Legislature:
Category:
Reset
Active:

PBS – work force — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-workforce tal-Public Broadcasting Services illum huma impjegati għal perjodu indefinit jew fuq bażi ta’ kuntratt u jindika f’liema grad ġew hekk impjegati u b’liema designation?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

PBS – non commercially viable programmes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-programmi li l-PBS tqis bħala li huma ‘non-commercially viable programmes’ iżda li huma meħtieġa sabiex tkopri l-obbligi tagħha bħala l-mezz ta’ xandir pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-twettiq tal-missjoni tagħha bħala Public Service Media, il-PBS tirċievi għajnuna finanzjarja biex tonora l-ftehim tal-PSO li huwa konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/EU ta’ l-20 ta’ Diċembru 2011 fuq l-applikazzjoni ta’ Artiklu 106(2). Taħt dan il-ftehim il-PBS tassigura dawn il-ġeneri ta’ programmi: a) Servizz regolari kuljum ta’ bulettini ta’ l-aħbarijiet bil-Malti, u bulettin kuljum bl-Ingliż u ieħor li jipprovdi faċilita għal dawk neqsin mis-smiegħ b) Servizzi regolari ta’ l-aħbarijiet fuq ir-radju, b’servizz bl-Ingliż c) Servizzi regolari ta’ aħbarijiet sportivi u programmi sportivi d) Servizzi marbuta ma’ kompetizzjonijiet sportivi, b’mod partikolari dawk li jseħħu f’Malta jew li japperteċipaw Maltin fihom e) Programmi marbuta ma’ l-obbligi Kostituzzjonali jew legali imposti fuq il-PBS f) Xandir ta’ dibattiti parlamentari partikolari fuq it-televiżjoni g) Xandir tas-seduti parlamentari kollha fuq ir-radju h) Avvenimenti ta’ natura nazzjonali hekk kif mitluba mill-Gvern i) Public Service Announcements hekk kif mitluba mill-Gvern j) Programmi ta’ ġrajjiet kurrenti u diskussjonijiet li jittrattaw temi soċjali, kulturali, edukazzjoni, ambjent, ekonomija, u oħrajn ta’ natura indistrijali jew politika k) Programmi b’temi reliġjużi u x-xandir tal-Quddiesa tal-Ħadd u kull meta hemm l-obbligu tas-smiegħ tal-Quddiesa l) Programmi li l-udjenza prinċipali tagħhhom hija ta’ eta żgħira m) Drama bil-Malti n) Programmi ta’ natura kulturali b’emfasi fuq il-lingwa Maltija, patrimonju Malti, storja, kultura u arti lokali o) Programmi li jiffukaw fuq Għawdex u is-soċjeta Għawdxija p) Programmi għal komunitajiet Maltin barra l-pajjiż q) Programmi ta’ informazzjoni ġenerali r) Programmi ta’ natura edukattiva Il-PBS hija mitluba wkoll biex tipprovdi servizzi onlajn b’informazzjoni fuq il-programmi, skedi, ġabra ta’ aħbarijiet, flimkien ma’ servizz on-demand.

PBS – Bord tad-Diretturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-aħħar inħatar il-Bord tad-Diretturi tal-PBS, minn min hu magħmul u sakemm jestendi t-terminu preżenti tal-istess Bord?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-membri attwali tal-Bord offrew ir-riżenja tagħhom u ninsabu fil-proċess li jinħatar Bord ġdid.

PBS – Bord Editorjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-aħħar inħatar il-Bord Editorjali tal-PBS, minn min hu magħmul u sakemm jestendi t-terminu preżenti tal-istess Bord?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-membri attwali tal-Bord offrew ir-riżenja tagħhom u ninsabu fil-proċess li jinħatar Bord ġdid.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — użu ta' Karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13000, jista' l-Ministru jgħid kemm hi kbira l-flotta tal-karozzi tal-Ministeru u tal-entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab nfurmat li l-flotta tal-karozzi tal-Ministeru u tal-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, hija ta’ 27.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12951, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ: a. min kienu l-persuni, individwu jew kumpaniji li bbenefikaw minn dawn id- direct orders ; u b. x'kien is-servizz jew prodott li pprovda lill-entità msemmija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella t’hawn taħt hemm l-informazzjoni mitluba. Dipartiment/Entità Direct orders ingħataw lil: Servizz/Prodott Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg (DIER) Carmelo Cauchi rinovazzjoni Powered Knowledge riċerka Gaetano Borg Financial Advisors Ltd. konsultazzjoni Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) Continental Car Ltd xiri ta' vettura MITA laptops Public Broadcasting Services Ltd (PBS) DAB Electronics Co Ltd tibdil ta' partijiet mill-apparat Burmarrad Commercials Ltd. kiri ta' vetturi Vodafone Malta Ltd mobile service provider Forestals FGL Information Technology Ltd. support contract

Ministeru f'Uffiċċju tal-Prim Ministru — xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12619 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Dipartiment/ Direttorat/Entita' Nefqa € 2017 2018 2019 Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industriali u Impjieg (DIER) 4,721.00 1,867.29 2,778.51 Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli 0.00 0.00 0.00 Public Broadcasting Services 15,177.00 13,154.00 13,675.00 Malta-EU Steering & Action Committee (MEUSAC) 3,711.86 3,150.85 2,422.88 Malta Council for Economic & Social Development (MCESD) 1,991.03 2,760.17 1,623.23

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – użu ta’ trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol. Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluz fi proġetti-pilota jew PPPs. Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesgħa mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà. Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hemm entità li tagħmel użu minn karozza li taħdem bl-elettriku.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji ngħataw separatament mhux qed jipprovdi kwalsiasi konsulenza.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni li l-Ministeru twaqqaf fil-15 ta’ Jannar, ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ma kienx ingaġġat, maħtur jew ta xi konsulenza.

Public Broadcasting Services — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt tal-Public Broadcasting Services Ltd għat-twettiq mill-istess soċjetà tal-‘public service obligations’ tagħha?

Response (ABELA, CARMELO)

Il-kuntratt marbut mal-Public Service Obligation qiegħed f’fazi ta’diskussjoni u għaldaqstant ma jistax jiġi prezentat.

Stazzjonijiet tax-xandir f’Malta – fondi offruti

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’fondi offra matul l-2018 u l-2019 lil stazzjonijiet differenti tax-xandir f’Malta sabiex dawn iwettqu l-‘public service obligations’ tagħhom, u jekk għal dan l-iskop daħalx fi ftehim mal-istazzjonijiet, f’liema kas, jista’ iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim milħuq għal dan l-iskop?

Response (ABELA, CARMELO)

Infurmat li l-fondi għat-twettiq tal-Public Service Obligations huma vvutati lil PBS u għal daqstant ma sar l-ebda ftehim ma stazzjonijiet oħra rigward dan.

National Broadcasting Policy

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-National Broadcasting Policy kurrenti li qed isegwi l-Gvern? Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux għaddej xi proċess biex tkun aġġornata din l-istess Policy, u jekk fl-affermattiv, f’liema stadju wasal dan il-proċess?

Response (ABELA, CARMELO)

Bħalissa qegħdin fi proċess ta’ stħarriġ sabiex tiġi studjata l-policy kurrenti. Dan il-proċess wasal fl-aħħar parti tiegħu u hekk kif jingħalaq ikollna stampa aktar ċara ta’ kif se nipproċedu.

Direttiva EU 2018/808

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’konsultazzjonijiet qed isiru u fiex wasal il-proċess biex issir it-transpożizzjoni tad-Direttiva EU 2018/808 tal-Parlament u tal-Kunsill Ewropew għar-rigward tas-Servizzi Awdjo-Viżivi a tenur tal-Artiklu 2 tal-istess Direttiva?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni ser issir fiż-żmien li ġej.

Creative Europe – Media programme — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’applikazzjonijiet saru minn Malta, matul l-aħħar seba’ snin, taħt il-Creative Europe – Media programme, x’kien ir-riżultat għal kull applikazzjoni li saret, kemm akkwistajna fondi favur produzzjonijiet Maltin taħt dan il-programm, u x’applikazzjonijiet, jekk hemm, għadhom pendenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12601 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Direct Orders Moghtija Matul 2017, 2018, 2019 Dipartiment/ Entità Sena Numru ta' Direct Orders Ċifra Globali VAT eskl. Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industriali u Impjieg (DIER) 2017 0 €0.00 2018 4 €196,080.67 2019 0 €0.00 Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) 2017 0 €0.00 2018 1 €13,599.32 2019 1 €12,033.40 Public Broadcasting Services Ltd (PBS) 2017 0 €0.00 2018 3 €109,007.43 2019 1 €15,775.00

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12656 u jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm. Niġbed l-attenzjoni li dan il-Ministeru twaqqaf fil-15 ta’ Jannar 2020.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12622.