B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21331, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rivisti maħruġa mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala fis-sena 2018 u l-2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19659, jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu sabiex:
1. Iċ-Ċittadini jista’ jkun aktar involuti fil-proċess tal-Governanza Lokali;
2. Kif il-Kunsilli Lokali jistgħu jieħdu inizzjattivi sabiex isaħħu l-komunitajiet tagħhom; u
3. Li jitjiebu l-istandards li bihom joperaw il-Kunsilli Lokali sabiex joffru servizzi aktar professjonali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat, li b’¿ieda mal-oġġettivi għall-2020 imsemmija fir-risposta għal PQ 19659, din is-sena ġiet imressqa green paper dwar Politika għall-Gvern Lokali 2021. Din il-green paper, li bħalissa tinsab fil-fażi ta’ konsultazzjoni pubblika, qed tibbaża l-politika għal Gvern Lokali fuq għaxar (10) pilastri.
L-impenn taċ-ċittadin f’dan il-proċess hu element kruċjali sabiex jissaħħu l-metodi ta’ parteċipazzjoni u inklużjoni taċ-ċittadini fil-politika lokali.
It-tisħieħ tal-komunitajiet jista’ jsir b’diversi modi, fosthom l-impenn f’kumitati tal-Kunsilli Lokali kif ukoll il-ħidma tal-Kunsillieri li bis-saħħa tar-riforma għandhom dekasteri kull wieħed.
Dwar it-titjib fl-i
standards
qed jittieħdu diversi inizzjattivi fosthom it-tisħiħ tal-infrastruttura tal-IT tal-Kunsilli Lokali u moderizzar tal-apparat, kif ukoll qed jiġu indirizzati materji oħra elenkati fir-rapport tal-NAO dwar l-ICT fil-Kunsilli Lokali.
Kunsilli Lokali: Proġetti mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm fis-snin 2018, 2019 u s-sena l-oħra li bbenefikaw minnhom il-Kunsilli Lokali tat-Tielet, Raba’ u l-Ħames Distretti elettorali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’żieda mat-tagħrif mgħoddi fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 17339, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17410, jista' l-Ministru jispjega jekk il-problemi tekniċi li ltaqa' magħhom il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex fix-xogħlijiet li qed iwettaq fi Triq Santa Marija, Marsalforn fuq ir-riħ tal-breakwater, ġewx riżolti u meta ser jitkomplew u jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex, li għadu kif wasal minn barra l-materjal neċessarju sabiex jitkompla dan ix-xogħol. Għaldaqstant, ix-xogħol skedat biex jitkompla fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm-il skema ta' fondi għall-Kunsilli Lokali saret mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali? Jista' jgħid f'kull każ d-data meta ġiet varata l-iskema, d-data meta għalqet u d-data meta nħarġu r-riżultat/deċiżjonijet tal-istess skema?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba illi ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20995.
Kunsilli Lokali Marsaskala: Sistema ta’ records ta’ ilmenti/suġġerimenti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21370, jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ ilmenti u/jew suġġerimenti li kellu l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala s-sena l-oħra? X’tipi differenti ta’ ilmenti/suġġerimenti irċieva dan il-Kunsill Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li matul is-sena 2020 ircieva 1,872 ilment, li n-natura tagħhom titratta:
· Nuqqas kbir ta’ parkeġġ
· Bozoz maqtugħa
· Problemi relatati ma’ ilma u drenaġġ fit-toroq
· Qtugħ ta’ ħaxix u ¿bir ta’ siġar
· Knis tat-toroq u ġbir ta’ ¿ibel minn wara d-djar
·
Patching
ta’ ħofor fit-toroq
· ¯ebgħa ta’ parkeġġi
· Nuqqas ta’
motorcycle bays
· Bdil ta’ tabelli mgħawwġa
· Nuqqas ta’
zebra crossings
ġodda
· Jsiru sinjali, bozoz u tabelli ġodda
Mosta — Triq Sant'Antnin Abbati - Sqaq Numru 1 - Asfalt
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21645 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma l-Kamra meta Sqaq numru 1 fi Triq Sant’Antnin Abbati fil-Mosta ser jiġi asfaltat, billi dan l-isqaq żgħir jinsab fi stat ħażin u jintuża ta’ kuljum minn ħamsa u għoxrin resident li għandhom il-garaxxijiet tagħhom fih?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li għad m’għandux ipproġettat li Sqaq Sant’Anton Abbati numru 1 jiġi asfaltat, minħabba li fih garaxxijiet biss u mhux triq residenzjali. F’dan il-mument il-proġetti finanzjarji tal-Kunsill jiġu prijorizzati skont l-urġenza li jkun hemm b¿onn, għal gid tar-residenti kollha tal-Mosta.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-Villaġġ tal-Karnival li kien imħabbar li se jitwaqqaf il-Marsa fl-2016?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tenders għall-proġett ġew ippubblikati kif kien ippjanat, u x-xogħol sabiex jitwaqqa l-bini e¿istenti u jsir l-iskavar neċessarju nbeda. Instabu fdalijiet arkeoloġiċi, u għaldaqstant kellu jsir stħarriġ rigward dawn is-sejbiet, dokumentati u preservati. Kaw¿a ta’ dawn is-sejbiet kellhom isiru wkoll xi modifikazzjonijiet fil-pjanti oriġinali.
Dan it-tibdil ħalla mpatt fuq il-prezzijiet maqbula fit-
tender
, u għalhekk Festivals Malta qed jirrevedu l-kuntratt. Ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jitkomplew malli dawn id-dikussjonijiet jiġu konklu¿i.
Bejgħ u produzzjoni tal-qubbajt u ħelu tradizzjonali
Question
B’referenza għall-bejgħ u l-produzzjoni tal-qubbajt, peress li f’dawn is-sentejn dan il-ħelu tradizzjonali, fost bosta prodotti oħra simili, osfru mis-suq lokali, u peress li min jimmanifattura dan il-ħelu huma l-vera ftit, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex dawn id-drawwiet jinżammu ħajja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jagħti mportanza li jkattar l-Inventarju Nazzjonali tal-Wirt Kulturali Intanġibbli. Ninsab infurmat illi matul Lulju kollu ser tkun għaddejja kampanja sabiex inkomplu nħeġġu aktar nies jersqu ’l quddiem sabiex il-Wirt Kulturali Intanġibbli ta’ pajji¿na ikun aktar magħruf u mħares. Nieħu din l-opportunità sabiex inħeġġeġ lill-produtturi u l-bejjiegħa sabiex jagħmlu kuntatt mad-Direttorat tal-Kultura sabiex il-produzzjoni tal-qubbajt jiddaħħal fl-Inventarju Nazzjonali u wieħed jara kif dan il-wirt kulturali intanġibbli tal-produzzjoni jista’ jitkompla l-ħarsien tiegħu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21619, peress li jidher li mhux qed isir skont ir-risposta li ta l-Ministru, jista’ l-Ministru jara li l-ħtiġijiet tal-post ikunu indirizzati u minn post żdingat jerġa’ jieħu l-post li jixraqlu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan li sussegwentament għar-risposta li ngħatat, din i¿-¿ona frekwentament qiegħda tiġi mnaddfa u jitneħħa kull struttura u vettura li jkunu tħallew hemmhekk b’mod abbu¿iv. It-tindif huwa fir-responsabiltà tad-Divi¿joni tal-Cleansing u l-Maintenance. Il-kontroll isir ukoll permezz ta’ CCTV u issa bl-installazzjoni ta’ sistema ta’ barriers li joperaw permezz ta’ cards. Il-Kunsill i¿omm wkoll kuntatt frekwenti mas-sajjieda u d-dilettanti li għandhom l-irmiġġ f’din il-bajja u ġew installati wkoll pjanti, bankijiet u bins.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Bordijiet - attendenza ta' membri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17849 u 17521 u jagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tiegħu matul din il-leġiżlatura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20756 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-Master Plan tal-Pjazza tax-Xagħra u l-madwar, u jgħid jekk il-Kunsill bagħatx xi tip ta' informazzjoni lill-Ministeru għal Għawdex peress li fil-laqgħat tal-kunsill qed jingħad li dan qed isir u jitmexxa mill-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jagħti timeframes ta’ x'inhu ppjanat li jsir fuq dan il-Master Plan u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsilll Lokali tax-Xagħra li l-masterplan għall-Pjazza tax-Xagħra u l-madwar tlestiet, wara konsultazzjoni mid-ditta ingaġġjata, ma' diversi entitajiet u anke b'laqgħat pubbliċi miftuħa għar-residenti. L-ewwel fazi tal-one-ways ġodda se tibda tiġi implimentata fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Works Tender For The Restoration Of Rubble Walls At Triq Tas-Sagħtrija, Żebbuġ, Gozo' (Re-Issue) (Cft Ca Unique Id: Zglc/08/2021) u jgħid fiex wasal il-proċess biex din it-tender tiġi aġġudikata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li fil-laqgħa tal-Kunsill li saret fit-8 ta' Ġunju 2021 il-membri qablu mar-rakkomandazzjoni ta' l-Evalutation Board u għalhekk ser tiġi aġġudikata.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħlas lil ditta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-ebda dipartiment jew entitá fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma xtrat xi servizzi mingħand id-ditta msemmijja.
San Pawl il-Baħar – minuti tal-laqgħat rigward bini ta’ pixxina
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ kull meta tqajjem is-suġġett dwar il-bini ta’ pixxina f’San Pawl il-Baħar, waqt laqgħat tal-Kunsill bejn l-Ġunju 2018 u Mejju 2021 b’inizjattiva minn Sirens Aquatic Sports Club?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Kunsill mitluba.
Attachments:Minuti Laqgħa tal-Kunsill numru 25 -1.pdfMinuti 76.pdfMinuti 74.pdfLaqgha 29 ta' 4 ta' Marzu 2021.pdfLaqgha 17 - Ħamis 11 ta' Ġunju 2020.pdfLaqgha 11 - It-Tnejn 13 ta' Jannar 2020.pdfLaqgha 10 - Minuti 16.12.2019.pdfAgenda 31 13.05.21_.pdf0191 - Alfred Grima Paul Bugeja - Rizoluzzjoni Specjali li titratta s-Sirens Access Road.pdf
San Pawl il-Baħar (Qawra, Buġibba u Xemxija) – skeda ta’ knis u qtugħ ta’ ħaxix fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda (triq bi triq) ta’ meta suppost isir il-knis u qtugħ ta’ ħaxix fit-toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (tinkludi wkoll Qawra, Buġibba u Xemxija)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17290 li għamel hu stess.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-parti l-antika ta’ Triq l-Isqajjaq f’Ħal Tarxien hiex sejra tiġi pavimentata jew irranġata mill-ġdid, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li Triq l-Isqajjaq se tkun pavimentata mill-Kunsill malli Infrastructure Malta tkun lestiet ix-xogħlijiet fl-istess triq u l-Pjazza. Diġa’ saru diskussjonijiet bejn il-Kunsill u Infrastructure Malta f'dan ir-rigward.
Ħal Tarxien – Triq Xintill – restawr tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-istatwa l-antika tal-Immakulata Kunċizzjoni li tinsab fil-bidu ta’ Triq Xintill, Ħal Tarxien, terġa’ tiġi restawrata u miżmuma lura sewwa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-istatwa l-antika tal-Immakulata Kunċizzjoni għadha fi stat tajjeb wara r-restawr li sar fl-2014 u għaldaqstant mhux jikkunsidra li jerġa’ jirrestawraha.