Jista' l-Ministru jivverifika jekk double line li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatment, ġiex awtorizzat mill-istess awtorità? Jekk hu l-każ, għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-double yellow lines imsemmija ma kenux awtorizzati mill-Awtorità tat-Trasport u minn spezzjoni li saret fuq il-post jirriżulta li dawn il-linji ġew imneħħija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali twettqu, kif imwiegħda lejlet l-elezzjoni ġenerali li għaddiet minn Gvern Nazzjonalista? Liema huma dawk li għadhom ma sarux u għal liema raġuni għandhom ma sarux?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'ristrutturar ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali mis-sena 2008 'l hawn u liema kienu dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għala il-GHRC fit-tender tagħha għall-bini tal-parlament il-ġdid (GHRC IPB - 03/2011) speċifikat li l-ġebel tal-qawwi li se jintuża għall-faċċata tiegħu bilfors irid jinġieb minn barriera partikolari f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — linji gwida dwar sinjali tat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' talba li għamel il-kunsill lokali biex impjegati tat-Transport Malta jaraw li tingħata deċiżjoni dwar sinjali tat-toroq, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li minħabba dan in-nuqqas hemm diżgwid bejn ir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta għadha qed tikkunsidra l-każ in kwistjoni.
Malta Government Technology Investment Ltd — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Government Techonoloy Investment Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-MGTI f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Malta Government Technology Investment Limited timpiega 2 ħaddiema li ħadd minnhom m'hu minn Għawdex.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża fuq fuel għall-karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010 xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni? Jista' jgħid kemm hemm Għawdxin jaħdmu ma’ din l-awtorità f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta għal-Komunikazzjoni għandha 73 ħaddiem li minnhom 2 huma Għawdxin Ii jaħdmu Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ma’ Transport Malta? Jista' jgħid kemm hemm Għawdxin jaħdmu ma’ din l-awtorità f’Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema ma' Transport Malta huwa ta’ 557. Disgħa (9) minn dawn huma Għawdxin u jaħdmu Malta filwaqt li persuna oħra qiegħda fuq unpaid leave fit-tul. Ħmistax (15)-il persuna Għawdxija oħra jaħdmu ġewwa Għawdex stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għall-bini tal-lift tal-Barakka ta' Fuq? Min tefa' l-offerta u meta se jiġi awarded dan it-tender?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi erba’ (4) offerti intefgħu għat-tender tal-proġett tal-lift tal-Barrakka ta’ Fuq.
Dawn l-offerti saru minn dawn il-kumpaniji:
BIB Lift JV
GBEA J
Barrakka Connection JV
Grand Harbour Lift JV
Il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-offerti għadu għaddej.
Proġett ta' Bieb il-Belt, Parlament il-ġdid u t-Teatru Rjal
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament il-ġdid u t-Teatru Rjal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-progress fix-xogħol tal-Proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament il-Ġdid u t-Teatru Rjal huwa kif ser ngħid:-
Parliament Building
· Substructure - Beda x-xogħol ta’ piling
· Superstructure – Il-kuntrattur li rebaħ it-tender qed jipprepara l-fabbrikazzjoni tad-disinn għax-xogħol tal-metall
· MEP – It-
tender
ġie pubblikat fil-11 ta’ Frar
· Façade – it-
tender
ġie pubblikat fil-15 ta’ Frar
City Gate
· Demolizzjoni – it-
tender
ġie mogħti u x-xogħol
jibda f'April 2011
Opera House
· Restawrazzjoni tal-ġebel storiku – ix-xogħol beda u huwa stmat li jitlesta f’Mejju 2011
In vista tar-riforma fit-trasport pubbliku, in vista tal-fatt li l-għaqdiet tal-persuni neqsin mid-dawl talbu diversi drabi laqgħa sabiex jiġu diskussi issues relatati mal-persuni neqsin mid-dawl u qatt ma ngħataw appuntament, jista' l-Ministru jara li din il-laqgħa ssir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta kellha laqgħa mal-President tar-Rappreżentanti ta’ Persuni Neqsin mid-Dawl f’Mejju 2010, fejn ġew diskussi l-bżonnijiet ta’ dan il-grupp ta’ nies fuq aspetti ta’ Trasport Pubbliku.
Infurmat ukoll li ftit tal-ġranet ilu, Transport Malta u Arriva (Malta) Ltd kellhom laqgħa mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà (KNPD) fejn ġie miftiehem li jsiru numru ta’ laqgħat ma’ gruppi varji ta’ persuni diżabbli, inklużi dawk li huma neqsin mid-dawl, sabiex jiġu diskussi materji speċifikament fuq aċċessibiltà, skond kif ikun meħtieġ minn dak il-grupp partikolari.
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li dawn il-laqgħat ser jiġu organizzati fil-ġimgħat li ġejjin.
Riforma tat-trasport pubbliku — persuni li huma neqsin mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li la hu bħala Ministru responsabbli mit-trasport pubbliku u mir-riforma li hu ppjanat li ssir u lanqas Trasport Malta bħala l-Awtorità responsabbli f'isem il-gvern, ma wieġbu għas-sejħa ta' laqgħa meta persuni li huma neqsin mid-dawl permezz tal-għaqdiet tagħhom talbu appuntament dwar din l-istess riforma?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23854.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi użati mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema ditta huma? Jista' jgħid ukoll liema huma dawk il-karozzi li jintużaw fil-weekends u fil-festi? Min jagħmel użu minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport li ġejjin mingħand il-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ talbiet mingħand kunsilli lokali u li huma pendenti jammontaw għal 986. Dan l-ammont jinkludi kemm it-talbiet li qed jiġu pproċessati kif ukoll dawk fejn l-awtorità talbet aktar informazzjoni mingħand il-kunsilli rispettivi. Fl-aħħar ħames xhur, il-bord intern li nħatar biex jara dawn it-talbiet iddeċieda ‘l fuq minn 400 talba.
Ħal Luqa — Triq Ġdida - stallar ta' zebra crossings
Question
Peress li ħafna mir-residenti li jgħixu fi Triq Ġdida Ħal Luqa huma anzjani u peress li hija triq traffikuża ħafna, jista' l-Minsitru jordna li jsiru numru ta'
ze
bra crossings
biex jgħinu lil dawn l-anzjani u residenti f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li zebra crossings f'toroq residenzjali isiru mill-kunsill lokali rispettiv wara li dan iġib l-awtoriżżazzjoni ta' Transport Malta. Fil-fatt jien infurmat li fil-passat Transport Malta kienet diġà awtoriżżat li jsiru żewġ zebra crossings fit-triq in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jgħid matul il-perjodu 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm twieldu tfal barra ż-żwiġijiet? X'persentaġġ huma dawn komparati ma' dawk li jitwieldu fiż-żwieġ? Kemm tfal ġew imniżżla dikjarati bħala missier mhux magħruf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jippublika t-tender li nħareġ għall-Electronic Identity Cards? Jikkonferma li l-EE passports u l-E-ID Cards għandhom teknoloġiji? Dawn kienu obbligati li jiġu pubblikati mal-Unjoni Ewropea kollha abbażi tal-TED Database? Il-gvern jista' jikkjarifika l-pożizzjoni dwar:
a) it-
tender
għall-PKI Infrastructure - Class 3 għall-e-IDs;
b) it-tender għas-Smart Cards nfushom;
ċ) it-tender għall-Middleware meħtieġ; u
d) dettalji dwar il-personalisation stations?
Jista' jikkonferma li t-tendering process sar b'mod għal kollox konformi mar-regoli dwar l-European Union Funding aktar u aktar billi pajjiżi oħrajn huwa mifhum li tilfu fondi tal-Unjoni Ewropea li ġew ikkonfermati darbtejn għall-Health Cards minħabba li t-tendering ma sarx kif suppost? X'inhi r-raġuni li filwaqt li f'għadd ta' pajjiżi oħrajn dettalji dwar il-cards bħal cards infushom, il-card contents eċċ. ġew diskussi fil-pubbliku, f'pajjiżna ma jidhirx li sar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tender msemmi kien dak msejjaħ ta’ NIDMS u jkopri l-passaporti wkoll. Dan kien inħareg mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern billi dan is-servizz kien dak iz-zmien jaqa’ taħt dak il Ministeru. Il-kuntrattar tal-passaporti Biometrici u L-Electronic Identity Cards sar skont il-provedimenti speċjali permessi mill-UE li jkopru Sigurta’ Nazzjonali u għalhekk kien eżenti mill-proċeduri ta’ pubblikazzjoni u notifiki fid-database msemmi. Nikkonferma li t-tendering process sar b'mod għal kollox konformi mar-regoli dwar l-European Union Funding tant li ġiet approvata talba għall parti mill-finanzjament meħtieġ għall dan il-kuntratt u żvilupp ta’ sistema ta’ ID cards Maltin ser tibbenefika minn allokazzjoni ta’ fondi taħt l-ERDF.
Il-Kuntratt ikopri l-installazzjoni ta’
PKI infrastructure, Smart Cards, Middleware
u wkoll l-apparat neċessarju sabiex jinħarġu l-passaporti u l-eID cards.
L-Electronic Identity Cards Maltin ser ikunu konformi għall-aħħar ma’
standards
relevanti internazzjonali. Dawn l-Identity Cards ħa jkollhom l-informazzjoni neċessarja biex tiddentifika persuna u ċertu ċertifikati diġitali bħala bażi biex persuna tkun tista tikkonferma l-identita’ tagħha b’mod elettroniku kif ukoll infrastruttura b’
Open Standards
li tippermetti żvilupp ta’ applikazzjonijiet innovattivi minn terzi, inkluż applikazzjoni li tippermetti l-użu bħala eWallet.
Dan ifisser li l-cards Maltin ser ikunu enablers billi jippermettu applikazzjonijiet li jisfruttaw il-poter tas-soluzzjoni mingħajr ma’ tiġi komprommessa s-sigurta`, ħaġa essenzjali f’kunsiderazzjonijiet ta’ servizzi ta’ kull tip bħal per eżempju informazzjoni fuq is-saħħa jew elementi ta’ identita` kunfidenzjali. Dan ifisser li servizz jista jkun aċċessibli permezz ta’ sigurta li tgħati il-
card
il-ġdida iżda jista ma’ jkunx neċessarju li d-data relevanti għas-servizz titqiegħed fuq il-
card
.
Jista' l-Ministru jara każ ta' Sinjura, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li din minkejja li ħallset €52.50c tal-liċenżja tat-triq u minkejja li poġġiet il-flus flimkien mal-karti mitluba, huma qed isostnu li ma rċevew xejn? Din is-Sinjura lesta tidher quddiem min huwa resposabbli biex il-każ jiġi solvut u ma jirrepetix ruħu ma' konsumaturi oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.