Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5677 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — vapuri

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li l-kumpanija Gozo Channel takkwista r-raba' vapur? Fiex wasal il-proċess biex din il-kumpanija jkollha vapur ieħor? X' tip ta' vapur hu maħsub li jkun?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari ingħatat waqt l-aġġornament f’seduta numru 111 tal-bieraħ 14 ta’ Mejju 2018.
Leg 13 PQ #5678 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Servizz ta’ merkanzija bejn Għawdex u Belt Valletta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li s-servizz tal-merkanzija bejn Għawdex u l-Belt Valletta jerġa' jibda, wara li issa ilu aktar minn sentejn li tneħħa? Tista' tgħid jekk il-wegħda li għamel il-Gvern li dan se jerġa’ jiġi introdott f'qasir żmien hijiex se titwettaq issa li għaddew aktar minn sentejn li dan is-servizz twaqqaf?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija qiegħda tipprovdi servizz alternattiv għal ġarr tal-merkanzija lejn iċ-Ċirkewwa bil-lejl bi prezz ridott.
Leg 13 PQ #5679 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Farm Roads

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew mibnija farm roads f'Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Liema kienu dawn il-farm roads? Kemm kien it-tul f'metri ta' kull farm road? X'tip ta' xogħol sar fuq kull farm road u kemm sewa x-xogħol fuq kull farm road?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistqosija Parlamentari ser tingħata f’xi seduta oħra
Leg 13 PQ #5680 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Overtime maħdum

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3405 u tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra globali separatament għal kull entità/dipartiment?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadu qed jinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #2343 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — newspaper advertising - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1657 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 112, nhar it-Tlieta, 15 ta' Mejju 2018)
Leg 13 PQ #5605 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mid-Direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn Marzu 2013 sal-lum? Lil min ingħataw u kemm kien l-ammont fi flus għal kull direct order? Tista' tgħid ukoll fil-preżent kemm hemm direct orders li qed jitħaddmu u min huma l-persuni/il-kumpaniji/il-kuntratturi li qed jibbenefikaw minn dawn id-direct orders u jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu tenders flok dawn id-direct orders matul is-sena 2018? Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija diġa ppublikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern skont regolament 111 (2) tal-Avviż Legali 352 tal-2016, kif emendat bl-Avviż Legali 155 tal-2017, 233 tal-2017 u 26 tal-2018. Nikkonferma li l-awtoritajiet kontraenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kull sitt xhur jippubblikaw fil-Gazzetta, l-lista sħiħa tal-kuntratti dipartimentali kollha li jkunu ngħataw minnu u lista tal-każijiet kollha li jinvolvu varjazzjonijiet li jeċċedu l-valuri tal-kuntratt oriġinali b’iżjed minn ħamsa fil-mija. Dawn iż-żewġ listi jinkludu l-isem tal-operatur ekonomiku, in-natura tal-kuntratti, il-valuri oriġinali tal-kuntratti u l-valuri finali tal-kuntratti jekk ikun il-każ. Il-Ministeru għal Għawdex jikkonferma wkoll li fejn possibli qegħdin jiġu ppublikati sejħiet għall-offerti [proċedura miftuħa].
Leg 13 PQ #5606 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xiri ta’ mechanical sweeper

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtrat il-mechanical sweeper li jintuża għall-knis fit-toroq prinċipali ta’ Għawdex? Tista’ tgħid jekk din inxtratx b’direct order jew xorta oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm żewġ mechanical sweepers. Sweeper minnhom inxtrat snin ilu, iżda peress li għaddejja inkjesta maġisterjali l-file relattiv mhux disponibbli. Il-Mechanical Sweeper l-oħra inxtrat b’direct order għall-prezz ta’ €86,920 minn barra u dan peress li ma nstabet ebda sweeper lokalment li tikkorrispondi għall-ħtiġijiet indikati.
Leg 13 PQ #5607 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk f’kull dipartiment jew entità li jaqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex sarux rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-postijiet diversi tax-xogħol minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ tali rakkomandazzjonijiet? Tista’ tgħid ukoll x’inhuma l-pjani ta’ kontinġenza li jeżistu fil-bini tal-Ministeru f’każ ta’ ħruq jew xi diżastru ieħor?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant dwar rakkomandazzjonijiet fil-passat l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra. Iżda ninforma lill-Onor. Interpellant li sar audit olistiku tal-binja kollha tal-Ministeru u ser isiru xogħlijiet biex ikollna binja aċċessibbli, energy efficient biex ukoll tkun mudell ta’ binja amministrattiva li hija eco-friendly .
Leg 13 PQ #5608 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – parkeġġ mal-Gozo Museum

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser ikun hemm faċilitajiet ta’ parkeġġ mal-Gozo Museum li ser isir fi Triq Fortunato Mizzi ġewwa r-Rabat Għawdex u jekk iva kemm ser ikun jistgħu jipparkjaw karozzi f'dan il-parkeġġ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Mużew m’għandux parkeġġ inkorporat fih.
Leg 13 PQ #5634 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Għaqdiet mhux Governattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum, sena b'sena, kemm ġew reġistrati Għaqdiet mhux Governattivi f'Għawdex? Tista’ tgħid għall-istess perjodu kemm ibbenefikat kull Għaqda mhux Governattiva f’Għawdex f’dik li hija għajnuna finanzjarja u għajnuna mhux finanzjarja, bħalma huma riżorsi umani eċċ, mogħtija min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistrazzjonijiet isiru mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji. Barra minn hekk il-Ministeru għal Għawdex fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissarju tal-VO, nieda skema ta’ għajnuna, u diġa saru żewġ edizzjonijiet tagħha. Għal dawn iż-żewġ skemi applikaw 74 għaqda u ingħataw l-għajnuna 35 għaqda. Ir-riżultati qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra. Huwa l-ħsieb tal-Ministeru li joħroġ it-tielet edizzjoni tal-iskema dalwaqt. Flimkien ma’ din l-iskema hemm ukoll l-iskema għall-għaqdiet sportivi li għadha qed tiġi evalwata. Għal din l-iskema applikaw 16-il għaqda.
Leg 13 PQ #5530 Sitting 110 2018-05-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Skrivani Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat li skrivana, Executive Officers u Principals Għawdxin li bħalissa qed jaħdmu f'Malta jiġu jaħdmu Għawdex matul is-sena 2018? Jekk iva, kemm huwa n-numru għal kull kategorija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Dan il-Ministeru bħalissa qiegħed jidiskuti ma’ għadd ta’ dipartimenti u entitajiet pubbliċi sabiex aktar servizzi jibdew jingħataw f’Għawdex u biex aktar back office work jitla’ Għawdex skont il-wegħda fil-Manifest Elettorali – Noħolqu xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin.
Leg 13 PQ #5555 Sitting 110 2018-05-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Dekasteri - Bord tal-Għażla

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru Bordijiet tal-Għażla għall-postijiet/pożizzjonijiet vakanti fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet li jaqgħu taħtha? X'kien il-post/pożizzjoni vakanti li għalih inħatar kull Bord tal-Għażla? Min kienu ċ-Chairperson u l-membri ta' kull Bord maħtur? Għal kull Bord maħtur x'kienet ir-remunerazzjoni li ngħatat liċ-Chairperson u l-membri?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’kull Bord tal-Għazla fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, ic-Chairman tal-bord ikun uffiċjal pubbliku u għalhekk ma jitħallasx, filwaqt li kull bord ikollu żewġ membri (uffiċjali pubblici rtirati) li sad- 9 ta’ Lulju 2017 tħallsu €10.00 kull siegħa, filwaqt li mill-10 ta’ Lulju 2017 ’l hawn bdew jitħallsu bir-rata ta’ €14.50 kull siegħa. Ir-rati tal-Gozo Channel (Operations Limited) huma differenti: €70.00 kull siegħa għaċ-Chairman tal-Bord u €60.00 kull siegħa lill-membri. Kull riżultat għal postijiet jew pożizzjonijiet fi hdan il-Ministeru għal Għawdex ġie pubblikat fuq il-notice board tal-Ministeru, ħlief fil-każijiet ta’ Assistenti Diretturi, li dan ir-riżultat jintbagħat id-dar ta’ kull applikant. Filwaqt li fil-każ tal-Gozo Channel (Operations Limited), il-kandidati jigu mgħarrfa biex imorru l-uffiċċju sabiex jaraw ir-riżultat
Leg 13 PQ #5556 Sitting 110 2018-05-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Boards of Survey

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm saru Boards of Survey f'Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex biex jevalwaw oġġetti biex jitħassru mill-Inventarji rispettivi? Għal kull bord li sar, x'kienu l-oġġetti li tħassru, tneħħew eċċ.? Min ta l-approvazzjoni biex dawn l-oġġetti jitneħħew jew jitħassru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2328 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — production costs għal TV advertising - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5454 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fast Ferry Service – membri tal-bord

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kienu l-membri tal-Bord u minn min intgħażlu dawn il-membri tal-bord, li kienu nkarigati biex jagħmlu l-għażla tal-kumpanija/entità biex toffri s-servizz tal-Fast Ferry Service bejn Malta u Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-proċess huwa bħalissa suġġett għall-appell quddiem il-bord ta’ revizjoni dwar kuntratti pubbliċi u b’hekk f’dan l-istadju l-ebda informazzjoni ma tista’ tingħata.
Leg 13 PQ #5455 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fast Ferry Service – kumpaniji li ssottomettew l-offerti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kienu s-seba’ kumpaniji jew entitajiet li ssottomettew offerta biex joperaw is-servizz tal-Fast Ferry Service bejn Malta u Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-proċess huwa bħalissa suġġett għall-appell quddiem il-bord ta’ reviżjoni dwar kuntratti pubbliċi u b’hekk f’din l-istadju l-ebda informazzjoni ma tista’ tingħata.
Leg 13 PQ #5456 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini tal-Qorti ġdida t'Għawdex — proċess

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ippjanar biex isir dan il-proġett u kopja tal-istess applikazzjoni li saret?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isir il-proċess ta’ Planning Control Application biex jinbdel iż zoning tas-sit il-ġdid.
Leg 13 PQ #5491 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – pixxina

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3950 dwar il-pixxina miftuħa għall-pubbliku f’Għawdex, tista’ l-Ministru tgħidilna jekk kienx hemm xi żviluppi fit-taħdidiet mal-proponent?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proċess għadu għaddej. Dan il-Gvern huwa kommess li jwettaq dan l-impenn elettorali. Jiżdied jingħad li l-proġett tal-pixxina kien ilu mwiegħed minn amministrazzjonijiet ta’ qabel l-2013 u baqa’ qatt ma sar xejn.
Leg 13 PQ #5488 Sitting 108 2018-05-07 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo channel – duty officers u coordinators – bini ta’ tinda

Question

Peress li d-duty officers u l-coordinators tal-Gozo Channel kemm fl-Imġarr Għawdex, kif ukoll fiċ-Ċirkewwa f’Malta, jaħdmu l-ġurnata kollha esposti għall-elementi kollha tat-temp Malti, inkluż għax-xemx kiefra tas-sajf, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li tinbena tinda għalihom bħalma nbniet tinda għaż-żwiemel il-belt u f’postijiet oħra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li jingħalaq il-proċess tal-adjudication tal-PSO hemm il-ħsieb li ssir tinda fil-Marshalling Area.
Leg 13 PQ #5489 Sitting 108 2018-05-07 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – tennis court

Question

Peress li l-unika tennis court, miftuħa għall-pubbliku f’Għawdex, qiegħed fi stat ta’ kważi abbandun, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jittranġa jew jinbena ieħor?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie ffinalizzat proġett ġdid ta’ tennis court ġewwa ta’ Kerċem li se jkun għall-użu tan-net sports. Il-bookings jistgħu jsiru onlajn u anke permezz tal-mobile app MyGozo