Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #8408 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Istituzzjonijiet Finanzjarji Islamiċi – applikazzjonijiet mal-MFSA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux xi applikazzjonijiet mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul l-2018 fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji Islamiċi? Jekk iva, kemm daħlu u kemm minnhom ġew approvati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li ma daħlu ebda applikazzjonijiet. Fil-preżent qed isir xoghol biex fost oħrajn is-sistema Maltija tilqa ahjar ghal dawn it-tipi ta’ strumenti.
Leg 13 PQ #8182 Sitting 184 2019-01-16 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Memorandum of Understanding fuq traffikar ta’ persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar il-5 ta' Diċembru 2018 mill-Gvern Malti u mill-Gvern tar-Renju Unit dwar it-traffikar ta' persuni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li d-dokument huwa pubbliku: https://reforms.gov.mt/en/Documents/MOUs/MOU_British_High_Commission.pdf. Kopja tiegħu qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8262 Sitting 183 2019-01-15 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ismijiet popolari tas-subien fl-2018

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-aktar tliet ismijiet popolari ta' subien matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infurmat li l-aktar tliet ismijiet popolari ta' subien matul is-sena 2018 kienu Noah, Luca u Liam
Leg 13 PQ #8263 Sitting 183 2019-01-15 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ismijiet popolari ta' bniet fl-2018

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-aktar tliet ismijiet popolari ta' bniet matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infurmat li l-aktar tliet ismijiet popolari tal-bniet matul is-sena 2018 kienu Emma, Mia u Valentina
Leg 13 PQ #8190 Sitting 182 2019-01-14 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safra għall-iffirmar tad-dokument UN Global Compact for Migration

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid hux ser imur Marrakesh il-Marokk bejn l-10 u l-11 ta’ Diċembru 2018 u jekk hux ser jiffirma l-UN Global Compact for Migration Document?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif inhu magħruf pubblikament Malta kienet rappreżentata mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin għal-laqgħa li qed jirreferi għaliha.
Leg 13 PQ #8196 Sitting 182 2019-01-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Post ta’ Messaġġier Anzjan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid kemm kien in-numru ta’ impjegati li kienu resqu għall-aħħar eżami li sar għall-post ta’ Messaġġier Anzjan fis-Settur Pubbliku? Jista’ jgħid: a) kemm minnhom għaddew? b) kemm kienu dawk li diġà ġew appuntati f’dan il-grad? c) sa meta hu validu r-riżultat? u d) jekk hemmx il-ħsieb li dawk kollha li għaddew, jiġu appuntati sa meta jiskadi ż-żmien tar-riżultat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ applikanti li resqu għall-eżami tal-post ta’ Messaġġier Anzjan fis-Settur Pubbliku kien ta’ 21 li minn dawn għaddew 20. Ġew appuntati 14. Ir-riżultat skada. Il-vakanzi jimtlew skont il-ħtieġa tas-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #8197 Sitting 182 2019-01-14 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Post ta’ Messaġġier Anzjan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm fil-preżent, jeżistu postijiet fil-grad ta’ Messaġġier Anzjan f’kull Dipartiment tal-Gvern separatament? Jista’ jgħid ukoll: a) jekk hemmx postijiet vakanti f’dan il-grad f’kull dipartiment? u b) jekk fl-affermattiv jgħid x’kienet ir-raġuni li wasslet għal din il-vakanza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Anness hawn taht, jinsab it-tagħrif mitlub: MESSAĠĠIERA ANZJANI (fil-post sad-19.12.2018) MINISTERU TOTAL Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza 1 Ministeru Għall-Edukazzjoni u x-Xogħol 5 Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar 1 Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima 2 Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali 4 Ministeru għas-Saħħa 8 Ministeru għall-Finanzi 2 Ministeru għal Għawdex 4 Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali 1 Ministeru għat-Turiżmu 1 Uffiċċju tal-Prim Ministru 1 Total 30 Fil-preżent, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mhemmx vakanzi ta’ Messaġġier Anzjan.
Leg 13 PQ #8209 Sitting 182 2019-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji likwidati

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8074 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew likwidati kumpaniji matul l-2017 u l-2018, xahar b’xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #8130 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karigi – remunerazzjoni, allowances u benefiċċji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni, allowances u l-benefiċċji li huma marbutin mal-karigi li ġejjin: - President - Prim Ministru - Speaker - Awditur Ġenerali - Ombudsman - Ministru - Segretarju Parlamentari - Membru Parlamentari - Segretarju Permanenti Ewlieni - Segretarju Permanenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8135 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MFSA – kumpaniji — UBOs

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm trusts jew kumpaniji nominee li l-Ultimate Beneficial Owners (UBO) tagħhom huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

In-numru ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom, jew parti mill-ishma tagħhom, huma miżmumin minn kumpaniji liċenzjati f’Malta bħala fiduċjarji (trustees/nominees) u li dwarhom gew sottomessi in-notifiki tal-Ultimate Beneficial Owners jammontaw għal 1,430.
Leg 13 PQ #8138 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu xogħlu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament m’huwiex impjegat mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #7857 Sitting 179 2018-12-10 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7494 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Prim Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed npoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7859 Sitting 179 2018-12-10 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed npoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8103 Sitting 179 2018-12-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Geo-blocking – Awtorità kompetenti

Question

B’referenza għar-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Geo-blocking li daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2018, u tenut kont li minkejja l-mistoqsijiet parlamentari 5837 u 7777 fejn allura ma ġiex żvelat liema awtorità pubblika f’Malta hija l-awtorità kompetenti għall-infurzar ta’ dan ir-regolament, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema hi l-awtorità kompetenti li lilha jistgħu jsiru lmenti jekk ikun hemm ksur tar-Regolament dwar il-Geo-blocking?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #8123 Sitting 179 2018-12-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti, Awtoritajiet, Aġenziji u entitajiet governattivi – ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u preżentament kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'Dipartimenti, Awtoritajiet, Aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentament dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #7831 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Lija – Villa Francia — attivitajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra kollha li saru f’Villa Francia f'Ħal Lija mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u rendikont dwar in-nefqa b'rabta ma' kull waħda mill-imsemmija attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għall-perjodu Marzu 2013 sa Lulju 2016 nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 7100, 15056, 22882 u 26757 tal-legiżlatura XII. Minn Lulju 2016 sal-lum, kif kien jiġri qabel l-2013, kien hemm 29 okkazjoni bi spiża medja ta’ €939 għal kull okkazjoni, fejn jien u l-mara tiegħi kellna impenji uffiċjali f’Villa Francia li kienu jinkludu fost oħrajn attivitajiet b’rabta ma’ żjarat f’pajjiżna minn delegazzjonijiet għolja barranin, riċevimenti għas-soċjetà ċivili u għaqdiet mhux governattivi u attivitajiet fl-okkazjoni tal-festa ta’ Ħal Lija u fl-okkażjoni tal-Milied. Niġbed l-attenżjoni tal-Onor. Interpellant li meta qabel l-2013 deputati tal-Oppożizzjoni talbu informazzjoni dwar Villa Francia, il-Prim Ministru ta’ dakinhar kien wieġeb li l-informazzjoni mitluba kienet tirrikjedi ħafna xogħol u ma ngħatatx (mistoqsija parlamentari 26428 - Seduta 373 - Leġiżlatura XI). Minn informazzjoni li nstabet, jirrizulta li bejn l-2009 u l-2012 kien hemm 38 attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra li saru f’Villa Francia bi spiża medja ta’ €998 ghal kull okkazjoni.
Leg 13 PQ #7832 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Lija – Villa Francia — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time u/jew part-time f'Villa Francia f'Ħal Lija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

F'Villa Francia hemm jaħdmu 3 persuni, 1 full-time u 2 part-time, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn huma l-istess persuni li jaħdmu fil-Palazz tal-Girgenti .
Leg 13 PQ #7833 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siġġiewi — Palazz tal-Girgenti - attivitajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra kollha li saru fil-Palazz tal-Girgenti fis-Siġġiewi mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u rendikont dwar in-nefqa b'rabta ma' kull waħda mill-imsemmija attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Niġbed l-attenżjoni tal-Onor Interpellant li kif kien jiġri qabel l-2013, wara l-2013 ukoll, jien u l-mara tiegħi kellna impenji uffiċjali fil-Palazz tal-Girgenti li kienu jinkludu fost oħrajn attivitajiet b’rabta ma’ żjarat f’pajjiżna minn delegazzjonijiet għolja barranin, riċevimenti għas-soċjetà ċivili u għaqdiet mhux governattivi, u attivitajiet fl-okkazjoni tal-fieri li jsiru fis-sajf u l-kuncert Classics Under the Stars. L-aħħar żewġ impenji bdew ikunu organizzati qabel l-2013. Minn Marzu 2013 sal-lum kien hemm 43 attività li jaqgħu fil-kategoriji msemmija mill-Onor. Interpellant, fil-Palazz tal-Girgenti bi spiża medja ta’ €1,712 għal kull attività. Minn informazzjoni li nstabet, jirrizulta li bejn Marżu 2008 u tmiem l-2012 kien hemm 63 attività fil-Palazz tal-Girgenti bi spiża medja ta’ €1,732 għal kull attività.
Leg 13 PQ #7834 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siġġiewi – Palazz tal-Girgenti — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time u/jew part-time fil-Palazz tal-Girgenti fis-Siġġiewi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fil-Palazz tal-Girgenti hemm jaħdmu 3 persuni, 1 full-time u 2 part-time, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn huma l-istess persuni li jaħdmu f'Villa Francia.
Leg 13 PQ #6738 Sitting 177 2018-12-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi – persuni barranin f’razzett tal-baqar — azzjonijiet

Question

In vista tal-iżgumbrament li l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet ftit jiem ilu ta’ iktar minn 100 persuna barranija minn razzett tal-baqar f’Ħal Qormi, filwaqt li hu tajjeb li jsiru azzjonijiet ta’ infurzar, jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn il-Gvern ma rax u ppjanax minn qabel l-azzjoni msemmija, biex wara l-iżgumbrament dawn il-persuni kien ikollhom saqaf fuq rashom , u mhux spiċċaw bla post fejn jorqdu (uħud minnhom anke spiċċaw jorqdu fuq pallets tal-injam f’għalqa)? Jista’ l- Prim Ministru jgħid jekk dawn il-persuni għandhomx ikunu stmati aħjar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.