Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30869 u 31099 u jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 31328.

Proċessi ta’ Separazzjoni — Effett tal-Medjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fl-2024 li wara l-proċess tal-medjazzjoni, ddeċidew li jwaqqfu l-proċess ta’ separazzjoni tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi l-istatistika mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.

Każijiet ta’ Separazzjoni — Koppji bit-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ separazzjoni ta’ koppji bit-tfal fil-Qorti tal-Familja, bejn l-2020 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma tinżammx informazzjoni distinta dwar koppji li jiftħu l-kawża ta’ separazzjoni għandhomx tfal jew le.

Separazzjoni — Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ separazzjoni pendenti hawn bħalissa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi t-tabella li kemm kien hemm każijiet ta’ separazzjoni pendenti sas-7 ta’ Ottubru, 2025.

Koppji miżżewġa — Seperazzjoni tal-assi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn koppji miżżewġa li rreġistraw is-separazzjoni tal-assi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-7 ta’ Ottubru 2025 fil-Qorti ta’ Malta ġew reġistrati 2,683 rikorsi u fil-Qorti ta’ Għawdex ġew reġistrati 165 rikors li permezz tagħhom intalbu is-separazzjoni tal-assi.

Separazzjonijiet — Każijiet bonarji

Question

F’termini ta’ numri u persentaġġi meta mqabbla mal-każijiet kollha, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ separazzjoni taż-żwieġ kienu bonarji u kemm le?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant kemm kien hemm kawżi ta’ separazzjonijiet taż-żwieġ li kienu bonarji u b’kawża, mill-każijiet reġistrati, jinsabu fit-tabella t’hawn taħt: Sena Każijiet reġistri Malta Każijiet reġistrati Għawdex Separazzjonijet bonarja Separazzjoni kontentjuża Separazzjonijet bonarja Separazzjoni kontentjuża 2020 327 102 9 6 2021 404 117 5 5 2022 328 106 15 5 2023 362 110 2 13 2024 322 97 5 11 2025 246 73 8 8

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30869 u 31099 u jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sad-9 ta’ Ottubru, 2025 kien hemm 34 ġuri appuntat (39 akkuzat) u 22 ġuri (28 akkuzat) li mmatturaw u li qed jistennew sabiex jiġu appuntati. Hemm ukoll 98 ġuri li ma jistgħux jiġu appuntati minħabba li qed jistennew l-eżitu ta’ proċeduri oħrajn, fosthom kawżi Kostituzzjonali, filwaqt li hemm ukoll 99 att t’akkuża preżentement fil-proċess ta’ eċċezzjonijiet sabiex sussegwetment in segwitu għad-deċiżjonijiet dwar l-istess eċezzjonijiet jiġi appuntat il-ġuri. It-tieni parti tad-domanda għandha tiġi indirizzata lill-Ministru kkonċernat.

Opinjoni Finali tal-Ombudsman - Ħlas ta’ taxxa

Question

Fid-dawl tal-Opinjoni Finali tal-Ombudsman imressqa f’Novembru 2023 – li ġiet formalment riferuta lill-Ispeaker skont l-artikolu 22(4) tal-Att dwar l-Ombudsman u li ġiet imqiegħda quddiem din il-Kamra – u fid-dawl tas-sejbiet tal-Ombudsman li “a notary failed to transfer stamp duty and capital transfer taxes due on property deeds, despite having received payments from clients”, peress li l-vittmi ġew mitluba jħallsu t-taxxa darbtejn, u peress li din ġabet protesti mill-pubbliku, jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-Gvern sa issa naqas milli jaġixxi fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll il-Gvern meta biħsiebu jimplimenta miżuri konkreti, inklużi dawk proposti mill-Kunsill Nutarili u mill-Ombudsman, sabiex jingħata rimedju immedjat u jiġu protetti d-drittijiet ta’ dawk il-bona fide taxpayers?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin isiru diskussjonijiet inter-ministerjali f’dan ir-rigward bil-għan li jiġu proposti miżuri biex jitnaqqas l-abbuż u jiġu salvagwardjati drittijiet ta’ terzi.

Snin 2020-2025 — Separazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant, li turi kemm kien hemm kawżi ta’ separazzjonijiet irreġistrati sena b’sena mill-2020 sas-7 ta’ Ottubru, 2025.

Vittmi ta’ inġustizzji - Fond speċifiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi fond speċifiku għall-vittmi ta’ inġustizzji sia politiċi u sia ta’ xorta oħra, liema vittmi wkoll ikunu fl-impossibbilità fattwali, legali jew xorta oħra li jiġbru danni mill-persuna jew persuni li jkunu ikkaġunawlhom tali danni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Dritt ta’ ‘direct action’ - Diskussjonijiet leġislattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi diskussjonijiet leġislattivi dwar il-possibiltà li jiġi introdott b’mod ċar id-dritt ta’ ‘direct action’ favur l-impjegati u l-ħaddiema, direttament kontra l-assikurazzjonijiet li jipprovdu kopertura lill-‘employers’ fir-rigward ta’ ‘claims’ għal danni jew ġrieħi minn impjegati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol simili għal dak li hu provdut fl-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni Kap. 104 tal-Liġijiet ta’ Malta, b’mod li min iweġġa’ jkun jista’ jinnegozja jew eventwalment jipproċedi direttament kontra l-kumpanija tal-assikurazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena u nofs saret riforma importanti tal-qafas leġiżlattiv li jirregola s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, bil-għan li pajjiżna jkompli joffri ambjent tax-xogħol aktar sigur. Konsistentement mal-introduzzjoni ta’ din il-liġi l-ġdida, komplejna nassiguraw li dan il-qafas leġiżlattiv jiġi implimentat bl-aqwa mod possibbli. Fl-istess ħin, nibqgħu impenjati li nkomplu nistudjaw u niddiskutu żviluppi legali ulterjuri li jistgħu jsaħħu dan il-qafas, sabiex inkomplu nipprovdu rimedju effettiv u konkret lill-ħaddiema tagħna.

Mental Health First Aid Course - Taħriġ għall-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema taħt il-Ministeru tiegħu ġew imħarrġa fuq saħħa mentali permezz tal-Mental Health First Aid Course, u jaqsam din l-informazzjoni f’numri u f’persentaġġi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30046.

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30869 u jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nr 30776.

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti sal-aħħar ta’ Lulju 2025?  Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni minnhom li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li kienu qed jistennew dawn il-proċeduri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Seduti — Data ta' Diferiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jonqos il-ħin bejn seduta u oħra?  Jista’ jgħid ukoll kif seduti f’Lulju tas-sena 2025 qed jiġu diferiti għal Lulju tas-sena 2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi d-dati u l-ħinijiet ta’ meta jiġu appuntati u differiti s-seduti huma fid-deskrizzjoni tal-ġudikant li jippresjedi l-kawżi.

Akkużi — Stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jonqos il-ħin ta’ stennija fil-ġurnata tal-akkuża peress li jkun hemm 10+ każijiet fl-istess ħin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-kumpilazzjonijiet li jinstemgħu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u l-kawżi kollha li jistemgħu fil-Qorti Kriminali u l-Qorti tal-Appelli Kriminali huma kollha stradati bil-ħin. Il-kawżi sommarji ħafna minnhom ukoll huma stradati bil-ħin u huma ftit il-kawżi li ma jkunux bil-ħin.

Protection orders — ksur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inkisru ‘protection orders’ li ħarġu favur il-vittmi tal-vjolenza domestika mill-allegati aggressuri fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.