Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus ri-allokati għal infieq urġenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li l-Kummissjoni Ewropeja ippermettiet lill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej biex jigu ri-allokati fuq infieq urġenti konness mal-miżuri meħuda minħabba l-Pandemija Covid-19. Jista’ l-Ministru jgħarraf ukoll lil din il-Kamra fuq liema oqsma l-aktar li ġew minfuqa dawn il-fondi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ambaxxata għall-Irlanda – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Irlanda tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Irlanda tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Konsolat f’Toronto – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-Konsolat tagħna f’Toronto tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Konsolat tagħna f’Toronto tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Ambaxxata ta’ Ruma – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna f’Ruma tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u x’inizajattivi ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għal-Ruma tul dawn l-aħħar disa’ xhur ta’ din is-sena.

Identity Malta — Dixxendenti Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, fl-Eġittu u fl-Alġerija

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11645 u 14286, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru rċeviex ilmenti minn persuni li huma ta’ dixxendenza Maltija li ġejjin mit-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu? Saru diskussjonijiet ma’ Identity Malta sabiex is-sistema taħdem aħjar milli kienet, wara l-emendi li ġew approvati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-Ministeru jista’ jikkonferma li ma rċeviex ilmenti minn persuni ta’ dixxendenza Maltija li jgħixu t-Tuneżija, l-Alġerija u l-Eġittu dwar applikazzjonijiet għal ċittadinanza Maltija, kif kien irrappurtat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14286, il-Ministeru kien iddiskuta din il-materja mal-awtoritajiet kompetenti mill-Aġenzija Identity Malta, u filwaqt li dawn tal-aħħar fehmu d-diffikultajiet li applikanti ta’dixxedenza Maltija mit-tali pajjiżi jistgħu isibu biex jipprovdu ċertifikati tat-twelid oriġinali tal-iStat minħabba raġunijiet ta’ natura storika, għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet ta’ ċittadinanza u wara ta’ passaport Maltin, issa dawn il-persuni jistgħu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-magħmudija, flimkien ma’ kull dokumentazzjoni oħra wara li d-dixxendenza minn persuna mwielda f’Malta tkun ġiet stabbilita. Il-Ministeru huwa nfurmat mill-Aġenzija Identity Malta li każi ta’ dan it-tip qed jiġu trattati każ każ biex ikun aċċertat li d-dokumenti ppreżentati jkunu awtentiċi. Fir-rigward tal-emendi fil-leġislazzjoni msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari, l-Aġenzija Identity Malta infurmat lill-Ministeru li fejn qabel kien possibbli biss għal persuni li twieldu barra minn Malta biex japplikaw għal ċittadinanza Maltija abbażi ta’ dixxendenza kif definit fil-proviżjonijiet tal-istess leġislazzjoni, issa din ġiet estiża ukoll għal persuni li twieldu Malta. F’dan l-istadju għalhekk, dawn l-emendi fil-leġislazzjoni ma japplikawx għal persuni li dwarhom saret din il-Mistoqsija Parlamentari

Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — Managing Authority - flus allokati għall-proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti infrastrutturali fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li bbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.

Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — fondi allokali għal proġetti fil-qasam edukattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam edukattiv fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li bbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.

Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati għal proġetti fil-Qasam tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tas-saħħa fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li ibbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.

Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — flus allokati fil-qasam tal-ħarsien tal-wirt storiku u l-patrimonju Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus allokati mill-Managing Authority fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għal proġetti fil-qasam tal-ħarsien tal-wirt storiku u l-patrimonju Malti fil-Programm ta’ Fondi Ewropej għal Malta (MFF) 2014-2020? Jista’ jsemmi wħud mill-proġetti l-kbar li ibbenefikaw jew qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi u x’intefaq fuqhom s’issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġbar.

Ambaxxata għall-Istati Uniti – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Istati Uniti tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Istati Uniti tul dawn id-disa’ xhur.

Ambaxxata għall-Alġerija – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Alġerija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta m’għandiex Ambaxxata fl-Alġerija peress li l-Ambaxxatriċi għall-Alġerija hija residenti f’Malta. Għaldaqstant, Malta għandha Konsulat Ġenerali li jinsab f’Alġiers. L-Ambaxxatriċi u l-Konslu Ġenerali flimkien jikkordinaw il-ħidma tagħhom sa biex jibqaw jitjiebu ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi ġirien. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’ħidma u x’inizattivi li ttieħdu mill-ambaxxata tul dawn l-ahhar disa’ xhur ta’ din is-sena.

Ambaxxata għaċ-Ċina – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għaċ-Ċina tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għac-Ċina tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16434 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill Onor. Interpellant b’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 16434 li kopriet il-perjodu sa Settembru 2019, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru – Dicembru 2019 - 1 Jannar – Settembru 2020 - 9 Minn dawn it-talbiet, 2 ġew milqugħa u 7 gew rrifjutati. 1 għadha pendenti. It-talbiet li ġew irifjutati kien minnħabba li l- informazzjoni mitluba ma kinitx taqa fil-parametri tal-Att dwar il- Liberta tal-Informazzjoni.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — promotions

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-promotions kollha li saru fil-Ministeru tiegħu din is-sena, inkluż ta’ Diretturi u Diretturi Ġenerali? Jistax jagħti għal kull waħda d-data rispettiva u jekk f’kull każ kienx hemm sejħa interna jew le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

High Commision ġewwa l-Ghana – ħidma

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13829, jista’ l-Ministru jindika għala l-proġett jinsab on hold? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-infiq u d-dħul li kien hemm tul is-sena li għaddiet mill-imsemmija High Commission? Jista’ jgħid il-korrispondenza marbuta ma’ nuqqasijiet gravi mal-istess, ġietx riferuta lill-Ministeru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ tisbieħ kien on hold minħabba r-restrizzjonijiet imposti mill-imxija tal-CoVID-19. Il-proġett issa beda u l-kuntratt ta’ tisbieħ ġie ffirmat fis-16 ta’ Ġunju 2020. Ninforma wkoll lill-Onorevoli interpellant illi l-ispiża fl-2019 kienet ta’ € 194,693.07 u ma kien hemm l-ebda dħul (revenue). Il-Ministeru ma’ rċieva l-ebda rapporti dwar nuqqasijiet gravi relatati mal-proġett.

Ambaxxata għat-Tuneżija – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ittieħdu mill-Ambaxxata tagħna għat-Tuneżija tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.

Notifika D – persuni li rreġistraw volotarjament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li rreġistraw volontarjament taħt in-Notifika D sal-aħħar ta’ Settembru 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Settembru 2020, in-numru ta’ persuni li rrieġistraw volontarjament taħt in-Notifika D kienu jammontaw għal ħames mija u tnejn u għoxrin (522).

Ambaxxata għall-Ġermanja – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Ġermanja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għall-Ġermanja tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – skemi ta’ ripatrijar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni talbu sabiex jiġu ripatrijati minn pajjiżna taħt l-iskema mħaddma mill-Ministeru sal-aħħar ta’ Settembru 2020?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm persuni talbu sabiex jigu ripatrijati minn pajjiżna taħt l-iskema mħaddma mill-Ministeru sal-aħħar ta’ Settembru 2020.

Ambaxxata għan-Netherlands – ħidma u inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma u x’inizjattivi ttieħdu mill-ambaxxata tagħna għan-Netherlands tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata tagħna għall-Netherlands tul dawn id-disa’ xhur ta’ din is-sena.