Legislature:
Category:
Reset
Active:

POYC – Mediċina li qed titqassam minflok Phenoxymethylpenicillin 250mg Film-Coated

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk minflok il-Phenoxymethylpenicillin 250mg Film-Coated qed jitqassmu pilloli li mhumiex film-coated?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina Phenoxymethylpenicillin 250mg qed jitqassmu skond speċifiċi magħmula mill-esperti kliniċi.

Birżebbuġa – Berġa temporanja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn ser issir il-Berġa temporanja f'Birżebbuġa? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-proprjetà hijiex tal-Gvern jew tal-privat, u jekk tal-privat kemm ser ikun qiegħed iħallas il-Gvern għal dan il-post?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li llum hemm berġa permanenti ġewwa Birżebbuġa.

Twelid ta’ trabi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15250 u ċjoè jgħid kemm twieldu trabi matul is-snin 2022 u 2023 fl-isptarijiet governattivi u dawk privati f’Malta u Għawdex rispettivament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul l-2022, fl-isptarijiet governattivi ta’ Malta u Għawdex twieldu 4,372. Bejn Jannar u Ġunju 2023, fl-istess sptarijiet twieldu 2,164.

Twelid ta’ trabi – Ġenituri Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15250 u ċjoè jgħid kemm minn dawk it-trabi li twieldu matul is-snin 2022 u 2023 fl-isptarijiet governattivi u dawk privati f’Malta u Għawdex rispettivament kellhom ġenituri Maltin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat matul l-2022 fl-isptarijiet governattivi ta’ Malta u Għawdex, twieldu 2,754 fejn il-ġenituri kienu t-tnejn Maltin. Bejn Jannar u Ġunju 2023, fl-istess sptarijiet twieldu 1,281 fejn il-ġenituri kienu t-tnejn Maltin.

Twelid ta’ trabi – Ġenituri barranin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15250 u ċjoè jgħid kemm minn dawk it-trabi li twieldu matul is-snin 2022 u 2023 fl-isptarijiet governattivi u dawk privati f’Malta u Għawdex rispettivament kellhom ġenituri barranin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat matul l-2022 fl-isptarijiet governattivi ta’ Malta u Għawdex, twieldu 1,042 fejn il-ġenituri kienu t-tnejn mhux Maltin. Kien hemm 63 fejn l-omm mhux Maltija u l-missier ta’ nazzjonalità mhux magħrufa u tarbija waħda bejn in-nazzjonalità taż-żewġ ġenituri mhumiex magħrufa. Bejn Jannar u Ġunju 2023, fl-istess sptarijiet twieldu 566 fejn il-ġenituri kienu t-tnejn mhux Maltin. Kien hemm 47 fejn l-omm mhux Maltija u l-missier ta’ nazzjonalità mhux magħrufa.

Twelid ta’ trabi – Ġenituri barranin – Servizz bi ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15250 u ċjoè jgħid kemm minn dawk it-trabi li twieldu matul is-snin 2022 u 2023 fl-isptarijiet governattivi u dawk privati f’Malta u Għawdex rispettivament, li kellhom il-ġenituri barranin intalbu jħallsu tas-servizz u kemm minnhom ħallsu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Saħħa mentali – Mediċini ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lura lill-Gvern milli jintroduċi mediċini ġodda fis-settur tas-saħħa mentali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li kull mediċina li ġiet approvata għas-saħħa mentali ġew proċessati. Infatti daħlu 2 fi 2023: Fluoxetine 20mg/5ml Oral Solution Aripiprazole 400mg PR injection Deħlin 3 mediċini oħra issa li ġew disponnibli: Olanzapine 2.5mg tablets Olanzapine 300mg PR injections Olanzapine 210mg PR injections Barra li hemm 2 oħra qegħdin jiġu proċessati. Kuljum jiġu approvati mediċini għall-każijiet urġenti fl-isptar u dawn jieħdu prijorità.

IVF – PGT testing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal PGT testing fil-proċess tal-IVF saret? Meta saret kull waħda minn dawn it-talbiet? Jista' jgħid ukoll jekk, f'kull każ, din it-talba ġietx aċċettata u jekk iva kif kienet megħjuna l-koppja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ħamsa ġew approvati għall-PGTM. L-applikazzjoni li saret f’Novembru 2022 ġiet rimborżata. L-applikazzjonijiet li saru f’Diċembru 2022, Lulju 2023, Awwissu 2023 u Frar 2024 kollha għadhom attivi. Applikazzjoni li saret f’Lulju 2023 ġiet rifjutata qabel ġiet awtorizzata.

Prodott Energie Shake

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16981 dwar il-prodott Energie Shake, jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf milli jiġi mqassam dan il-prodott mill-POYC? Jista' jgħid liema prodott alternattiv qiegħed jingħata minflok il-prodott Energie Shake u meta beda jingħata? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dan il-prodott alternattiv li issa qiegħed jingħata, jinbidilx għal wieħed differenti jew inkella ta' ammont (litri kull prodott) differenti? Jekk iva, meta ser jibda jitqassam dan il-prodott?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17811.

Konsulenti u advisors

Question

Fiż-żmien li ilu fil-kariga, jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu u għandu konsulenti/advisors fil-Ministeru tiegħu, f’liema entitajiet li jaqgħu taħtu, inkluż is-segretarji parlamentari, min huma, kemm jitħallsu u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom in konnessjoni max-xogħol li tqabbdu jagħmlu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13975.

Sptar akut għas-saħħa mentali ġdid — Nefqa fi studji u applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17453 u jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet għal sptar ġdid li kellu jinbena għal kura tas-saħħa mentali fejn l-Isptar Mater Dei, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li saru ħlasijiet li jammontaw għal €3,558.72 f’servizzi professjonali. Kwalunkwa proposta tittieħed inkonsiderazzjoni fil-proġett il-ġdid.

Outpatients Block ġdid – Nefqa fi studji u applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Minisru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17454 u ċjoè: Fid-dawl li kien qed jiġi ppjanat li jinbena Outpatients Block ġdid fejn l-Isptar Mater Dei, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17655.

FMS – Dokumenti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17289 u 17578 u jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qatt talab għal, jew ġabar, jew ingħata dokumenti u materjal ieħor mill-uffiċċji tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), liema materjal ittieħed mill-istess individwu lil hinn mill-uffiċċji msemmija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux infurmat li s-sid tal-kumpanija li qegħda ssir referenza għalih ġabar u/jew ingħata dokumenti u materjal ieħor.

Ministeru għas-Saħħa u FMS – Relazzjoni ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17290 u 17579 u jagħti dettalji dwar in-natura tar-relazzjoni bejn is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u uffiċjali oħra fil-Ministeru għas-Saħħa, fosthom is-Segretarji Permanenti, u l-Kapijiet Eżekuttivi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) bejn Mejju 2014 u Frar 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li is-sid tal-kumpanija li qed issir referenza għalih mill-Onor. Interpellant, kien konsulent għall-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u l-2019. Bejn l-2020 u l-2023 kien ingaġġat mal-FMS bħala Project Manager.