Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti — Plastering and Painting works section
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan is-sezzjoni Plastering and Painting works tad-Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti u x’inhuma l-gradi li dawn il-ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti m’hemmx sezzjoni bl-isem ta’ Plastering and Painting Works.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Persons of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu persons of trust li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti rispettivi ta’ dawn il-persuni li huma hekk impjegati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infrastructure Malta – Policy dwar Kunflitt ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal sabiex tiġi introdotta policy fi ħdan Infrastructure Malta fejn l-impjegati għandhom jiddikjaraw jekk għandhomx kunflitt ta’ interess?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta daħlet din il-policy biex issaħħaħ il-governanza interna tal-Aġenzija.
Infrastructure Malta – Dikjarazzjonijijet ta’ kunflitt ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess illi saru,minn meta ġiet imnedija din il-policy f’Infrastructure Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm għaxar dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess li saru minn meta ġiet imnedija din il-policy. Minn dawn l-għaxra, sebgħa kklassifikaw il-kunflitt ta’ interess bħala ‘pperċipit’ (perceived) u tlieta ddikkjaraw il-kunflitt ta’ interess bħala ‘potenzjali’ (potential).
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15652, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-Trenching Excavation guidelines li qed jirreferi għalihom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jinsabu aċċessibbli wkoll pubblikament fuq il-website ta' Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol b’rabta mal-proġett ta' Triq Victor Vassallo, Ħ’Attard, u meta hu stmat li jitlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta daħlet għal implimentazzjoni ta’ dan il-proġett wara talba biex din it-triq tinbena mill-ġdid mill-kunsill lokali. Dan se jsir b’investiment ta’ madwar 1.3 miljun ewro li jinkludi servizzi ġodda taħt l-art proposti minn entitajiet oħra, mogħdijiet u saffi ta’asfalt.
Ix-xogħlijiet maġġuri u ewlenin mitluba minn entitajiet oħra huma prinċipalment – it-tibdil tas-sistema l-antika tad-drenaġġ u l-installazzjoni ta’ sistema ġdida tal-ilma tax-xita biex tilqa’ għall-problemi magħrufa ta’ għargħar f’din iż-żona partikolari. Huwa fatt magħruf li dawn ix-xogħlijiet jeħtieġu trinek wesgħin u fondi biex ikunu jistgħu jiġu installati l-pajpijiet ġodda meħtieġa fil-livelli stabbiliti. Xogħlijiet bħal dawn huma intensivi ħafna fix-xogħol u jeħtieġu miżuri ta’ mitigazzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-sit waqt l-implimentazzjoni ta’ tali xogħlijiet fuq il-post.
Ix-xogħlijiet kollha f’din it- triq huma maħsuba li jitlestew fit-tielet kwart tal-2024.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji / banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi - Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu:
- Full time
- Part time?
Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja:
- Flexi Time
- Flexi Week
- Reduced Hours
- Extended Remote Working
- Remote working?
Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella ta’ hawn taħt.
Number of Employees
Total
Female
45
Male
588
Grand Total
633
Values
Female
Male
Grand Total
Flexi Time
26
88
114
Flexi Week
Reduced Hours
2
2
Extended Remote Working
14
12
26
Remote working
7
18
25
Total
49
118
167
Tender IMT007/2022 'tender for the provision of an HVSC and LVSC onshore power supply (OPS) system in the South Harbour Region and Lascaris Wharf, Grand Harbour, Port of Valletta Malta'
Question
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar is-sejħa 'IMT007/2022 - Tender for the Provision of an HVSC and LVSC Onshore Power Supply (OPS) system in the South Harbour Region and Lascaris Wharf, Grand Harbour, Port of Valletta Malta', u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ aġġudikazzjoni? Minn min huma ffurmati ż-żewġ kumpaniji li tefgħu l-offerta? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett huwiex ser ikun iffinanzjat minn xi programm tal-Unjoni Ewropea u jekk iva, minn liema programm u minn liema baġit u meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-aġġudikazzjoni ġie konkluż u beda l-proċess biex jiġi iffirmat il-kuntratt. Kien hemm żewġ offerti, offerta mingħand SNP Construction JV, ffurmat minn Bonnici Bros. Services Ltd. u Excel Sis Enerji Uretim Ltd u offerta oħra mingħand Shining Start Infrastructure and Co. Ltd.
Dan il-proġett huwa eliġibbli biex ikun iffinanzjat mill-fond għal tranżizzjoni ġusta tal-UE li hemm għal perijodu 2021-2027.
Ix-xogħol mistenni jieħu 104 ġimgħa minn meta tinħareġ l-ordni li jista’ jinbeda x-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq La Sengle f’Wied-il-Għajn fil-parti preċedenti għall-Mużew, hijiex ser tiġi rranġata billi għandha bżonn sew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq La Sengle hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Wied-il-Għajn ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom u ser isir fiż-żmien li ġej.
Naxxar — Triq il-Fortizza tal-Mosta - Rotot tal-linja
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14507 u 14956, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bus stops li jservu Triq il-Fortizza tal-Mosta, Naxxar u jekk ma hemmx, jgħid jekk hux possibli li jsiru bus stops f'din l-istess triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari bin-numru 14507 fejn kien speċifikat li l-ebda rotta tat-trasport pubbliku ma tgħaddi minn Triq il-Fortizza tal-Mosta, Naxxar, u li madanakollu, hemm rotot tas-servizz tat-trasport pubbliku li jgħaddu mill-viċinanzi u cioe’ minn Triq Murray u Triq San Pawl fin-Naxxar.
Inżid li qed tittieħed nota ta’ din il-proposta u ser tkun qed tiġi evalwata tali possibilità.
Is-Siġġiewi – Area Ta’ Brija — Xogħol infrastrutturali viċin ir-roundabout
Question
Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti Siġġiwin għaliex bix-xogħol infrastrutturali viċin ir-roundabout ta' Brija (bejn Triq Blat il-Qamar u Triq it-Tiġrija), il-blind spot issa ġiet agħar, jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minnufih qabel ikun tard wisq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet viċin ir-roundabout ta’ Brija, bejn Triq Blat il-Qamar u Triq it-Tiġrija, għadhom għaddejjin. Ix-xogħlijiet jinkludu d-disinn ġdid għal din il-junction, l-introduzzjoni ta’ bankini għal min juża l-akkwati bil-mixi u anke miżuri li jikkontrollaw il-veloċità.
Nikkonferma li Infrastructure Malta qed tindirizza l-imsemmija roundabout bl-aħjar mod possibbli, fil-limitazzjoni tas-sit imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru li llum huwa mmexxi minnu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u l-ammont totali tal-valur tagħhom, fil-perjodu bejn l-2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali – Public Works department — Servizzi Legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk apparti l-Legal office, jingħatawx servizzi legali mingħand persuni/entitajiet oħra u jekk iva, mingħand min?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jingħata servizzi legali mill-uffiċċju legali fi ħdanu u mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat skont il-ħtieġa.
Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija – Taqsima tad-Disinn Strutturali — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa t-Taqsima tad-Disinn Strutturali fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jingħata servizzi legali mill-uffiċċju legali fi ħdanu u mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat skont il-ħtieġa.
Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija – Mechanical and Engineering Design Unit — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-Mechanical and Engineering Design Unit fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tmien persuni jaħdmu fil-Mechanical and Electrical Design Unit fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Chief Engineer (Mechanical)
• Senior Engineer (Mechanical)
• Junior Engineer (Mechanical)
• Chief Engineer (Electrical)
• Engineer (Electrical)
Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija — Land Surveying Unit - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan it-Taqsima tal-Land Surveying tad-Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tmien persuni jaħdmu fit-Taqsima tal-Land Surveying fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Principal Technical Officer
• Technical Officer
• Assistant Technical Officer
Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija — Drawing Office - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan id-Drawing Office tad-Direttorat għad-Disinn ta' Proġetti u l-Inġinerija u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm għaxar persuni jaħdmu fid-Drawing Office fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Operations Manager
• Manager I
• Principal Technical Officer
• Senior Technical Officer (Draughtsperson)
• Draughtsperson
• Foreman
Planning and Design Directorate — Project Supervision Office
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan il-Project Supervision Office tal-Planning and Design Directorate u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tliet persuni jaħdmu fil-Project Supervision Office fi ħdan id-Direttorat għad-Disinn ta’ Proġetti u l-Inġinerija.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Senior Manager (Project Management)
• Manager I
• Senior Technical Officer
Toroq residenzjali li jista' jsirilhom sleeping police/road hump — Proċedura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura ta' kif toroq residenzjali jista' jsirilhom sleeping police/road hump?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex toroq residenzjali jsirilhom sleeping police/ road hump: il-Kunsill lokali jrid japplika għand it-Traffic Management Division fi ħdan Transport Malta. Nirrimarka li l-application form hija disponibbli fuq il-website tal-Awtorità. L-Awtorità imbagħad tagħmel evalwazzjoni teknika ta’ din it-talba. Jekk it-talba tiġi milqugħa, il-kunsill ikun jista’ jimplimenta skond il-kundizzjonijiet tal-Awtorizzazzjoni.
Inżid li l-proċedura li semmejt tapplika għal kull tip ta’ traffic calming measure.