Legislature:
Category:
Reset
Active:

Flexsecurity — Settur privat u settur pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għamel il-Gvern f'dawn l-aħħar sentejn biex jippromwovi l-kunċett ta' flexsecurity u biex dan il-kunċett jitħaddem iktar kemm fis-settur privat,kif ukoll fis-settur pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-kunċett ta' flexicurity huwa wieħed li jfittex bilanċ bejn miżuri li jtejbu l-flessibilta kemm fil-ħaddiem kif ukoll f’min iħaddem fi sfond fejn jkun hemm appoġġ sħiħ ta’ sigurta u wens biex ħaddiem jiżviluppa u jtejjeb il-kapaċitajiet tiegħu biex jidħol mingħajr dewmien tax-xogħol u li jibqa fis-suq tax-xogħol permezz. Din hija waħda mill-miżuri li jistggħu jintużaw biex titjieb il-kompettivita u jintlaħqu l-oġġettivi ta’ L-Aġenda ta’ Lisbona. Politika bħal din trid titfassal apposta għal pajjiż partikolari, għax is-sistemi li nstabu li huma effettivi biex jimplimentaw il-kunċett ta’ flexicurityf’pajjiż partikolari jistgħu ma jkunux adatti għal pajjiż ieħor. B’dan il-għan, f’ Mejju tal-2008 fuq talba tal-Kabinett, Il-Ministeru tal Politika Soċjali waqqaf Kumitat ta' Ħidma biex jagħti il-veduti tiegħu rigward din il-materja. Dan il-kumitat ta ħidma kien magħmul minn uffiċjali għolja ta’ Dipartimenti tal–Gvern u Entitajiet Pubblici li għandhom x’jaqsmu mas-suġġett kif ukoll rapresentanti tal-imsieħba soċjali li kienu nominati miċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku ( MCESD ). Dan il-Kumitat ta' Ħidma iltaqa seba’ darbiet bejn Ġunju u Awissu 2008 u nieda rapport fejn fih hemm rakomandazzjonijiet kif il-kunċett ta' flexicurity jista jissaħħaħ fil-kuntest tas-suq Malti tax-xogħol. Dan ir-Rapport ġie sottomess lil MCESD fit 22 ta’ Awissu 2008 u ġie diskuss fis -26 ta Awissu 2008, fejn il-membri tal-Kumitat ta Hidma kienu wkoll mistiedna. Wara din id-diskussjoni, ir-Rapport ġie rivedut biex jinkludi il-rejazzjonijet tal-MCESD, u mgħoddi lura lil MCESD. Ninsab informat ukoll li din il-konsultazzjoni hija vitali biex Malta tkun f’pożizzjoni biex tiżvillupa strateġija dwar flexicurity biex tiġi nkluża fin- National Reform Programme 2008- 2010.

Parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq l-Gvern u l-ETC din is-sena biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara u tal-persuni b'diżabilità fid-dinja tax-xogħol? Jista' jgħid kemm kienu dawk in-nisa u persuni b'diżabilità li f'dawn l-aħħar sentejn applikaw għax-xogħol u kemm minnhom ġew impjegati u f'liema settur?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Cleaning Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lil National Employment Office minn ħaddiema ma' kumpannija privati fosthom dawk li joffru s-servizz tagħhom ġewwa l-Isptar Mater Dei, fil-Ministeru għas-Servizzi Soċjali jew f'kumpanniji privati bħal SGS, kumpannija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Is-sigħat li ħaddiem għandu jitħaddem (mis-6.00 am - 2.00 pm than straight o/t from 2.00 pm - 9.00 pm) (forced) Il-ħlas ta' l-overtime u b'liema rata (jitħallsu siegħa b'siegħa)

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg irċieva rapport fl-aħħar tas-sena fir-rigward tal-kumpanija li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament rigward allegat nuqqasijiet fil-kundizzjoni ta' l-impjieg. Id-Dipartiment fil-preżent għaddej b' investigazzjonijiet dwar dan il-każ li jista' jwassal biex min iħaddem jitressaq il-Qorti bi ksur tal-liġi tax-xogħol. Informat ukoll li fir-rigward ta' kemm saru rapporti lin-National Employment Office minn ħaddiema ta' kumpaniji privati nitlob lil-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għan-National Employment Authority jew id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg u jippreċiża għal liema kumpanija jew intrapriżi qed jirreferi biex l-informazzjoni relatata tkun tista' tinġabar

National Employment Office — ħaddiem jressaq ilment

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema ma' kumpannija privata għandu jagħti d-dettalji tiegħu meta jressaq ilment għand l-National Employment Office? X'protezzjoni għandu l-mpjegat jekk kemm-il darba sid il-kumpannija jiġi mgħarraf b'min għamel ir-rapport?

Response (DALLI, JOHN)

Jekk l-Onor. Interpellant waqt li jirreferi għal National Employment Office qiegħed jirreferi għad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg ta' min wieħed jikkjarifika li lmenti lil dan id-Dipartiment jistghu jsiru kemm permezz tat-telefown, posta jew e-mail fejn l-individwu għandu l-għazla li jibqa' anonimu, kif ukoll jekk l-individwu jirrikorri fid-Dipartiment f' liema każ ikun irid jidentifika ruħu. Tajjeb li jkun ipprecizat illi kemm f' każ li l-individwu jagħzel li jibqa anonimu kif ukoll f' każ fejn l-individwu jidentifika ruħu, l-investigazzjoni ssir xorta waħda. Barra minn hekk fi kwalunkwe investigazzjoni mibdija mid-Dipartiment ma jingħataw l-ebda dettalji dwar jekk l-investigazzjoni ingħatat bidu minhabba lment u lanqas ma jinghata dettal ta' l-individwu li jkun għamel l-ilment jekk ikun il-każ. Dan isir biex ma jkunx hemm il-biża minn min jagħmel l-ilment li għax ikun għamel l-ilment ibati xi konsegwenzi. F' dan il-rigward iżda jekk min iħaddem, b' xi mod ieħor isir jaf li ħaddiem partikolari għamel xi rapport għand awtorita' kompetenti, hemm provvedimenti fl-Att dwar L-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, preċiżament Artikolu 28 li joffri protezzjoni kontra vittimizzazzjoni.
Leg 11 PQ #3265 Sitting 45 2008-10-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Addolorata — tkabbir u estensjoni

Question

Jista l-Ministru jgħid: a) Jekk it-tħammil fiż-żona indikata għat-tkabbir taċ-Ċimiterju Addolorata nbediex u għadux sejjer fl-istess ħin li qegħdin jiġu riveduti l-pjani tal-estensjoni? b) Jekk ir-reviżjoni tal-pjanti humiex ser jinfluwenzaw il-kuntratti tat-tħammil u għaldaqstant jirriżulta li jkollhom joħorġu tenders ġodda? c) Jekk il-proposti ġodda li qed jistenna mill-periti humiex dawk li ġew approvati mill-MEPA fis-26 ta' Ġunju 2006? d) Id-data li fiha jistenna r-riżultat tar-reviżjoni tal-pjanti mingħand il-periti u jekk matul iż-żmien il-pjanti humiex ser jintbagħtu lill-MEPA għall-approvazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Principal Pharmacist

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Principal Pharmacists fid-dipartiment tal-farmiċija fl-Isptar Mater Dei li jaqgħu taħt ir-responsabilità tad-Direttur Ġenerali? Jista' jgħid liema huma s-sezzjonijiet differenti fid-dipatiment tal-farmaċija fl-Isptar Mater Dei u minn hu/hi il-principal responsabbli għal kull sezzjoni? Jista' jgħid xi rwolijiet għandha/għandu kull principal f'dik is-sezzjoni li għaliha hu jew hi responsabbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MEPA — Spezzjonar ta' sistemi tal-arja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-MEPA qattx spezzjonat biex tistabilixxi l-ħsejjes li qed jagħmlu sistemi tal-arja eċċ. li hemm f’warehouses li jintużaw minn kumpannija tal-catering, fl-akkwata ta’ Triq Pawl Mifsud u Anglu Mellili fl-area magħrufa bħala ta’ Għar Ram, Ħaż-Żebbuġ, liema ħsejjes huma ta’ detriment għar-residenti madwar dawn il-warehouses, partikolarment matul il-lejl? Jekk iva, x’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispezzjonijiet? Jekk le, meta se tagħmel spezzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #2348 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każijiet ta' abbuż fuq anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani mis-sena 2000 sat-tmiem tas-sena 2007? Kemm kienu l-każi li ġew rapportati: (1) mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika fi ħdan l-aġenzija Appoġġ (2) mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani (3) mis-Servizz ta’ Social Work fl-Isptar Żammit Clapp (4) mis-Servizz ta’ Social Work fl-Isptar Mater Dei (5) mis-Servizz ta’ Social Work fir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule u (6) mis-Servizz ta’ Social Work ta’ l-Aġenzija Sapport? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet speċifikament ta’ abbuż li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji? - abbuż emozzjonali u psikoloġiku - abbuż fiżiku - abbandun u traskuraġni (neglect) - abbuż finanzjarju u - abbuż sesswali. Minn dawn il-każijiet mis-sena 2000 sa l-2007: - Kemm mill-vittmi kienu irġiel u kemm nisa? - Kemm minn dawn l-abbużi saru minn persuni ta’ nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tnaqqis ta' pażjenti mill-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk naqsux in-numru ta' pazjenti mill-emerġenza wara li bdiet issir kampanja pubblika sabiex in-nies ma tmurx l-emerġenza jekk fil-fatt ma tkunx sitwazzjoni gravi? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa din l-kampanja? Jista' jgħid jekk dawn l-każijiet li ma marrux l-emerġenza marrux f'Ċentri tas-Saħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li skond statistika li tinżamm permezz ta’ l-A & E Module tal-Patient Administration System, jirriżulta li n-numru ta’ attendenzi reġistrati fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza matul Lulju u Awissu ta’ din is-sena naqas meta mqabbel ma’ dak tal-2007, skond kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Numru ta attendenzi reġistrati fid-Dipartiment fl-Emerġenza ta' l-iSptar Mater Dei Xahar 2007 2008 Differenza (2008-2007) Lulju 10177 9209 -968 Awissu 9839 9179 -660 Dan ifisser tnaqqis ta’ 8.1% tal-attendenza fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza. Informat ukoll li l-kampanja ġiet tiswa €20,640.

Sptar Mater Dei — każijiet li ma kenux t'emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu il-kriterji li permezz tagħhom ġiet żviluppata l-idea li jekk ma tkunx gravi m'għandekx tmur l-emerġenza tal-isptar Mater Dei? Permezz ta' dan kollu bdiet kampanja sabiex pażjenti ma jżurux l-emerġenza jekk jaħsbu li mhux emerġenza? Kemm fil-fatt matul is-sena 2007 u xhur ta' qabel ma bdiet din il-kampanja, kien hemm każijiet li ma kinux emerġenza u għamlu servizz tal-emerġenza?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2707 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar tal-anzjani Bormla u San Vinċenz De Paule — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk fil-wating list sabiex jidħlu fil-home tal-Anzjani Bormla kif ukoll f'Saint Vincent De Paule b'mod separat u maqsum skond irġiel u nisa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat hekk : Residenza Nisa Irġiel Total Bormla 48 20 68 San Vincenz de Paule 454 201 655.
Leg 11 PQ #2708 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sussidju fuq dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk li qed jibbenefikaw mis-sussidju fuq il-kont tad-dawl u ilma, possibilment maqsum lokal b'lokal? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju li ngħata għall-istess għan minn Jannar 2008 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2838 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

L-isptar Mater Dei — Numru ta' persuni fl-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li attendew fl-emerġenza kull xahar minn mindu nfetaħ l-isptar Mater Dei? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' pazjenti li attendew l-emerġenza naturalment fl-isptar San Luqa, matul l-istess xhur tas-sena ta' qabel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2875 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Triq San Ġwann - Area madwar il-Cospicua Rangers F.C.

Question

Peress li l-binja ġdida fi Triq San Ġwann Bormla issa hija lesta, jista' l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol fuq il-ġnien u l-area ta' madwar il-Cospicua Rangers F.C., peress li tinsab fi stat diżastruż għall-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li dan il-ġnien ser jiġi żviluppat bħala proġett bi sħab bejn il-Kunsill Lokali u d-Direttorat tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi ħdan l-Awtorita' tad-Djar. Hekk kif jinkisbu l-permessi meħtiega mill-Kunsill u jsir qbil dwar il-finanzjament tiegħu, ix-xogħol ikun jista’ jibda.
Leg 11 PQ #2878 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rikonoxximent lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal rikonoxximent mill-persuna li dettalji dwara qed jinagħtaw separatament, peress li ommha ilha li mietet aktar minn tliet snin u hi ilha toqgħod f'dan il-post sa min twelidha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar laqgħet it-talba għar-rikonoxximent tal-familja indikata fil-Mistoqsija u huma se jiġu kkuntattjati fi żmien qasir sabiex issir il-kuntratt.

Energy benefit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jieħdu l-energy benefit f'kull raħal ta' Għawdex u ta' Malta separatament u jagħti l-informazzjoni kull sena separatament minn meta ġiet introdotta s-surcharge? Kemm minn dawn huma pensjonanti, single mothers jew li għandhom dħul baxx? Kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għal dan il-benefiċċju kull sena separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #2992 Sitting 44 2008-10-20 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Speech Therapists

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2139, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sports li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk is-17-il speech therapist li se jiggradwaw din is-sena hux se jkunu mpjegati mal-Gvern minħabba li hemm ħtieġa kbira għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008 għall-mili ta’ postijiet ta’ Speech Therapist fil-Ministeru Għall-Politika Soċjali (Dipartiment tas-Saħħa). In-numru ta’ postijiet li ser jimtlew huwa skond il-ħtiġijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Livell ta' għajxien — Stħarriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk riċentement sarx xi stħarriġ dwar dħul, kundizzjonijiet u livell ta' għajxien?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja reċentement ippublikat riċerka bis-suġġett “Family Poverty and Social Exclusion with a Special Emphasis on Children”.

ATC — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-waiting list biex jidħlu f'Adult Training Centre?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma — Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u liema kienu dawk l-għaqdiet li matul is-snin 2006 sal-lum, ħadu refund ta' żewġ terzi tal-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma u kemm kien l-ammont li ġie rifuż lil kull għaqda?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellanti.