Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitkompla x-xogħol ta' upgrading taz-zuntier tal-Knisja tal-Imġarr, liema xogħol beda xi snin ilu, peress li sal-lum għadu wieqaf?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet nru 10747 u 11354.
Jista' l-Ministru jikkonferma x'tip ta' skart għadu qed jintrema fil-Magħtab? Jista' jgħid għaliex diversi trakkijiet mgħobbija bl-iskart għadhom qed jarmu skart f'din il-miżbla? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' skart li ntefa' s'issa matul din l-aħħar sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li mhux qed jintrema’ skart fil-miżbla tal-Magħtab.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' skart għar-riċiklaġġ li nġabar kull xahar mill-lokalità ta' San Pawl il-Baħar matul l-aħħar 24 xahar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ammont ta’ skart separat għar-riċiklaġġ li nġabar minn San Pawl il-Baħar permezz ta’ l-Iskema ‘Irriċikla Tlieta’ minn Mejju 2008, minn meta bdiet titħaddem l-iskema, sa April 2009, kien ta’ 187,000 kg. Skart separat mill-Bring - In - Sites mhux inkluż għax dan jiġi kkalkulat fuq bażi nazzjonali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pitkala li hemm joperaw mill-pitkalija f'Ta' Qali bħalissa? Kemm hu n-numru ta' skrivani tal-Gvern li fil-fatt jaħdmu ma' dawn il-pitkala preżentament?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'investimenti huma mistennija li jsiru fil-pitkalija f'Ta' Qali matul is-sena finanzjarja li jmiss? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx xi applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal żvilupp min-naħa tal-Gvern fl-istess pitkalija?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' producers organisations li ġew imwaqqfa fil-qasam agrikolu sal-lum? Fejn huma reġistrati dawn il-producers organisations? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn fil-fatt jispeċjalizzawx fit-tkabbir/produzzjoni ta' xi prodott partikolari?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba fil-ġimgħa jsir it-tbattil ta' l-iskips li tipprovdi l-WasteServ f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk jitteħdux passi partikolari biex tiżdied il-frekwenza tat-tindif, jekk jirriżulta li f'xi sit partikolari qed ikun hemm ammont sostanzjali ta' żibel żejjed kull darba li jsir it-tindif?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq l-ewwelnett niġbed l-attenzjoni tal-Onor Membru li l-WasteServ ma tipprovdix skips. Il-WasteServ tipprovdi Bring-In-Sites li jiġu mbattla kif ġej:
· Karta: Darbtejn fil-ġimgħa
· Plastik: Darbtejn fil-ġimgħa
· Ħġieġ: Darba f’ġimgħatejn
· Metall: Darba f’ġimgħatejn
Kull meta jkun avżat li hemm xi waħda mill-
bring- in- sites
li tkun imtliet qabel ma tgħaddi l-ġimgħa jew ġimagħtejn, din titbattal mill-ewwel.
Impact assessment dwar l-inħawi li nbnew il-fish farms
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impact assessment sar dwar l-inħawi fejn inbnew il-fish farms? Jista' jippubblika r-rapporti li ġew miġbura bħala riżultat tal-impact assessment wara li nbnew il-fish farms?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment huwa stmat li l-baħar ta' madwar Malta u Għawdex jiflaħ li jkollu fish farms ġewwa fih? Jista' jgħid jekk ilħaqniex il-massimu ta' trobbija ta' ħut li l-baħar tagħna jippermetti jew jekk hemmx lok għal iktar fish farms jekk ikun hemm it-talba? Jista' jgħid fuq liema studju wasal għal dawn ir-risposti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi ħadd ma jista jgħid kemm attwalment il-baħar ta’ madwar Malta u Għawdex jiflaħ li jkollu fish farms ġewwa fih għax dan jiddependi minn ħafna fatturi. Fost l-aktar importanti jinkludi l-ispeċi ta’ ħut, il-pożizzjoni tal-farm, il-fond tal-ilma u l-kurrenti tal-baħar fiż-żona.
Hemm ħut bħal ma huwa t-tonn li ma jiddependix aktar fuq il-fatturi msemmija hawn fuq iżda fuq rakkomandazzjonijiet ta’ istituzzjoni internazzjonali bħalma hija l-ICCAT. F’dan il-każ il-limitazjonijiet tal-kwantitajiet tal-
fish farming
huma deċiżi skond ftehim li jkun intlaħaq waqt laqgħat li jkunu saru fi ħdan din l-istituzzjoni.
Kull proġett jirrikjedi li jsir studju speċifiku li jwassal għal kalkoli meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk dik iż-żona ta’ baħar hux ser tiġi affettwata negattivament jew le.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Pompi tal-petrol — konformità mar-regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11245 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' pompi tal-petrol f'Malta u Għawdex separatament li għadhom mhumiex konformi mar-regoli/direttivi tal-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward u fir-rigward tal-livelli tal-ħażna tat-tankijiet fejn jinżamm il-fuel fil-pompi rispettivi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Membru ikun iktar speċifiku għal liema regoli/direttivi qed jirreferi għax dawn il-faċilitajiet huma regolati minn diversi Awtoritajiet.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi
Question
Jista' l-Ministru jgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ma jeżistux faċilitajiet apposta biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi tagħhom. Dan ma jfissirx li f’każ li ssir xi talba f’dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa’.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija li jitlestew ix-xogħlijet fuq il-proġett tal-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra (i) ta’ ċaqlieq ta’ terrapien, (ii) ta’ tħaffir ta’ bjar, u (iii) ta’ tqegħid ta’ pajpijiet biex jinġibed il-gass? Kemm hu l-valur tal-kuntratt għal kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet? Kemm tħallsu flus s’issa fuq kull wieħed? Kemm hemm kontijiet pendenti? Kemm tħaffru bjar sa l-aħħar ta’ Settembru 2009? Kemm iridu jitqiegħdu pajpijiet u kemm tqiegħdu sa l-aħħar ta’ Settembru 2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi huwa tajjeb li jagħmel distinzjoni bejn il-proġett ta’ l-‘aerial emissions’ u il-proġett ta’ riabilitazzjoni.
Il-Proġett ta’ l-‘Aerial Emissions’ li ġie ko-finanzjat mill-fondi ERDF 2004-2006 intemm, u n-nefqa kienet maqsuma hekk:
· Ċaqlieq ta’ Terrapien – € 91,000
· Tħaffir ta Bjar – € 100,000
· Tqegħid ta’ Pajpijiet – € 40,000
Dan ix xogħol tlesta u l-fondi tħallsu kollha.
Mill-banda l-oħra, din tista’ titqies bħala l-ewwel fażi, u fix-xhur li ġejjin mistenni li jibda x-xogħol ta’ ri-veġetazzjoni, b’sistema ta’ Engineered Capping u Restoration Soils. Dan ix-xogħol sejjer jikkumplimenta ta’ qablu, u dan ħa jkun ko-finanzjat mill-Fondi ta’ Koeżjoni 2007-2013.
Għal dan il-proġett huwa mistenni li jkun hemm ċaqlieq ta’ terrapien (bħala parti mill-Engineered Cap u Restoration Soils). Il-proċess ta’ tendering għal-dan ix-xogħol għadu qed jinħadem. Mhux mistenni li jkun hemm iktar xogħol fuq tħaffir ta’ bjar u tqegħid ta’ pajpijiet, apparti biex jiffaċilità t-tqegħid ta’ l-Engineered Cap.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li Malta hi waħda mill-ftit pajjiżi li kuntrarju għall-ġirien tagħna bħal Ċipru, ma tidhirx li hija membru tal-World Energy Council?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi Malta hija membru ta’ żewg regulaturi internazzjonali fil qasam ta l-enerġija, il-MEDREG (Mediterranean Energy Regularors) u CEER/EREG (Council of Europe Energy Regulators). L-Awtorità ta’Malta dwar ir-Riżorsi applikat ukoll biex tkun membru sħiħ f’IRENA (International Renewable Energy Agency). Hemm numru ta’ aġenziji u kunsilli internazzjonali fejn Malta tista tkun membru u l-World Energy Council huwa wieħed minnhom. Ma hemm l-ebda raġuni partikulari għaliex l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi mhix membru tal-World Energy Council (WEC). Jekk l-Onorevoli interpellant jaħseb u għandu xi raġuni valida għaliex Malta għandha tkun membru tal-WEC li tmur oltre li xi ġirien tagħna huma membri naprezza jekk jinfurmani.
Marsa — Biċċerija - sistema mħaddma skont kif titlob l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma kategorikament li s-sistema dwar traceability fil-biċċerija tal-Marsa qed taħdem kif suppost ‘from farm to fork’ kif titlob l-Unjoni Ewropea? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti dwar dan is-suggett u jinvestiga r-rapporti li wasluli li din is-sistema mhix qed taħdem jew titħaddem kif mixtieq?
Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi — environmental forensics
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi għandhiex nies speċjalizzati f’environmental forensics ? Jekk le, fuq is-servizzi ta’ min taqa' meta jkun hemm bżonn studji jew analiżi simili?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ma’ għandhiex nies speċjalizzati f’environmental forensics. Meta jkun hemm il-bżonn ta’studju jew analiżi jiġu ngaġġati konsulenti speċjalizzati.