Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10102 u jgħid f’liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn l-2008 u l-2013 sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa fit-toroq li ġejjin:
• Triq l-Alwetta
• Triq ta’ Fuq il-Widien
• Triq is-Sliem
• Triq l-Għaqda
• Triq il-Ħena
• Triq il-Ħlewwa
• Triq il-Palm
• Triq in-Nixxiegħa
MCCAA — Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
Question
Fid-dawl tal-emendi li saru għal Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap. 378 tramite l-Att XVI tal-2019, fejn allura d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) b’riżultat ta’ dawn l-emendi issa ma jistax jimponi sanzjonijiet inkluż penalitajiet amministrattivi, jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri qed jittieħdu biex l-MCCAA u allura d-Direttur Ġenerali jkunu konformi mar-Regolament (UE) 2017/2394, fejn ir-regolament 9(4)(h) tiegħu jesiġi li l-awtorità kompetenti li hi responsabbli għat-tħaddim tad-direttivi elenkati fl-imsemmi Regolament tal-Unjoni Ewropea li tinkludi diversi liġijiet li huma infurzati mill-isemmi Direttur Ġenerali, ikollu s-setgħa li jimponi pieni bħal multi jew ħlasijiet perjodiċi kif rikjesti fl-imsemmi regolament 9(4)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-emendi introdotti fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta) permezz tal-Att XVI tal-2019 li ġie ppubblikat fil-31 ta’ Mejju, 2019 id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) se jkollu rwol investigattiv u kemm-il darba jkun hemm sejbin prima facie ta’ ksur tal-liġi minn l-operaturi investigati, d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) jista’ jipproċedi permezz ta’ rikors ġuramentat quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ) sabiex jitlob fost affarijiet oħra l-impożizzjoni ta’ penali fuq il-konvenut skont l-artikolu 106A għal kull ksur. Dan il-proċess huwa konformi mar-Regolament (UE) 2017/2394.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/770 u jekk hux maħsub li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-liġi, li eventwalment timplimenta din id-direttiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju huwa prematur li jiġi konkluż li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/770, peress li għad għandhom isiru il-konsultazzjonjiet inter-ministerjali meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex tiġi implimentata d-Direttiva (UE) 2019/771 u jekk hux maħsub li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) hux se jkollha xi rwol fit-tħaddim tal-liġi li eventwalment timplimenta din id-direttiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 10387.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Mejju 2019.
Intant, l-entitajiet li mhumiex indikati fl-imsemmija tabella rregistraw nil reply.
Entità/DipartimentAmmont (€)
Arts Council Malta16,760
Asset Recovery Bureau253
Avukat Generali2,157
Heritage Malta 15,809
L-Awtorita dwar il-Medicini281
MCCAA965
National Orchestra Ltd19,044
PBS Ltd50
PTR130
Sovrintendenza tal-patrimonju kulturali212
Teatru Manoel7125
Valletta Cultural Agency17,138
ŻfinMalta11,854
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - reklamar
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 10246.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali - reklamar
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 10246.
Jista’ l-Ministru jgħid b’sena b’sena mill-2011 s’issa kemm ingħatat għajnuna mill-Gvern lill-għaqdiet tal-konsumatur f’Malta, u jekk iva lil liema għaqda jew għaqdiet, u sena b’sena f’xiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2011 sal-aħħar ta’ Mejju 2019, minn naħa tal-Awtorità f’termini ta’ għajnuna tipprovdi post u l-kera fejn tiltaqa’ l-Għaqda tal-Konsumaturi, kif ukoll ħlas ta’ servizzi u ta’ komunikazzjoni, ta’ dawl, ilma u ndafa.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri leġiżlattivi beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza li ngħatat nhar it-8 ta' Mejju 2019 mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) kif ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff fil-kawża fl-ismijiet Anthony Debono et vs L-Avukat Ġenerali et (Rikors Numru 89/2018 LM)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li s-sentenza msemmija mill-Onor.i Membru ġiet appellata.
MCCAA — Direttur Ġenerali - multi u penalitajiet amministrattivi - ksur tad-dispożizzjoni ta' Kap. 379
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ, id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) impona multi jew penalitajiet amministrattivi minħabba ksur ta’ xi dispożizzjoni tal-Att dwar il-Kompetizzjoni Kap 379 tal-Liġijiet ta’ Malta jew xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi mill-2011 s’issa sena b’sena? F’kull każ kemm kienet il-multa jew penali mposta u jekk din fil-fatt tħallsitx jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 27947 tat-12-il Leġiżlatura fejn hemm il-multi li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) impona mill-2011 sal-2016. L-Uffiċċju ma mpona l-ebda multa oħra stante li fl-2016, inqatgħet is-sentenza Kostituzzjonali.
MCCAA — Direttur Ġenerali - multi u penalitajiet amministrattivi - ksur tad-dispożizzjoni ta' Kap. 378
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ, id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) impona multi jew penalitajiet amministrattivi minħabba ksur ta’ xi dispożizzjoni tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap 378 tal-Liġijiet ta’ Malta jew xi regolamenti magħmula taħt l-istess liġi mill-2011 s’issa sena b’sena? F’kull każ kemm kienet il-multa jew penali mposta u jekk din fil-fatt tħallsitx jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) impona multi jew penali amministrattivi skont kif imniżżel hawn taħt:
2012 ħames każijiet identici fuq l-istess mertu li kellhom, bhala deterrent impozizzjoni ta’ multa ta’ €5000 f’każ ta’ ksur, u multa kull jum ta’ €120 għal kull gurnata ta’ ksur. ¯ewġ operaturi appellaw lit-Tribunal tal-Appell li ċaħad l-appell u sar appell lill-Qorti tal-Appell; liema appell qieghed jistenna d-data tas-smiegħ.
2015 – każ wieħed, b’multa ta’ €26,900 li ma thallsitx peress li n-notifika tad-decizjoni ma setghetx issir minkejja diversi tentattivi. Ta’ min jinnota li minkejja dan, l-ksur tal-ligi irrapportat ma kompliex isehh.
2018 – każ wieħed, b’multa ta’ €30,000. Id-decizjoni giet appellata quddiem it-tribunal tal-appell u l-appell qieghed jinstema’ il-konkluzjoni ta’ kawza kostituzzjonali.
MCCAA — Direttur Ġenerali - multi, sanzjonijiet u penalitajiet amministrattivi - ksur tad-dispożizzjoni ta' Kap. 378
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) apparti l-impożizzjoni ta’ penali jew multa amministrattiva qatt impona xi forma ta’ sanzjoni oħra minħabba xi allegat ksur tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur Kap.378 tal-Liġijiet ta’ Malta, jew xi regolament magħmul taħt l-istess Kap. 378 mill-2011 s’issa, u jekk iva fiex kienu jikkonsistu dawn is-sanzjonijiet u f’kemm-il każ ittieħdu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-2011 id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) kiseb il-konformità volontarja ta’ żewġ operaturi, skond l-artikolu 100 tal-Att dwar l-Affariijiet tal-Konsumatur hawnhekk aktar ‘l quddiem imsejjah l-Att, u skont l-imsemmi artikolu d-Direttur Ġenerali kiseb il-konformita’ volontarja ta’ operatur fl-2015, u ta’ zewg operaturi oħra rispettivament wiehed fl-2018 u wiehed fl-2019.
Id-Direttur Ġenerali għamel ukoll talba għall-istituzzjoni ta’ proċeduri kriminali skont l-artikolu 13 tal-Att u skont ir-Regolamenti dwar Prezzijiet Indikati skond l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 378.09), il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali imponiet żewġ multi (kriminali) ta’ €250 kull waħda fl-2014, u multa (kriminali) ta’ €116 fl-2017.
Barra minhekk saru s-segwenti dikjarazzjonijiet ta’ avvizż pubbliku fir-rigward ta’ diversi operaturi skont l-artikolu 8 tal-Att: tlieta fl-2012; waħda fl-2013; tlieta fl-2014; ħamsa fl-2015; tmienja fl-2016; sitta fl-2017; ħdax fl-2018; u tnejn fl-2019 sa Mejju ta’ din is-sena.
MCCAA — deċiżjonijiet mid-Diretturi Ġenerali (Kompetizzjoni) u Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fil-2011, kemm-il deċiżjoni nħarġet mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) u kemm minnhom ġew ikkontestati quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur, sena b’sena? Jista’ jgħid sena b’sena mit-twaqqif tal-MCCAA fil-2011, kemm-il deċiżjoni nħarġet mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) u kemm minnhom ġew ikkontestati quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn segwenti huma d-deċiżjonijiet relatati mall-Uffiċju għall-Konsumatur:
2011: tlett deċiżjonijiet u waħda ġiet appellata
2012: ħames deċiżjonijiet u tnejn ġew appellati
2015: żewġ deċiżjonijiet
2018: żewġ deċiżjonijiet u wahda giet appellata
2019: deċiżjoni waħda
Dawn li ġejjin huma d-deċiżjonijiet relatati mall-Uffiċju għall-kompetizzjoni
2011- Ħames Deċiżjonjiet
2012 – Deċiżjoni Waħda
2013 – Tliet Deċiżjonjiet
2014 – Seba` Deciżjonjiet
2015 – Disa’ deċiżjonijiet u waħda ġiet appellata
2016 – Għaxar deċizjonjiet u waħda ġiet appellata
2017 - Erba’ deċiżjonijiet
2018 – Seba’ deċiżjonijiet
2019 – Erba’ deċiżjonijiet
Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur — kawżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kawżi mill-2011 sal-lum quddiem it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur u f’kull każ x’kien x’eżitu finali, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn is-sentenzi jistgħu jinstabu online fuq il-website: https://ecourts.gov.mt/onlineservices/Judgements/Search
Tabella
Vertenzi deċizi uħud minnhom kif jidher b'deċizjonijiet multipli fl-istess vertenza
data decizjoni
Onor Joe Mizzi vs Korporazzjoni Enemalta et
21/03/2012
Onor Joe Mizzi vs Korporazzjoni Enemalta et
27/02/2013
Onor Joe Mizzi vs Korporazzjoni Enemalta et
28/01/2016
Melita plc vs Direttur Generali ghall-Affarijiet tal-Konsumatur
23/01/2013
Melita plc vs Direttur Generali ghall-Affarijiet tal-Konsumatur
17/04/2013
Melita plc et vs Direttur Generali (Affarijiet tal-Konsumatur)
29/01/2014
Melita plc et vs Direttur Generali (Affarijiet tal-Konsumatur)
21/02/2017
Imnara Ltd vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
20/03/2013
Miqna Systems Ltd vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
29/01/2014
Datastream Ltd vs Camline Internet Services Ltd
29/01/2014
Benny Borg Bonello vs Awtorita ta' Malta ghall Kompetizzjoni u ghall-Affarijiet tal-Konsumatur et
26/02/2014
U Communications Ltd vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
22/10/2014
AAJE Abela Bros Partnership et vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
27/10/2014
AAJE Abela Bros Partnership et vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
21/02/2017
Liquigas (M) Ltd vs Uffiċċju ghall-Kompetizzjoni
14/04/2015
Malta Bargains Ltd (UK) vs Awtorita tat-Turizmu ta' Malta et
19/05/2015
Federated Association of Travel & tourism agents vs deutsche lufthansa ag (malta) et
27/06/2017
Vertenzi Pendenti
Falzon Group Holdings LTD et vs DG Kompetizzjoni
tistenna ezitu ta' rikors kostituzzjonali
Federated Association of Travel & tourism agents vs Deutsche Lufthansa ag (malta) et
kontinwazzjoni provi
Digisec Media ltd vs DG (konsumatur)
tistenna ezitu ta' rikors kostituzzjonali
Deċiz in Parte
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Gusta vs Korporazzjoni Enemalta
27/06/2012
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Gusta vs Korporazzjoni Enemalta
02/04/2014
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Gusta vs Korporazzjoni Enemalta
04/10/2016
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni vs Korporazzjoni Enemalta
differita ghas-sentenza 18/03/2020
Miniateru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri leġiżlattivi beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza li ngħatat nhar it-8 ta' Mejju 2019 mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) kif ippreseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff fil-kawża fl-ismijiet Anthony Debono et vs L-Avukat Ġenerali et (Rikors Numru 89/2018 LM)?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?