Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti ta’ Għawdex – perspex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-uffiċċji tal-Qorti ta' Għawdex fejn jaħdmu l-impjegati sarx perspex biex jifred lill-impjegati u dan peress li hemm kmamar żgħar li fihom hemm anke sitt persuni jaħdmu u li ma fihom l-ebda tieqa jew bieb għal barra? Jekk għadhom mar sarux, x’inhi r-raġuni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li bħala prevenzjoni, kontra l-imxija tal-COVID-19, l-impjegati tal-Qorti ta’ Għawdex kollha ġew ipprovduti b’visors, maskli u hand sanitizers u l-Linji Gwida tas-Superintendent tas-Saħħa ġew segwiti. Għalkemm Perspex ġie nstallat fl-Awli u fir-Reġistru, u ċjoè fejn l-impjegati tal-Qorti jiltaqgħu ħafna mal-pubbliku, imkien m’hemm fil-Linji Gwida li għandu jitwaħħal Perspex. Rigward kmamar fejn hemm membri tal-istaff aktar milli kien suġġerit fl-istess Linji Gwida, dawn instabilhom post alternattiv fejn jaħdmu u ser jiġu trasferiti hemm mis-6 ta’ Lulju. Madanakollu, ta’ min ifakkar lill-Onorevoli Interpellant, illi llum il-miżuri li kienu tħabbru mis-Superintendent tas-Saħħa Pubbliku fil-bidu tal-imxija tal-COVID-19 ġew sorvolati.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14662 u jgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru u l-ħlas rispettiv tagħhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 103.

EPPO — spettur

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fid-29 ta' Mejju 2020 l-Ispettur li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament intgħażlet biex tirrapreżenta lil Malta fil-European Public Prosecutor Office (EPPO)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għad-Domanda Parlamentari 14768. Madanakollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-Gvern bagħat total ta’ ħames (5) kandidati biex ikunu fuq il-Kulleġġ ta’ Prosekuturi tal-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Europew, wara li nħarġu ben tlett (3) sejħiet pubbliċi fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex timtela tali po¿izzjoni, l-Bord ta’ Selezjoni tal-UPPE ħareġ il-klassifika tiegħu. Madanakollu din il-klassifika għadha m’hijiex determinanti u konklussiva minħabba l-fatt illi skond il-provvedimenti tal-Arikolu 16(2) tar-Regolament UPPE, wara li jkun irċieva l-opinjoni motivata tal-bord tal-għażla msemmi fl-Artikolu 14(3), il-Kunsill għandu jagħżel u jaħtar wieħed mill-kandidati biex ikun il-Prosekutur Ewropew tal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Klassifika tal-bord tal-għażla msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament UPPE m’hijiex vinkolanti fuq il-Kunsill u allura għadni m’inix f’punt u f’pu¿izzjoni li nikkonferma o meno l-istatement tal-Onorevoli Interpellant stante illi l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għadu ma għażilx u allura ma ħatarx wieħed miż-żewġ kandidati Maltin.

EPPO — Selection Panel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tas-Selection Panel f’Malta (ippresjedut mill-Imħallef irtirat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament) li ġie mwaqqaf biex jiddeċiedi r-rappreżentant Malti għall-European Public Prosecutor Office (EPPO)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord tal-għażla kien magħmul minn żwġ Imħallfin irtirati – wieħed bħala c-Chair tal-bord u l-ieħor bħala membru votanti, minn Direttur tal-Qrati u minn Avukat familjari mal-affarijiet tal-Unjoni Ewropea, dan ta’ l-ahhar bħala membru tal-bord imma mingħajr vot.

Fondi Ewropej biex jippromwovu l-ugwaljanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux se jkun hemm fondi Ewropej allokati, jew xi proġett maħsub biex jippromwovi l-ugwaljanza għall-perjodu 2021-2027?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu 2021-2027, il-Ministeru qed ifassal proġetti ġodda relatati mall-promozzjoni tal-ugwaljanza liem proġetti ser jiġu proposti meta jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-fondi. Barra min hekk matul l-istess perjodu indikat mill-Onorevoli Membru ser ikunu qed jiġu fi tmiemhom 3 proġetti oħra fil-qasam tal-ugwaljanza u li għalihom kienu diġa ngħataw il-fondi.

Maġistrat – rifjut ta’ xhieda ta’ tfal li huma taħt l-età

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Maġistrat għandux dritt jirrifjuta xhieda ta’ tfal li huma taħt l-età biex jirrakkontaw dak li għaddejjin minnu d-dar kemm m’ommhom kif ukoll ma’ missierhom?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din l-interprellanza tidher li ma tistax issir skont l-Ordni Permenanti tal-Kamra numru 27 (5) tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati (L.S. Kost.02). Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Maġistrat li jkun qiegħed jisma’ kawża għandu kull dritt li jirregola l-provi li jinġiebu quddiemu.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Mejju 2020 ma kien hemm l-ebda entita’ jew dipartiment li jaqgħu taħti li ġabru fondi għall-programm msemmi.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi - flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għall-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Mejju 2020 ma kien hemm l-ebda entita’ jew dipartiment li jaqgħu taħti li ġabru fondi għall-programm msemmi.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament m’għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħi.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — ħlas lil persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li mill-baġit tal-Ministeru tiegħi ma sarux ħlasijiet lil persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament mill-2013 l’hawn.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-18 ta’ Ġunju 2020.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — tħawwil ta' siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-afforestazzjoni ma tagħmilx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru

Persuni mressqa l-Qorti fuq Traffikar ta' Persuni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15282, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ, kemm kienu hemm persuni li ġew traffikati? F'kull każ, x'kienu l-konklużjonijiet wara l-proċess ġuridiku?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet deċizi huwa kif muri hawn taħt, Il-każijiet l-oħra għadhom pendenti. 2014 – 2 Każi deċiżi · 2 vittmi – l-imputat weħel sentejn priġunerija u spejjez perizja. Kien hemm appell pero ġie ċedut. · 1 vittma – l-imputat weħel sentejn priġunerija, multa ta’ €5000 u spejjez perizja – Hemm appell li għadu pendenti. 2015 – 1 Każ deċiż · 1 vittma – 2 imputati fejn wieħed weħel multa ta’ €1500 u l-ieħor weħel multa ta’ €50 u ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn. Il-Qorti ħarġet Ordni ta’ Protezzjoni ta’ 3 snin fil-konfront tal-vittma. Ma kien hemm l-ebda appell. 2017 – 1 każ deċiż · 2 vittmi – 2 imputati li weħlu 12-il sena priġunerija kull wieħed u spejjeż peritali. Il-Qorti ħarġet Ordni ta’ Protezzjoni ta’ 5 snin fil-konfront tal-vittmi. Hemm appell li għadu pendenti.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Open Data - datasets

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenti ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sad-19 ta’ Ġunju 2020.

EPPO – tliet kandidati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jassumi r-responsabilità għad-dewmien biex Malta tibgħat l-ismijiet ta’ tliet kandidati eleġibbli biex ikunu fuq il-College of Prosecutors tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol sabiex timtela tali pożizzjoni ilu għaddej b’mod sfiq. Bħala Ministru tal-Ġustizzja, jien irrid nara li nagħmel dak kollu possibbli sabiex pajjiżna jasal li jilħaq t-tragward mistenni u mixteq b’responsabbiltà sħiħa u b’impenn sħiħ lejn l-implementazzjoni ta’ tali proġett li l-Gvern għandu rieda politika sħiħa li jipparteċiepa fih. Malta, sa issa bagħtet total ta’ ħames (5) kandidati biex ikunu fuq il-Kulleġġ ta’ Prosekuturi tal-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Europew wara li nħarġu ben tlett (3) sejħiet pubbliċi fil-Gazzetta tal-Gvern biex timtela tali pożizzjoni: - L-Ewwel sejħa pubblika ħarget fil-Gazzetta tal-Gvern numru 20,154 tat-22 ta’ Marzu tal-2019; - It-tieni sejħa pubblika ħarget f’Gazzetta tal-Gvern numru 20,187 tal-14 ta’ Mejju tal-2019; u - It-tielet sejħa pubblika ħarget fil-Gazzetta tal-Gvern numru 20,475 tas-6 t’Awwisu tal-2019. Madanakollu kienu tnejn (2) biss minn dawn il-ħames kandidati li ġew meqjusa eliġibli wara screening li sar. Għamilna ħilitna biex nidentifikaw aktar kandidati potenzjali f’Malta. Sar wkoll eżerċizzju ta’ ‘head-hunting’, b’mod mill-aktar wiegħa. Xi wħud minn dawn l-individwi setgħu possibbilment esprimew interess inizjali iżda naqsu milli juru l-interess attwali tagħhom fil-pożizzjoni tal-PE fl-UPPE - uħud għal raġunijiet personali u xi wħud minħabba nuqqas ta’ interess tanġibbli. L-Onorevoli Interpellant għandu japprezza li l- pool ta ‘kandidati eliġibbli’ li jistgħu jkunu interessati f’din l-kariga huwa żgħir ħafna, f’pajjiż ta’ popolazzjoni ta’ madwar erba’ mija u għoxrin elf individwu. Għalhekk huwa ċar mill-informazzjoni mogħtija li ma kien hemm l-ebda dewmien da parti tal-Gvern Malti fil-proċess kollu mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea.

EPPO — kandidati

Question

Jista' l-Ministru issa jgħid għala qed jippermetti li Malta tibqa’ żżomm u tkun ta’ xkiel biex l-operational set-up tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO) jibda jiffunzjona stante li l-Gvern tiegħu huwa l-uniku li għadu ma bagħatx l-ismijiet tal-kandidati eliġibbli biex ikunu fuq il-College of Prosecutors tal-European Public Prosecutor’s Office (EPPO)?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġibiet li tajt fil-mistoqsijiet parlamentari 14768, 14781 u 14785.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14891 u 14323 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza.

Ġenituri li weħlu multa għax naqsu li jibagħtu tfal l-iskola — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm mill-887 ġenitur li weħlu multa għax naqsu li jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola fis-sena skolastika 2018 – 2019, ħallsu din il-multa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qrati tal-Maġistrati – applikazzjonijiet għal għajnuna legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għal għajnuna legali quddiem il-Qrati tal-Maġistrati kompetenza kriminali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul is-sena 2019 ġew maħtura 649 avukat tal-għajnuna legali u waqt l-2020 sat-30 ta’ April 2020 ġew maħtura 145 avukat tal-għajnuna legali.