Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni imnaqssa

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġiet imnaqqsa l-pensjoni tal-persuna li dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna indikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.

l-Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet għal Skema R

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet għal Skema R tal-Awtorità tad-Djar din is-sena? Kemm ġew rifjutati? Minn liema lokalità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — tnaqqis ta' €1 biex nies jibbenefikaw minn Skema R

Question

Tista' l-Minstru tgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandiex ħsieb li fl-Skema R tal-Awtorità tad-Djar l-ammont ta' €186 jitnaqqas għal €185, jiġifieri roħs ta' €1 biss biex jibbenifikaw ħafna nies minn din l-iskema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa l-Awtorità tad-Djar tieħu l-kera ta’ € 186 bħala benchmark għall-fini ta’ Skema R. Dan ma jeskludix il-fatt li fil-futur issir rikonsiderazzjoni tal-iskema.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni miċħuda

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ċaħħdet applikazzjoni tal-individwu, li dettalji tiegħu qed jinbgħat separatament, wara li fil-bidu qallu kollox sew imbagħad ftit wara qallu li ma jistax jibbenefika minnu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuni li għalihom qegħda ssir referenza ġew infurmati li ma jistgħux jibbenefikaw minn Skema R peress li huma jħallsu €185 fis-sena, filwaqt li biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-iskema jridu jħallsu iżjed minn €186.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — Kumpaniji tal-awdituri

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ground tal-iskejjel tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tagħti elenku skola bi skola tal-gvern, ġurnata b'ġurnata inkluż is-Sibt filgħodu u siegħa b'siegħa, liema entità sportiva tuża liema ground wara l-ħinijiet tal-iskola? Kemm isir ħlas f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm żewġ skemi ta’ kif entità sportiva tagħmel użu minn ground tal-iskola wara l-ħin ta’ l-iskola. L-ewwel skema hija billi l-entità sportiva tinvesti hi biex il- ground tal-iskola isir b’wiċċ artifiċjali, imbagħad b’kirja minima tkun tista’ tuża l-faċilità b’mod esklussiv wara l-ħin tal-iskola. L-iskola xorta jibqala d-dritt li bi pre-avviż tagħmel użu mill-faċilità waqt il-ħin li normalment tagħmel użu minnu l-organiżżazzjoni sportiva. Fit-tieni skema l-entità sportiva tkun allokata ħin speċifiku b’rata sussidjata għal kull siegħa ta’ użu minn faċilità sportiva. Hawnhekk ukoll l-iskola jibqala d-dritt li bi pre-avviż tagħmel użu mill-faċilità waqt il-ħin li normalment tagħmel użu minnu l-organiżżazzjoni sportiva Għaż-żewġ skemi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba inkluż is-sussidju li kull entità sportiva qed tirċievi.

Marsascala FC — applikazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16578, in vista tal-fatt li Marsascala FC ippreżenta applikazzjoni uffiċjali tal-Kunsill Malti għall-Isport għar-reġistrazzjoni tal-istess nhar l-1 ta' April 2010, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid: a) meta Marsascala FC se tiġi ammessa bħala klabb reġistrat mal-istess Kunsill Malti għall-Isport u allura jibda jkun possibbli għalih li jieħu benefiċċji skont il-liġi; u b) issa li ġie pprovat li kien hemm di fatti applikazzjoni, tgħid x'inhi l-pożizzjoni taż-żgħażagħ ta' Marsascala FC li jixtiequ jkollhom aċċess għal ground over and above l-għajnuna ta' mini-pitch għal xi sigħat fil-ġimgħa b'xejn f'xi skola tal-gvern idealment lejn in-naħa tax-Xlokk (south) ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjoni ta’ registrazzjoni ta’ Marsaskala FC qed tiġi pproċessata. Fl-istess waqt diġà saret laqgħa bejn il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) u rappreżentanti tal-klabb fejn ġew diskussi diversi suġġetti fosthom l-applikazzjoni tal-klabb għar-reġistrazzjoni mal-KMS u skemi t’assistenza tal-KMS li jista’ jibbenefika minnhom inkluż sessjonijiet ta’ taħriġ f’faċilitajiet tal-istat. Fil-preżent il-KMS qed jistenna risposta mingħand ir-rappreżentanti tal-klabb dwar xi proposti li saru.

Vjolenza Domestika — korsijiet għall-aggressuri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru korsijiet għall-aggressuri ta’ vjolenza domestika fi 2007, 2008 u 2009 separatament? Kemm kien hemm aggressuri li attendew dawn il-korsijiet tant importanti? Kemm kien hemm minnhom li ma komplewx jattendu dawn il-korsijiet fil-perjodu imsemmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-perijodu li jkopri mill- 2007 sal-2009 ġew imnieda ħames (5) programmi għall-aggressuri. It-tabella hawn taħt tinkludi kemm il-klijenti ġodda kif ukoll il-klijenti li kienu għamlu użu mis-servizz fil-passat u li reġgħu irritornaw lura għas-servizz. 2007 2008 2009 Total 41 23 49 It-total ta’ rġiel li ma komplewx jattendu l-programm f’dan il-perjodu kien ta’ sittax (16). Disgħa (9) minnhom kienu waqfu mill-kors filwaqt li s-sebgħa (7) l-oħra kienu kkommettew ruħhom li se jattendu imma qatt ma bdew il-kors.

Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Quality Service Charters

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 25966 u 9668, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali issa għandhiex il-"Quality Service Charters” tat-30 servizz differenti li hija toffri lill-persuni vulnerabbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fondazzjoni għadha kemm nehdiet evalwazzjoni interna tas-servizzi tagħha, u bħalissa qegħda fil-proċess li tevalwa r-riżultati u tagħmel it-tibdiliet li ġew issuġġeriti mir-rapport. Il-Fondazzjoni bħalissa qiegħda fil-proċess li tniedi Client Satisfaction Survey fl-Aġenziji tagħha sabiex flimkien mal-evalwazzjoni tkun tista’ tieħu d-deċiżjonijiet neċessarji u wara timxi minn hemm.

Persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw matul is-sena 2009 li ma ħadu l-ebda taħriġ mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ persuni li rreġistraw għax-xogħol matul is-sena 2009 u li ma ħadu l-ebda taħriġ mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kien ta’ 12,229. Persuna ma tkunx ingħatat taħriġ għal diversi raġunijiet, fosthom jekk il-persuna tkun diġà kwalifikata jew il-persuna tkun għamlet perjodu qasir ħafna tirreġistra mal-Korporazzjoni.

Korsijiet ta' filgħaxija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li għażlu li jkomplu jistudjaw fil-korsijiet ta' filgħaxija li joffri l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja? Jista' jsemmi kemm ħadu sehem f'kull taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Programmi ta' bdil ta' studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ipparteċipaw studenti matul is-sena 2009 fi programmi ta' bdil ta' studenti? Liema kienu dawn il-programmi ta' bdil u taħriġ ta' studenti u kemm ipparteċipaw f'kull programm?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Isir bdil ta’ studenti Maltin ma’ studenti barranin fuq bażi ta’ skejjel. Huma jaħdmu programm ta’ attivitajiet kulturali u edukattivi, imma ma jinvolvi l-ebda taħriġ. Matul l-2009 mija u tmien (108) student Malti pparteċipaw fi programmi ta’ bdil ta’ studenti ma’ pajjiżi barranin filwaqt li mija wieħed u sittin (161) student barrani żaru Malta. STUDENTI MALTIN Pajjiż Numru ta’ studenti Italja34 Svizzera23 Franza17 Olanda22 Marokk12 TOTAL108 STUDENTI BARRANIN Pajjiż Numru ta’ studenti Italja32 Svizzera23 Franza22 Olanda48 Marokk18 Ġermanja18 TOTAL161

Studenti barranin jistudjaw l-Ingliż

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm żaruna studenti barranin matul is-sena 2007, 2008, 2009 biex jitħarġu l-lingwa Ingliża f'Malta? Kemm qed jonfoq il-Gvern biex jirriklama dan is-servizz barra 'l pajjiż u f'liema pajjizi qed jirriklama?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti barranin li żaruna biex jitħarrgu l-lingwa Ingliża f’Malta kien kif gej: 2007 86,593 2008 83,288 2009 L-informazzjoni għas-sena 2009 għadha qed tinġabar u eventwalment tiġi ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatitstika Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru responsabbli mit-Turiżmu.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — entitajiet governattivi, aġenziji, awtoritajiet, bordijiet u kumpaniji

Question

Tista' l-Ministru tindika liema huma dawk l-entitajiet governattivi, aġenziji, awtoritajiet, bordijiet u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — tender jew direct order ta' kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatatx xi tender jew xi direct order mill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul l-aħħar tnax-il xahar, il-kumpanija M.A.&A. Services Ltd. ingħatat direct orders mill-Università ta’ Malta.

Universita fażulla

Question

Taf il-Ministru li hemm organizzazzjoni fażulla, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li qed tippreżenta ruħha bħala Università, ċioe European University li din qed toffri ukoll degrees f’numru ta’ suġġetti bħal General Management Marketing u oħrajn u li fil-fatt qed tgħid li t-tagħlim magħha jwassal għall-Baċellerat fl-Arti? Taf li minħabba f’dan kollu ġew ingannati numru sostanzjali ta’ studenti Maltin li apparti milli għamlu snin jistudjaw għalxejn, anke ħallsu eluf ta’ liri? Jidhrilha li dan kollu jekwivalixxi għal sfruttament frawdolenti ta’ żgħażagħ Maltin? Tista’ l-Ministru tghid x’passi ittieħdu f’dan ir-rigward. Tista' tikkonferma li din il-persuna li tmexxi l-istess Università hijiex b’xi mod ingaġġata mill-gvern bħala konsulenta fil-FOCUS group?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-European University mhix istituzzjoni rikonoxxuta fin-network ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja ħa l-passi kollha meħtieġa biex twaqqaf kull attività ta’ għoti ta’ diplomi u lawrji minn din l-istituzzjoni u għalhekk twaqqfet kull irregolarità li seta’ kien hemm. Il-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) kontinwament jieħu l-passi kollha meħtieġa biex il-pubbliku jkun konxju tal-proċess ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki prospettivi. Il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant m’għandha l-ebda konsulenza mal-Ministeru tiegħi.

Skema ta' xiri ta' djar/appartament tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-iskema li tixtri d-dar/appartament fejn togħqod li jkun tal-gvern għadhiex fis-seħħ? Jekk le, meta din se terġa' tiftaħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent l-Awtorità tad-Djar m’għandiex skema fejn inkwilini li qed jikru l-post tar-residenza tagħhom mingħand il-gvern ikunu jistgħu japplikaw biex jixtru dan l-istess post. Mhux ippjanat li din l-iskema terġa’ tkun fis-seħħ fil-futur qrib.

Nies li ġew boarded out

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies li ġew boarded out matul is-snin 2007, 2008 u sa Diċembru 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ nies li ngħataw il-pensjoni tal-Invalidità mid-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali matul is-snin 2007, 2008 u 2009 kien jammonta għall-1,687 skont it-tabella li tidher hawn taħt. 2007 732 2008 542 2009 413

Servizzi li toffri l-ETC

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies li matul is-sena 2009 għamlu użu minn servizz li toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, bħala courses ta' taħriġ u servizzi oħrajn? Jista' jsemmi kemm għamlu użu minn dawn l-iskemi u liema kategorija ta' skemi kienu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra