim bilaterali magħhom? Meta kien iffirmat dan il-ftehim u x’kien l-iskop li għalih ġie ffirmat? Jista’ jgħid liema minn dan il-ftehim kien emendat mill-2004 ’l hawn u liema ma kienx emendat u jagħti r-raġunijiet rispettivi?

Response (BORG, IAN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehimiet kollha li Malta għandha ma’ pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea huma elenkati fis-sezzjoni ‘Trattati’ fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ. F’din is-sezzjoni wieħed isib ukoll kopja diġitali tal-ftehimiet infushom, kif ukoll dettalji bħalma huma d-data meta d-dokument ġie ffirmat. Dawk il-ftehimiet relatati ma’ setturi ta’ kompetenza tal-Unjoni Ewropea, li kellhom jiġu abrogati jew emendati wara d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004, huma wkoll elenkati f’din il-paġna fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ. Il-pajjiżi mhux membri tal-UE li Malta iffirmat Ftehim magħhom huma: It-Turkija; l-Albanija; l-Kosovo; l-Maċedonja ta' Fuq; is-Serbja; l-Montenegro; l-Bosnja u Ħerzegovina; n-Norveġja; l-Liechtenstein; l-Iżlanda; l-Iżvizzera; ir-Renju Unit; Andorra; San Marino; Monako; is-Santa Sede; l-Ordni Sovran Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm ta’ Rodi u ta’ Malta. Alġerija; Angola; Anguilla; Antigua u Barbuda; Arġentina; Armenia; Aruba; Ażerbajġan; Baħamas; Baħrejn; Bangladexx; Barbados; Belarus; Beliże; Benin; Bermuda; Botswana; Bra¿il; Brunei; Burkina Faso; Burundi; Kambodja; Kamerun; Kanada; Kabo Verde; Gżejjer Cayman; Ċili; Ċina; Kolombja; Kongo; Gżejjer Cook; Kosta Rika; Kuba; Djibouti; Repubblika Dominikana; Eġittu; El Salvador; Eritrea; Etijopja; Fiġi; Il-Gambja; Ġeorgia; Gana; Gwatemala; Ginea; Ħonduras; Indja; Iraq; Iran; Iżrael; Kosta tal-Avorju; Ġamajka; Ġappun; Ġordan; Kenja; Kiribati; Kuwajt; Kyrgyzstan; Latvja; Lebanon; Leżoto; Liberja; Libja; Madagaskar; Malawi; Malasja; Mawrizju; Messiku; Mikroneżja; Moldova; Molgolja; Marokk; Możambik; Mjanmar; Nauru; New Zealand; Niġer; Niġerja; Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; Oman; Pakistan; Palau; Palestina; Paragwaj; Peru; Filippini; Qatar; Russja; Rwanda; Saint Kitts u Nevis; Saint Martin; Saint Vincent u Grenadines; Samoa; Sao Tome u Principe; Arabja Sawdita; Senegal; Seychelles; Sierra Leon; Singapor; Gżejjer Solomon; Somalja; L-Afrika t’Isfel; Repubblika tal-Korea; Sri Lanka; Sudan; Sważiland; Sirja; Taġikistan; Tanzanija; Tajlandja; Togo; Timor Leste; Tonga; Tuneżija; Turkmenistan; Uganda; Ukrajna; Emirati Għarab Magħquda; l-iStati Uniti tal-Amerika; Urugwaj; Uzbekistan; Vanwatu; Vjetnam; Zambja.

Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali li nuża hija leased. Wara li nġabru l-kwotazzjonijiet, l-aħjar offerta kienet tal-kumpanija GAUCI AUTOMOBILES, fejn magħhom sar il-kuntratt (Vehicle lease agreement) fit-28 ta’ April 2022. Il-karozza hija VOLVO XC60 PHEV. Ma teżisti ebda karozza oħra li hija second car.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Ħaddiema taċ-Ċivil - Vacation Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 260 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.

Ambaxxata Maltija fil-Qatar — ambaxxatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'hemmx Ambaxxatur fl-Ambaxxata Maltija fil-Qatar? Jista' jgħid kemm ilu ma jkun hemm ambaxxatur ta' Malta fl-Ambaxxata Maltija fil-Qatar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Malta hija rappreżentata minn Charge d’Affairs ġewwa Doha, il-Qatar. Is-sena li għaddiet Malta kellha Ambaxxatur residenti fil-Qatar u tul din is-sena se tkun qed tappunta Ambaxxatur ġdid.

Ambaxxaturi li mhumiex career diplomats

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambaxxaturi li mhumiex career diplomats?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ambaxxaturi Residenti hemm 13 li huma diplomatiċi tal-karriera u 20 li mhumiex diplomatiċi tal-karriera. Filwaqt li mill-Ambaxxaturi mhux residenti hemm 2 li kienu diplomatiċi tal-karriera u 29 li mhumiex diplomatiċi tal-karriera.

Konsli Onorarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Konsli Onorarji li ġew appuntati fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 u f'liema reġjuni u pajjiżi jinsabu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 inħatru 50 Konslu Onorarju. Minn dawn, 5 ma għadhomx jokkupaw l-irwol ta’ Konslu Onorarju. Dawn ġew maħtura kif jidher hawn taħt: Konsli Onorarji ta’ Malta appuntati fl-2017: Konsli Onorarji Belt Pajjiż Thierry de Cambiaire Montpellier Franza Eric de Haan Almere Olanda Malik Englmaier Munich Ġermanja Pablo Junceda Asturias Spanja Mauro Furlanetto Venezja Italja Gabriel Baltar Vigo Spanja Jonas Hudaja Medan Indonesja Konsli Onorarji ta’ Malta appuntati fl-2018: Konsli Onorarji Belt Pajjiż Akinari Kurisu Hiroshima Il-Ġappun Amanda Cummins Parkland l-Istati Uniti tal-Amerika Andreas Prinz St. Pölten ir-Repubblika tal-Awstrija Iñigo Nagore Bilbao ir-Renju ta’ Spanja Elias Alarja Bethlehem il-Palestina Erdenedalai Odkhuu Ulaanbaatar il-Mongolja Frank Giordano Philadelphia l-Istati Uniti tal-Amerika Ernest de Laminne de Bex Liege il-Belġju Jean Louis Christian M.G. De Brabander Limburg il-Belġju Elsadig Mohamed Ahmed Ishag Mohamed Khartoum ir-Repubblika tas-Sudan John Minihan Cork l-Irlanda Nick Pace L-Iskozja ir-Renju Unit Konsli Onorarji ta’ Malta appuntati fl-2019: Konsli Onorarji Belt Pajjiż Chandra Ruia Mumbai Ir-Repubblika tal-Indja Joseph V. Micallef Portland L-Istati Uniti tal-Amerka Maurizio De Biagi San Marino Ir-Repubblika ta’ San Marino Avinash Gordhan Mukhi Corozal Town Il-Belize Shigeru Abo Kyoto Il-Ġappun Joseph Calleja Perth Il-Commonwealth tal-Awstralja Margarita de los Santos Santo Domingo Ir-Repubblika Dominicana Pascal Perez Nice Ir-Repubblika Franċiża Igancio Alonso-Dregi Barcelona Ir-Renju ta’ Spanja Karla Svobodovà Praga Ir-Repubblika Ċeka Bjoern Havnes Oslo Ir-Renju tan-Norveġja Paolamaria Valiente Catani San Salvador Ir-Repubblika ta’ San Salvador Vincent de Vilmorin Zurich Il-Konfederazzjoni Svizzera Christina Charlotte Juel Copenhagen Id-Danimarka Konsli Onorarji ta’ Malta appuntati fl-2020: Konsli Onorarji Belt Pajjiż Carmen Spiteri Adelaide L-Awstralja Luis Enrique Santaliz-Ruiz Puerto Rico Puerto Rico Arthur J. Furia Miami L-Istati Uniti tal-Amerka Patrick Manhardt Salzburg L-Awstrija Dawit Gebre-ab Il-Belt tal-Djibouti Il-Djibouti Claudio di Scala Napli L-Italja Konsli Onorarji ta’ Malta appuntati fl-2021: Konsli Onorarji Belt Pajjiż Angela Schembri Bogati Il-Kolumbja Daniela Gusman Masera Lesotho Peter Krenn Liechtenstein Liechtenstein Kocho Angjushav Skopje Il-Maċedonja ta’ Fuq David Carbon South Carolina L-Istati Uniti tal-Amerka Konsli Onorarji ta’ Malta appuntati fl-2022: Konsli Belt Pajjiż Fady Hocheimy Banjul Il-Gambja Teresa Sofia Lopes Ramos Sousa Faro Il-Portugall Jose Pedro Ferreira de Sousa Garcia Fernandes Porto Il-Portugall Rory Stear Gqeberha L-Afrika t’Isfel Edward Harding Guayaquil L-Ekwador Ashraf Kawar Amman Il-Ġordan

Ambaxxaturi mhux residenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ambaxxaturi mhux residenti li ġew appuntati mis-sena 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija u liema huma l-pajjiżi li għalihom ġew appuntati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-Ambaxxaturi mhux residenti li ġew appuntanti mis-sena 2017 sal-lum hija din li ġejja: 2017 Isem u Kunjom Pajjiż E.T. Pierre Clive Agius Il-Bahamas E.T. Stephen Borg Il-Bangladesh E.T. Natasha Meli Daudey Il-Belarussja E.T. Natasha Meli Daudey Il-Georgia E.T. Natasha Meli Daudey Il-Moldova E.T. John Aquilina Il-Filippini 2018 Isem u Kunjom Pajjiż E.T. Frank Galea L-Arġentina E.T. Frank Galea Iċ-Ċilì E.T. Natasha Meli Daudey L-Armenja E.T. Ray Bondin Il-Bulgarija E.T. John Aquilina Il-Kambodja E.T. Ronald Micallef L-Etjopja E.T. Frank Zammit Is-Santa Sede E.T. Paul Mifsud L-Iran E.T. Mary Scicluna Il-Maċedonja ta’ Fuq E.T. Clifford Borg Marks Il-Malażja E.T. Stephen Borg Il-Maldivi E.T. Lino Bianco Il-Moldova E.T. Stephen Borg In-Nepal E.T. Paul Mifsud L-Oman E.T. John Spiteri Is-Slovenja E.T. Joseph Theuma Il-Qatar E.T. Dionisio Vella L-Afrika t’Isfel E.T. John Aquilina Il-Vjetnam 2019 Isem u Kunjom Pajjiż E.T. Keith Azzopardi Il-Bahamas E.T. Keith Azzopardi Il-Kanada E.T. John Paul Grech Il-Belarussja E.T. Michael Buhagiar Il-Kolombja E.T. John Spiteri Il-Kroazja E.T. Marlene Bonnici Id-Danimarka E.T. Karl Izzo Il-Montenegro E.T. Michael Zammit Tabona L-Estonja 2020 Isem u Kunjom Pajjiż E.T. George Said Zammit L-Armenja E.T. George Said Zammit Il-Georgia E.T. Clive Aquilina Spagnol Il-Bahrain E.T. Reuben Gauci Il-Bangladesh E.T. Andre Damato Kuba E.T. Ronald Micallef Il-Djibouti E.T. Kenneth Vella L-Estonja E.T. Kenneth Vella Il-Finlandja E.T. Jesmond Cutajar L-Iżlanda E.T. Andre Borg Il-Libanu E.T. Albert Friggieri Il-Liechtenstein E.T. Reuben Gauci Il-Maldivi E.T. Reuben Gauci In-Nepal E.T. Marlene Mizzi In-Norveġja E.T. Joseph Pirotta Il-Qatar E.T. Carmel Vassallo San Marino E.T. Gordon Pace Bonello Is-Serbja E.T. Reuben Gauci Is-Sri Lanka E.T. Marlene Mizzi L-Iżvezja E.T. Albert Friggieri L-Iżvizzera E.T. Clive Aquilina Spagnol Il-Jemen 2021 Isem u Kunjom Pajjiż E.T. Mark Causon Id-Danimarka E.T. Ray Sarsero L-Iraq E.T. Ray Sarsero Il-Ġordan E.T. Juliana Scerri Ferrante Il-Kosovo E.T. Tarcisio Zammit Il-Mauritania E.T. Keith Azzopardi Il-Messiku E.T. Paul Mifsud Il-Marokk E.T. Mario Farrugia Borg In-New Zealand E.T. Simon Cachia Is-Slovakkja E.T. Pierre Clive Agius L-Użbekistan 2022 Isem u Kunjom Pajjiż E.T. Anthony Licari L-Albanija E.T. John Aquilina Iċ-Ċilì E.T. Clint Tanti Il-Lussemburgu E.T. Roberto Pace Is-Sudan E.T. Ronald Micallef Ir-Rwanda 2023 Isem u Kunjom Pajjiż E.T. Godfrey C. Xuereb Il-Bahamas E.T. Godfrey C. Xuereb Il-Messiku E.T. Godfrey C. Xuereb Il-Kanada E.T. John Busuttil Il-Kambodja E.T. John Busuttil Il-Mongolja E.T. John Busuttil Il-Filippini E.T. John Busuttil Il-Vjetnam E.T. George Said Zammit Il-Ġordan E.T. George Said Zammit L-Iraq

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġewx impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’dan il-Ministeru minn Marzu 2022 sal-lum.

Proposti dwar l-għajnuna lil-Libja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4693, jista’ l-Ministru jagħti summary tal-proposti ta’ Malta lill-Kummissjoni Ewropea u/jew l-Unjoni Ewropea, jekk kien hemm tali proposti, b’rabta mas-sapport finanzjarju lil-Libja taħt l-artikolu 5 tal-MOU iffirmat fit-28 ta’ Mejju 2020 u li kopja tiegħu tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-3 ta’ Ġunju 2020? Jista’ jgħid x’kien ir-riżultat ta’ dawn il-proposti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultati ta’ proposti b’rabta mas-sapport finanzjarju lil-Libja taħt l-artikolu 5 tal-MOU li ġie ffirmat fit-28 ta’ Mejju 2020 huma kif ġej: Fuq livell Ewropew, Malta kontinwament tesprimi l-ħtieġa li tappoġġja lil-Libja fit-tisħiħ tal-fruntieri tal-art u marittimi tagħha permezz ta’ finanzjament akbar tal-UE. Fl-2021, waqt in-negozjati tal-baġit tal-UE għall-2022, wara pressjoni estensiva minn Malta u l-pajjiżi MED 5, il-Kummissjoni Ewropea qablet ma’ dikjarazzjoni li tistabbilixxi ammont minimu medju ta’ finanzjament għall-migrazzjoni fir-reġjun, fil-livell tal-2022, ta’ €208 miljun. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ċċirkolat il-Programm Indikattiv Multiannwali (MIP) għall-Viċinat tan-Nofsinhar, li ffissat l-ammont ta’ finanzjament għall-2023 u l-2024 għal €100 miljun. F’diversi laqgħat wara li ġie ċċirkolat dan il-programm, Malta kompliet tesprimi l-ħtieġa li l-finanzjament għall-migrazzjoni jkun adegwat. Malta (appoġġata minn Ċipru, l-Greċja, l-Italja u Spanja) qajmet tħassib dwar it-tnaqqis tal-fondi bħala ‘Any Other Business’ (AOB) fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-EU CODEV-PI fit-3 ta’ Ottubru. Il-Kummissjoni (DG NEAR) reġgħet lura fis-6 ta’ Ottubru, u ddikjarat li kien hemm €100 miljun proposti għall-2023 u €100 miljun oħra għall-2024. Fil-kumitat tal-Baġit fil-5 ta’ Ottubru, Malta (appoġġjata minn Ċipru, l-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Polonja) reġgħet qajmet tħassib dwar il-livell ta’ finanzjament għall-migrazzjoni fl-Afrika ta’ Fuq rifless fl-MIP. Fil-11 ta’ Ottubru, meta tqajmet il-kwistjoni minn Malta (appoġġjata mill-Italja u Spanja), il-Kummissjoni indikat li l-€100 miljun ma kinux finali peress li l-ipprogrammar kien għadu għaddej. Fit-18 ta’ Ottubru, waqt il-laqgħa tal-Kumitat tal-viċinat NDICI, Malta (appoġġata mill-Olanda, l-Ġreċja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u Spanja) qajmet tħassib dwar il-livell ta’ finanzjament tal-MIP u nnota l-ħtieġa li l-Kummissjoni żżomm mal-impenn meħud. Bħala kompromess, il-Kummissjoni qablet li tinkludi nota ta' qiegħ il-paġna speċifika fl-MIP.

Banek – tneħħija ta’ kontijiet bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex jiġi protett il-konsumatur in vista tal-fatt li membri varji mill-komunità kummerċjali sabu li numru ta’ banek qegħdin ineħħu kontijiet bankarji b’deċiżjonijiet unilaterali mingħajr ma jkun ingħata pre-avviż?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Anti-Harassment Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5724 tal-istess Seduta.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – applikazzjoni għal Palazzo Spinola

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4122, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fid-dawl li l-applikazzjoni PA02310/20 tinsab f’isem il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, bħala referenza, il-permess tal-PA msemmi fil-PQ 4820. Kif jidher mill-applikazzjoni għall-permess, m'hemmx strutturi perikolużi fil-Palazz innifsu, madanakollu hemm kostruzzjoni ta’ binja żgħira fuq barra tal-Palazz li s-saqaf tagħha jeħtieġ attenzjoni. Bħalissa qegħdin f'diskussjonijiet biex jinbidel is-saqaf imsemmi u tinħoloq il-parti tat-‘toilette’ kif inkluż fil-permess tal-PA. Meta jitlesta x-xogħol fuq il-binja partikolari, din għandha tiġi okkupata mill-uffiċjali tas-sigurtà filwaqt li l-parti tat-‘toilette’ tkun disponibbli waqt funzjonijiet li jsiru fil-parapett. Ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni f’din il-binja mhux se jfixkel ir-rilokazzjoni tal-Ministeru lejn Palazzo Spinola. Ix-xogħlijiet għandhom jitlestew sal-aħħar ta’ Jannar 2023 u ġaladarba jitlestew ix-xogħlijiet meħtieġa, l-uffiċjali tas-sigurtà jkunu jistgħu joperaw minn din il-binja.

San Ġiljan – Palazzo Spinola – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4123 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3835, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol ta’ restawr tas-saqaf u tal-faċċata tal-Palazzo Spinola skont l-applikazzjoni PA02310/20?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli nterpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 4820 tal-istess Seduta. Kif ukoll ninfurmah li r-restawr tal-faċċata kien diġa tlesta.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — remote working

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għat-teleworking jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.