Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Irkupru ta’ flus
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ġabarx it-€300,000 li tilef il-Ministeru tal-Edukazzjoni fi scam f'April li għadda u jekk le, fiex waslu l-proċeduri dixxiplinari li nbdew u kemm-il persuna qed tkun investigata u minn min?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13368 u jgħid meta ser titlesta l-Medical School sabiex tibda tilqa’ fiha l-istudenti tal-Mediċina u tal-Health Sciences? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus allokati għal dan il-proġett fil-Baġit 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ħal Għaxaq — Skola Primarja – Nefqa fuq xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11301 dwar xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża attwali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment fuq l-iskola msemmija hu ta’ madwar €6 miljun.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11302 dwar refurbishment fl-Università ta’ Malta, jista’ l-Ministru jgħid meta attwalment ser isir dan ir-refurbishment?
Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra, Naxxar — Trasport għall-iskejjel primarji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12792 u jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u n-Naxxar, li jitwasslu l-iskola permezz ta’ trasport ipprovdut mill-Ministeru u kemm jintużaw vetturi għal dan it-trasport?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jintużaw 25 vettura biex jgħatu servizz ta’ trasport lil 502 student fl-iskejjel imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titlesta l-Medical School sabiex tibda tilqa’ fiha l-istudenti tal-Mediċina u tal-Health Sciences? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus allokati għal dan il-proġett fil-Baġit 2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux infurmat b'xi skola jew skejjel li għadhom ma tawx lura d-depożitu għall-użu tal-locker matul is-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10365 dwar ir-rata per capita ta' educational psychologists f'kull Kulleġġ ta' skejjel, jista' l-Ministru jipprovdi n-numru (ratio) ta’ kemm kien hemm educational psychologists per capita f’kull kulleġġ fis-sena skolastika 2022–2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rata ta’ educational psychologists tinħadem skont in-neċessità ta’ kull kulleġġ u mhux per capita.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10364 u 10365, jista’ l-Ministru jgħid u jiċċara x’inhi n-neċessità jew l-esiġenza ta’ kull kulleġġ li fuqha tinħadem ir-rata ta’ kemm għandu jkun hemm educational psychologists f’kull kulleġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din tinħadem skont kemm tfal jiġu riferuti minn kull kulleġġ.
Skejjel — lista ta' stennija għal assessjar minn Educational Psychologists
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10016 u 10363, fejn il-Ministru qal li hemm 263 tfal jistennew għal assessment minn educational psychologist u li l-istennija ma ddumx aktar minn sena, jista’ l-Ministru jagħtina x-xahar u s-sena ta’ meta sar kull referral li hemm pendenti bħalissa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dakinhar ‘l hawn l-ammont ta’ tfal jistennew għal assessment minn educational psychologist niżel għal 206. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant li kull każ irid jiġi evalwat b’mod sensittiv u bl-akbar professjonalita b’hekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi ppublikata.
Skejjel – lista ta’ stennija għal assessjar minn Educational Psychologists
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10364 u 10365, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħu biex il-lista ta’ 263 tifel u tifla li qed jistennew għal assessment minn educational psychologist tiġi eliminata minnufih?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti li ser jiżdiedu n-numru ta psychology practitioners, is-Servizz Psikoloġiku għall-iskejjel qed jaħdem biex japplika metodi stabiliti fil-qasam tal-psikoloġija ta’ assessjar u interventi varji. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dawn il-metodi huma wkoll evidence-based.
Uffiċċju tal-Ombudsman – Implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni
Question
B’referenza għar-rapport tal-Uffiċċju tal-Ombudsman bin-numru CEDUC-22-2982, jista’ l-Ministru jgħid meta r-rakkomandazzjoni f’dan ir-rapport se tiġi implimentata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjoni mhux se tkun implimentata għar-raġunijiet li l-Ministeru diġa għadda lill-Kummissarju għall-Edukazzjoni.
Uffiċċju tal-Ombudsman – Implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni
Question
B’referenza għar-rapport tal-Uffiċċju tal-Ombudsman bin-numru CEDUC-23-3507, jista’ l-Ministru jgħid meta r-rakkomandazzjoni f’dan ir-rapport se tiġi implimentata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejin diskussjonijiet interni dwar dal-każ.
Ħaż-Żebbuġ — Kulleġġ San Injazju - Kapijiet tal-Iskola
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12152 u 12517 u jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il Kap tal-Iskola differenti kienu inkarigati mit-tmexxija tal-Kulleġġ San Injazju Ħaż-Żebbuġ Primary?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji u l-estensjonijiet li ngħataw lill-American University of Malta (AUM) bejn l-2016 u l-2023, li fihom jintwerew il-kundizzjonijiet imposti fuq l-AUM mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.