Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #8099 Sitting 190 2019-01-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati li kienu impjegati ma’ bank

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6467 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu, inkluż l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), għandhom impjegati li fl-aħħar 3 snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li hemm impjegat wieħed li llum jaħdem mal-MGA u li qabel kien jaħdem mal-imsemmi bank.
Leg 13 PQ #8264 Sitting 190 2019-01-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8457 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Entitajiet Pubbliċi — poter li jimponu penalitajiet amministrattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka dawn l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li skont il-liġi għandhom il-poter li jimponu penalitajiet amministrativi (‘administrative fines’), kemm f’kull każ hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta wkoll fir-rigward fejn hemm ta’ penali li tista’ tiġi imposta għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li skont il-liġi għandhom il-poter li jimponu penalitajiet amministrativi huma l-Malta Gaming Authority, il-Malta Digital Innovation Authority, il-Malta Communications Authority, il-Malta Financial Services Authority u l-Malta Residency and Visa Agency. Id-dettalji ta’ dawn il-penali jinsabu kif indikat: Malta Gaming Authority – Taqsima XVI tal-ATT Nru XVI tal-2018 Malta Digital Innovation Authority – Taqsima XVIII u Taqsima IX tal-ATT Nru XXXI tal-2018 Malta Communications Authority – Artikolu 33 tal-Kap. 418 tal-ATT VII tal-2004 u sussegwentement mibdul tramite s-segwenti liġijiet: l-ATT XIII tal-2005, l-ATT XXX tal-2007, l-ATT IX tal-2011 u l-ATT VIII tal-2014. Malta Financial Services Authority – ATT XVI tal-2011, ATT XX tal-2013, Avviz Legali 239 tal-2018 Registrar of Companies – Skeda 11 tal-Att dwar il-Kumpaniji
Leg 13 PQ #8483 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pariri Legali fuq trasferiment ta’ art pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li l-Gvern ingħata mingħand ditta legali barranija dwar it-trasferiment ta’ art pubblika lill-grupp ta’ kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 13 PQ #8484 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Interess f’xi negozji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hu u/jew xi familjari tiegħu għandux interess dirett jew indirett f’xi negozju ta’ jew assoċjat mal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le.
Leg 13 PQ #7744 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4528, 1027 u 162 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7673.
Leg 13 PQ #7745 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4527, 1026 u 161 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7673.
Leg 13 PQ #8428 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati taċ-Ċivili li telqu mill-kariga tagħhom

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat taċ-Ċivil, minn grad 5 ’il fuq, telaq mill-kariga għal raġunijiet li mhumiex trasferiment fl-istess grad jew irtirar minn Marzu 2013 ’il hawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #8458 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żwiġijiet biċ-Ċivil u bil-Knisja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati żwiġijiet biċ-ċivil u kemm ġew ċelebrati żwiġijiet bil-Knisja matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li fis-sena 2018 kien hemm total ta’ 2,552 żwieġ iċċelebrat f’Malta. Minn dawn kien hemm 1,423 zwieġ bir-rit ċivili u 1,129 żwieġ bir-rit reliġjuż.
Leg 13 PQ #8459 Sitting 188 2019-01-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati Għawdxin li jaħdmu f'dipartimenti f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati Għawdxin, fil-grad ta' skrivan, li qed jaħdmu f'dipartimenti f'Malta? Jista' jgħid jekk preżentament hux qed isir xi eżerċizzju biex jiġu identifikati funzjonijiet u attivitajiet tal-Gvern u entitajiet parastatali f'Malta li jkunu jistgħu jibdew isiru f'Għawdex bir-riżultat li iktar impjegati Għawdxin f'dan il-grad jibdew jaħdmu f'Għawdex?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ haddiema Ghawdxin fi grad ta’ skrivan li jahdmu f’Malta huwa ta’ 24. Ngharraf lill-Onor Interpellant li fl-2012 dan in-numru kien ta’ 93. Ninsab informat ukoll li l-ezercizzju li jaghmel riferenza ghalih fit-tieni parti tal-mistoqsija jinsab ghaddej u li dan huwa ezercizzju kontinwu.
Leg 13 PQ #7672 Sitting 187 2019-01-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew f’Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew ġiet Malta fl-aħħar sentejn, liema banek lokali spezzjonat u d-data ta’ kull żjara?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (ECB), taħt is-Single Supervisory Mechanism (SSM), huwa s-supervizur dirett tat-tliet istituzzjonijiet tal-kreditu sinjifikanti (Significant Institutions), li huma l-Bank of Valletta, HSBC, u MeDirect. Fl-istess waqt, f’każijiet ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu inqas sinjifikanti (Less Significant Institutions), il-Bank Ċentrali Ewropew jeżerċita superviżjoni ġenerali u b’mod indirett. Is-superviżjoni diretta tibqa' fir-responsabbiltà tal-MFSA. Din is-sistema hija implimentata fil-pajjiżi kollha li jinsabu fiż-żona Ewro. Id-delegazzjonijiet u l-laqgħat li saru f’Malta bejn l-2017 u l-ewwel disa’ xhur ta’ 2018 huma s-segwenti: • Kien hemm laqgħat li saru Malta mill-JSTs rigward is-superviżjoni tat-tliet istituzzjonijiet sinjifikanti li ammontaw għal 44 ġurnata; • 4 żjarat ta’ ġurnata kull waħda mal-amministrazzjoni għolja tal-DG MS-III (li huma responsabbli għas-superviżjoni b’mod ġenerali u indirett tal-istituzzjonijiet inqas sinjifikanti); • 7 żjarat relatati ma’ żewġ ispezzjonijiet ta’ Nemea Bank u HSBC Bank Malta, li ammontaw għal 44 ġurnata.
Leg 13 PQ #7673 Sitting 187 2019-01-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 161, 1026 u 4527 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward ta’ Identity Malta nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4111. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-ammont moghti f’direct orders matul l-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista, mill-entitajiet li llum jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jammonta ghal €36 miljun.
Leg 13 PQ #8248 Sitting 187 2019-01-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2405 u 7521 waqt is-seduti ta' nhar l-4 ta' Ġunju 2018 u ta' nhar is-26 ta' Novembru 2018, rispettivament, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm xejn iktar x’jiżdied mat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2405 u 7521.
Leg 13 PQ #8237 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IIP — sottomissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru mill-pubbliku dwar il-Programm ta’ Investitur Individwali bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika li saret matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba se tiġi ppubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #8288 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti, Awtoritajiet, Aġenziji u entitajiet governattivi – ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8123 u jgħid kemm kien hemm u preżentament kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'Dipartimenti, Awtoritajiet, Aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentament dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed nipprovdi t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant. Sena Dipartiment 2013 542 2014 958 2015 1065 2016 1260 2017 1216 2018 1247 Sena Awtoritajiet, Aġenziji u Entitajiet Governattivi 2018 39 Għall-informazzjoni dwar l-entitajiet li ma jaqgħux taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeri kkonċernati.
Leg 13 PQ #8399 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żwiġijiet f’Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew żwiġijiet ġewwa Malta matul is-sena 2018? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu bejn koppji ta’ sess differenti u kemm minnhom kienu bejn koppji tal-istess sess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fis-sena 2018 seħħew 2,552 żwiġijiet f’Malta. Peress li mill-1 ta’ Settembru 2017 ġiet fis-seħħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, fir-reġistru pubbliku ma tinżammx statistika rigward il-ġeneru.
Leg 13 PQ #8400 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Unjoni Ċivili f’Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew unjoni ċivili ġewwa Malta matul is-sena 2018? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu bejn koppji ta’ sess differenti u kemm minnhom kienu bejn koppji tal-istess sess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fis-sena 2018 kien hemm erba’ unjoni ċivili ġewwa Malta. Kien hemm koppja waħda ta’ sess differenti u tlett koppji l-oħra kienu tal-istess sess.
Leg 13 PQ #8401 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żwiġijiet fuq Opri tal-Baħar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm seħħew żwiġijiet fuq opri tal-baħar inkluż cruise liners matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infurmat li kien hemm 1,303 żwiġijiet li seħħew fuq opri tal-baħar inkluż cruise liners matul is-sena 2018. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2817 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 187 tal-Erbgħa 23 ta' Jannar 2019.)
Leg 13 PQ #8402 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żwiġijiet barra minn Malta fejn waħda mill-persuni tkun ta’ nazzjonalità Maltija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet mar-Reġistru Pubbliku li seħħew barra l-pajjiż fejn waħda mill-partijiet tkun ta’ nazzjonalità Maltija matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Infurmat li kien hemm 1,303 żwiġijiet li seħħew fuq opri tal-baħar inkluż cruise liners matul is-sena 2018. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL4706 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 318, nhar it-Tnejn, 20 ta’ April 2020)
Leg 13 PQ #8407 Sitting 186 2019-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Islamic Finance Association — żviluppi

Question

B'referenza għal dak illi kien ġie rrappurtat fil-media f'Ġunju 2018 dwar Islamic Finance (http://www.independent.com.mt/articles/2018-06-26/local-news/Malta-Islamic-Finance-Association-backed-by-Maltese-Government-6736192499), jista' l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi saru minn dakinhar sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġejt informat li ma kienx hemm żviluppi.