Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ dak li persuna tkun qed tħallas meta takkwista biljett tal-ajru mal-Air Malta għal per eżempju titjira lejn Londra-Heathrow u Ruma? Jista' jgħid kemm mill-prezz imħallas imur għand l-Air Malta, kemm huwa l-ammont ta’ fuel surcharge, it-taxxa fuq il-biljett u l-airport tax, u jekk hemmx xi ħlas li jmur għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta għall-użu li passiġġier jagħmel mit-terminal?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26566, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien in-numru ta' każijiet fejn iġġedded iċ-ċens tar-raba' matul l-2010? F'kemm mill-każijiet fejn seħħ it-tiġdid taċ-ċens, fil-fatt kien hemm bidla bejn dak li ċ-ċens kienu fuqu qabel u dawk li llum ingħataw iċ-ċens il-ġdid minħabba li kienu qed jaħdmu r-raba' konċernat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Bini ta' pipeline tal-gass u infrasttuturi oħra neċessarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema dipartiment, aġenzija jew konsulenza ġiet inkarigata sabiex tħejji l-istudji neċessarji għall-bini ta' pipeline tal-gass u infrastruttura oħra neċessarja sabiex il-pajjiż ikollu sistema ta' ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta u l-MRA qegħdin fi proċess ta’ diskussjonijiet mal-World Bank sabiex isiru studji fuq kif nistgħu insaħħu is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija f’Malta. Parti minn dawn l-istudji se jinkludu l-infrastruttura neċessarja għall-provvista tal-gass u l-konverżjoni meħtieġa fl-impjant eżistenti.
Mosta — Fort Road - three phase fl-area industrijali
Question
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għala t-three phase fl-area industrijali tal-Fort Road, Mosta qiegħed jinqata' b'mod regolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-problema tal-overloading ġiet investigata u x-xogħol meħtieġ biex inaqqas il-load minn fuq il-feeder ikkonċernat sar fit-28 ta’ Ġunju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm isir moniteraġġ mid-dwana dwar importazzjoni ta' żebgħa biex jiġi stabbilit jekk għandhomx VOC's jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jekk kunsinna ta’ żebgħa ġejja minn pajjiż barra mill-Unjoni Ewropeja tintagħżel għal eżami fiżiku, u d-Dwana tiċċekja mal-Malta Standards Authority jekk dik it-tip ta’ żebgħa tkunx irreġistrata magħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25713 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra u jew għandux public procurement conditions li permezz tagħhom jagħti prijorita' b’mod ċar ix- xiri ta’ karozzi mill-aktar fuel efficient minn entitajiet governattivi, parastatali kif ukoll dipartimenti tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħabbar riforma fit-trasport li juża li twassal biex it-trasport ikun immaniġjat b'mod iżjed effiċjenti. Kif kien imħabbar il-gvern se jkun qed iħares lejn l-aspetti kollha, inkluż l-użu, ippjanar, manutenzjoni, fjuwil, manutenzjoni u tiswija tal-vetturi, kif ukoll l-aspett ambjentali fejn il-gvern jara li jkollu flotta iżgħar u aktar moderna ta' vetturi li jniġġsu anqas. Hemm rabta intrinsika bejn l-emmissjonijiet ta' dijosidju tal-karbonju u l-effiċjenza ta' vettura fl-użu tal-fjuwil, b'hekk vetturi li jniġġsu anqas u huma allura aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil ikollhom prijorità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25710 li oriġinajrament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Billi ħafna pajjizi qegħdin janalizzaw kif jinkwadra pajjiżhom f’kuntest Ewropew dwar transport and energy intensiveness marbut ma' dan is-settur, jista' l-Ministru jgħid kemm qed nikkunsmaw transport fuel per unit of GDP u kif jipparaguna dan mal-medja tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar ċifri fuq il-konsum tal-fjuwil għat-trasport tul dawn l-aħħar ħdax-il sena, kif ukoll ċifri dwar il-prodott domestiku gross (GDP) bil-prezzijiet tas-suq qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
M’għandniex informazzjoni dwar il-paragun mal-medja tal-Unjoni Ewropea.
San Pawl il-Baħar — tappieri tad-drenaġġ - cushions
Question
Billi numru ta' tappieri tad-drenaġġ f'diversi toroq madwar San Pawl il-Baħar jinsabu mingħajr cushion, bil-konsegwenza li kull meta tgħaddi vettura dawn l-istess tappieri jagħmlu ħsejjes li jdejqu lir-residenti, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni ta' kull tappiera li hemm u fejn hu l-każ jiġu rranġati, biex ma jibqgħux jagħmlu ħsejjes?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha ‘l fuq minn 50,000 tappiera tad-drenaġġ fit-toroq ta’ Malta u Għawdex. Il-korporazzjoni għandha programm sħiħ biex tibdel xi tappieri b’dawk ta’ kwalità tajba li ma jċekċkux. Dan il-programm jiswa l-flus u b’hekk mifrux fuq medda ta’ snin dipendenti mill-finanzi tal-korporazzjoni.
Refund dwar reġistrazzjoni ta' karozzi — taxxa tar-reġistrazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li rreġistraw il-karozza tagħhom fl-2008 kienu intitolati għal refund fuq it-taxxa tar-reġistrazzjoni? Jista jgħid għal liema tip ta’ vetturi kien japplika dan ir-refund u jekk dawn il-vetturi riedux ikunu bilfors ġodda? Jista' jgħid minn meta sa meta setgħu jsiru l-applikazzjonijiet għal dan ir-refund? Jista' jgħid jekk dan ir-refund kienx japplika wkoll għas-snin 2009 u 2010? Jista' jgħid jekk il-gvern informax b’mod personali lil kulmin kien intitolat għal dan ir-refund b’dan id-dritt tiegħu/tagħha? Jista' jgħid kemm kienu dawk li potenzjalament setgħu bbenefikaw minn dan ir-refund u kemm fil-fatt ibbenefikaw? Jista' jgħid kemm hija s-somma ta’ flus mogħtija s'issa bħala refund ta’ dan it-tip u x’forma qed jieħu dan ir-refund?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26928.
Jista' l-Ministru jgħid jekk issa li beda jaħdem l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Ta' Barkat, l-impjant ta' Sant Antnin hux se jingħalaq? Jekk fl-affermattiv, meta ħa jsir dan u x'se jsir minflokk l-impjant eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27035.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25794, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-figura li ta, bħala average weekly income ta' persuni li għandhom aktar minn 60 sena u jgħid kemm hemm minn dawn il-persuni li f'figuri perċentwali daħħlu minn €0 'l fuq, f'kategoriji: €0 - €50, €51 - €100, €101 - 150, €151 - €200 eċċ.?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba peress li d-dipartiment tat-taxxi interni għandu figuri relatati ma’ dawk li jiddikjaraw u jħallsu t-taxxa. Għaldaqstant, din ma tinkludix dħul ieħor mhux taxxabbli, fosthom benefiċċji soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena min kienu l-kumpaniji/persuni li rebħu kuntratt ta' għaxar trakkijiet ġodda tal-Korporazzjoni Enemalta b'valur ta' €650,000? Min kienu l-persuni/kumpaniji oħra li tefgħu offerta għall-istess kuntratt u b'liema prezz? Fuq liema kriterji ntrebaħ il-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt għax-xiri ta’ trakkijiet ġodda li ngħata mill-Korporazzjoni Enemalta matul din is-sena jammonta għal €497,000 u mhux €650,000 kif qed jiġi allegat mill-Onorevoli Interpellant. Dettalji dwar din is-sejha pubblika għall-offerti, li kienet sejha maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti bir-referenza CT2581/2009 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal din is-sejħa daħlu tmien offerti. Il-kuntratt intrebaħ mill-kumpanija Taljana Officine CO.ME.T SaS fuq il-bażi ta’ l-irħas prezz (cheapest compliant offer).
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ iċ-cheque tad-dawl u ilma ta' famlija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilhom ma jirċievu l-kont aktar minn ħames xhur fejn ħaddieħor qed jirċevih regolari kull xahrejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fil-Mellieħa koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji fil-Mellieħa huwa kif ġej:
Liċenzji maħruġa mill-Pulizija
113
Liċenzji maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ
50
Total
163
Dan it-total jeskludi
bars
u
restaurants
li huma liċenzjati mill-MTA. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fir-Rabat koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji fir-Rabat huwa kif ġej:
Liċenzji maħruġa mill-Pulizija
193
Liċenzji maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ
82
Total
275
Dan it-total jeskludi
bars
u
restaurants
li huma liċenzjati mill-MTA. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum f'Ħad Dingli koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ Liċenzji f’Ħad-Dingli huwa kif ġej:
Liċenzji maħruġa mill-Pulizija: 21
Liċenzji maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ: 16
Total: 37
Dan it-total jeskludi
bars
u
restaurants
li huma liċenzjati mill-MTA. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fl-Imtarfa koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji fl-Imtarfa huwa kif ġej: (Dawn jeskludu bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA).
Liċenzi maħruġa mill-Pulizija: 6
Liċenzi maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ: 13
Total
: 19
Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum f'Ħaż-Żebbuġ koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji f’Ħaż-Żebbuġ huwa kif ġej: (Dawn jeskludu bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA).
Liċenzi maħruġa mill-Pulizija: 214
Liċenzi maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ: 125
Total
: 339
Għat-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-karta tal-income tax tas-self employed tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li wara li miet missieru, ħa r-responsabilità tal-ħanut u għadu ma rċieviex income tax return?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-formola tat-taxxa qed tintbagħat lill-persuna indikata f’dawn il-jiem, u se jkun jista’ jibgħatha mimlija kif suppost fi żmien 30 jum mid-data li fiha tasallu.