Jista' l-Ministru jgħid x' kien ir-raison d'etre wara d-deċizjoni li jingħalaq il-pont li mill-Imsida jieħdok għall-Gżira (Valletta only)? Jaħsibx li deċiżjoni bħal din hija waħda ħażina għaliex toħloq aktar traffiku u dewmien żejjed partikolarment fir-rush hours u meta tkun ix-xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma ħadet l-ebda deċiżjoni tat-tip li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid mis-sena 2005 s’issa kemm ġew nies interdetti, kemm mill-Qorti Kriminali kif ukoll mill-Qrati Ċivili u li minħabba f’hekk ma jistgħux jivvutaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — printers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw printers matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħlasijiet ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ. li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid l-intelligent traffic management system fil-qasam tat-trasport ġietx implimentata sabiex isir moniteraġġ tal-main road traffic kif ukoll biex inaqqas it-traffic congestion?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett in kwistjoni għadu mhux implimentat għalkemm tlestew l-ippjanar u d-disinn infrastrutturali tiegħu. Jien infurmat ukoll li se ssir applikazzjoni għall-fondi Ewropej għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23768 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Freeport Corporation Ltd? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Freeport Corporation Ltd f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-Malta Freeport Corporation Ltd hemm 95 ħaddiem. Ħadd minnhom m'hu Għawdxi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Malta Information Technology Agency? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Malta Information Technology Agency f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-MITA timpjega 350 ħaddiem li minnhom hemm 7 Għawdxin li jaħdmu Malta u żewġ Għawdxin oħra li jaħdmu f'Għawdex.
San Pawl il-Baħar — Transport Malta - tenders għat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fil-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar li għalihom diġà ħarġu t-tenders minn Transport Malta, matul l-aħħar xhur li għadhom ma sarux? Meta hu mistenni li jinbeda u jitlesta x-xogħol marbut ma' dawn it-toroq partikulari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-toroq li nħarġu għalihom it-tenders fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onor. Interpellant huma kif ġej:
Mellieħa
Triq l-Imġiebaħ
Mġarr
Triq il-Bajtar
Triq il-Konverżjoni
Triq il-Mazza
Triq San Timotju
Sqaq Laqx
Triq il-Latmija
San Pawl il-Baħar
Triq Ċensu Tanti
Xagħra tal-Bandieri
Triq il-Għar Berbaħ
Dawn it-toroq qegħdin f'diversi stadji ta' bini u dawn huma ppjanati li jitlestew din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fir-ristrutturar ta' toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali mis-sena 2003 sas-sena 2008? Liema kienu dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23802, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha l-pjanti li għaddew mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fis-17 ta' Jannar 2011 għadhom mhux qed jinbiegħu mill-Uffiċċju tal-Land Registry u dan b'dannu għal min ikollu bżonn dawn il-pjanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-MEPA għaddiet il-base map lill-MITA biex tgħaddihom lir-Reġistratur tal-Artijiet fis-17 ta' Jannar 2011.
Il-mapbase il-ġdida li tinkorpora l-pjanti li għaddew mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qegħdha fi stadju ta’ testing sabiex jiġi assigurat li ma jkunx hemm konflitt mal-mapbase l-antika u fl-istess ħin ma tkunx ta’ xkiel għax-xogħol ta’ kuljum. Il-pjanti l-ġodda għalhekk mhux ser jinbiegħu minn dan id-Dipartiment sakemm il-mapbase il-ġdida tkun amalgamata b’suċċess mas-sistema kompjuterizzata.
Awtorità dwar il-Komunikazzjoni ta' Malta — internet u mobile phones
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22444 fejn il-Ministru informa lill-Kamra li l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta m'għandhiex informazzjoni dwar in-numru ta' abbonamenti ta' internet u mobile phones li tiddistingwi bejn numri f'Malta u numri f'Għawdex, u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23657 fejn qal li l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta tista' titlob biss mill-operaturi informazzjoni fil-limiti tal-poteri li tagħtiha l-liġi, peress li din l-informazzjoni hija indikatur qawwi tal-livell tal-kwalità ta' ħajja u tal-livell tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku, jista' l-Ministru jara li jsiru t-tibdiliet meħtieġa fil-liġi sabiex l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta tkun tista' tiġbor din l-informazzjoni għal Malta u għal Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tibdil fil-liġi mitlub mill-Onorevoli Membru Parlamentari ma' hemmx bżonnu peress li l-funzjoni sabiex jiġu mkejla statistici ta’ natura soċjo-ekonomika diġa' hija pprovduta fl-Att dwar l-Awtorità ta’ l-Istatistika ta’ Malta u li l-funzjonijiet tiegħu huma fdata lill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23908, jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk Transport Malta tkunx infurmata b'dawk il-ħlasijiet li jkunu għadhom dovuti? Kif tista' Transport Malta tgħin biex il-flus dovuti lill-kunsilli lokali jinġabru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi Transport Malta bdiet proċess illi kull xahar tibgħat ittra lis-sidien ta’ vetturi li tkun skaditilhom il-liċenzja tal-vettura tagħhom għal aktar minn tlett xhur. F’din l-ittra Transport Malta qiegħda tinforma lil sid il-vettura bil-ħlasijiet kollha dovuti u dawn jinkludu fost l-oħrajn iċ-ċitazzjonijiet pendenti relatati mal-vettura li jkunu ġew deċiżi mit-tribunali lokali iżda ma jkunux għadhom tħallsu.
Infurmat ukoll illi miżura oħra li kienet ħadet l-Awtorità f’Settembru tas-sena 2009 kienet li kull minn jonqos li jħallas il-liċenzja tiegħu għal aktar minn 90 ġurnata jibda jeħel multa amministrattiva ta’ Euro 2 kuljum.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi reġsitrati fuq is-sistema ta' Transport Malta fl-aħħar tal-2010? Kemm minn dawn il-vetturi ħallsu l-liċenzja matul l-2010? Kemm vetturi jirriżultaw li huma fringed b'mod uffiċjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentament in-numru ta' bus shelters li għandna f'Malta, lokalità lokalità? Kemm hu mistenni li jiżdied in-nurmu ta' bus shelters skont il-ħtiġijiet il-ġodda tat-trasport pubbliku f'Malta? Fejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — laptops
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops matul is-sena 2010 sabiex jintużaw mill-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża f'kull każ u b'liema mod ġie deċiż mnejn jinxtraw? Mnejn inxtraw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul l-2010 ma nxtara l-ebda laptopla mill-Ministeru u lanqas mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jordna li t-Triq il-Belt Valletta Luqa, ċioe t-telgħa li tibda minn ħdejn il-fabbrika tal-Coca Cola 'l fuq lejn Ħal Luqa tingħata tarmak peress li hija traffikuża u kummerċjali u t-triq prattikament ċediet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta.
kwestjoni dwar vannijiet bil-pjanċi mir-Renju Unit
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex vannijiet li jintużaw bħala minibus garage hire jistgħu jinġiebu second hand mill-Renju Unit u jingħataw pjanċi filwaqt li karozzi chauffeur driven iridu jkunu ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-eta` massima ta' ħames snin applikabbli għar-reġistrazzjoni ta' vetturi b'aktar minn tmien sedili minbarra x-xufier, li jintużaw għall-ġarr ta' passiġġieri b'kiri jew b'kumpens hija stabbilita fir-Regolamenti dwar Servizzi ta' Ġarr ta' Passiġġieri, li daħlu fis-seħħ fid-19 ta' Mejju 2009 wara proċess sħiħ ta' riforma f'dan is-settur.
Mill-banda l-oħra, il-qafas regolatorju kurrenti applikabbli għal vetturi li jġorru sa' massimu ta' tmien passiġġieri minbarra x-xufier u li jinkrew taħt Liċenzja ta' Garaxx ta' Servizz Pubbliku, jimponi li dawn it-tip ta' vetturi jridu jkunu ġodda. Fil-mument dan il-qafas regolatorju qiegħed jiġi rivedut u Transport Malta għaddejja b'diskussjonijiet mar-rappreżentanti ta' dan is-settur bil-għan li r-riforma f'dan il-qasam tkun konkluża din is-sena stess.
Burmarrad — triq ħdejn Kennedy Groove u t-Telgħa t'Alla u Ommu - tarmac
Question
Billi t-triq li tibda minn ħdejn Kennedy Grove/Drive u tispiċċa fit-triq li tgħaqqad Burmarrad mat-Telgħa t'Alla u Ommu tinsab fi stat ħażin ħafna, partikularment wara x-xita u l-maltemp ta' dawn l-aħħar jiem, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din it-triq tingħata kisja tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi din it-triq ma taqax taħt ir-responabilità ta' Transport Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.