Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru, maqsum skola skola, ta' studenti li qed jattendu Klabb 3-16?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Lokalità
Total ta' studenti
Attard
211
Birkirkara
230
Birżebbuġa
105
Fgura
243
Għargħur
45
Gudja
53
Gżira
109
Ħamrun
170
Luqa
114
Marsascala - St Anne
179
Marsascala - St. Joachim
198
Mellieħa
203
Mġarr
125
Mosta Annex
77
Mosta
189
Mqabba
79
Naxxar
219
Paola
129
Pembroke
164
Qawra
425
Qormi San Bastjan
150
Rabat B
109
San Ġiljan
110
San Ġwann
204
Siġġiewi
161
Sliema
190
St. Pauls Bay
188
St. Venera
194
Tarxien
76
Żabbar A
163
Żabbar B
101
Żebbuġ - Malta
161
Żejtun
178
Żurrieq
197
Victoria - Gozo
92
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10608 u 10892 u jgħid kemm-il persuna iktar hemm bżonn li tiġi ingaġġata mal-Gvern bħala LSE fl-iskejjel tal-Gvern, maqsumin skont il-livell primarju u dak sekondarju, sabiex tkun intlaħqet id-domanda għal-LSEs?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jkun hemm sejħiet regolari għall-ingaġġ ta’ LSEs.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet jinvolvi lill-partijiet interessati fl-iffissar tad-direzzjoni strateġika tal-edukazzjoni u t-taħriġ relevanti u min kienu dawn il-partijiet interessati mis-snin 2016 sal-2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ewlieni tal-Ministeru hu li l-istudenti, l-għalliema u l-impjegati jkollhom l-aħjar forma ta’ edukazzjoni u l-aħjar forma ta’ taħriġ biex nilqgħu l-isfidi ta’ kuljum.
Biex dawn l-għanijiet jintlaħqu jsiru diversi laqgħat mar-rappreżentanti tas-settur edukattiv, isiru żjarat f’xi skejjel kemm tal-istat, kif ukoll privati u tal-knisja biex jiġu identifikati l-isfidi imma mhux biss, anke dak kollu li hu sors ta’ sodisfazzjon u riżultati pożittivi. Barra minn hekk, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet huwa involut f’diskussjonijiet kontinwi mal-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji, il-proposti, l-istrateġiji u t-taħriġ ippjanati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet biex jitnaqqas in-nuqqas fil-ħiliet tax-xogħol, jittejbu l-ħiliet u jiġu sodisfatti d-domandi tas-suq għal kull waħda, mis-snin 2016 sal-2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet ingħata funzjoni eżekuttiva minn Marzu 2023. Il-Pjan ta’ ħidma flimkien mal-istrateġija proposta bejn l-2023 u l-2025 qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jispjega u jelenka l-għodod diġitali u s-sorsi tad-data li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet jidentifika l-ħtiġijiet tal-ħiliet prijoritarji, id-direzzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet f’konformità max-xejriet globali emerġenti, u l-opportunitajiet u l-isfidi għat-tagħlim u x-xogħol f’Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti li l-Kunsill iżomm ruħu aġġornat dwar ir-riċerka li qed issir kemm dik lokali u anke dik ippubblikata fuq livell Ewropew u globali. Permezz ta’ integrazzjoni bejn aspetti kwalitattivi ma’ data kwantitattiva mir-riċerka u l-istatistika, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet jiżgura approċċ ħolistiku, ibbażat fuq l-evidenza. Il-korroborazzjoni tad-data u s-sejbiet minn sorsi kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi tippermetti lill-Kunsill jifformula strateġiji effettivi u komprensivi għall-iżvilupp tal-ħiliet. Dan l-approċċ komprensiv jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-Kunsill ikunu bbażati fuq fehim sod tal-pajsaġġ tal-ħiliet, li jaħseb għall-ħtiġijiet attwali u futuri tal-forza tax-xogħol u tal-ekonomija.
Jista’ l-Ministru jispjega u jelenka l-għodod diġitali u s-sorsi tad-data użati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet biex jipprepara panorama tal-ħiliet u l-proċeduri segwiti biex jissorveljaw ir-riċerka, il-benchmarking u r-rappurtar tal-prestazzjoni, u l-iżvilupp tal-intelliġenza?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill stabbilixxa relazzjonijiet tajba mal-entitajiet ewlenin ta’ riċerka fil-qasam u li dawn l-istess entitajiet jikkontribwixxu għall-panorama tal-ħiliet sabiex b’hekk il-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet għandu aċċess għal sorsi ta’ data li jiġu ppubblikati fuq livell Ewropew u internazzjonali.
Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet, bħalissa għandu tliet rapporti komprensivi u li dawn ir-rapporti jipprovdu għarfien storiku kritiku u jiffurmaw parti mir-repożitorju tad-data tiegħu. F'konformità mal-impenn tal-Kunsill għall-iżvilupp u r-rilevanza kontinwa, issa qed issir analisi dwar it-taħriġ provdut relatat mal-ekonomija l-ħadra u dik diġitali biex jiġu indirizzati lakuni eżistenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet jippromwovi l-mekkaniżmi meħtieġa għall-avvanz tal-ħiliet u jimminimizza d-differenza fil-ħiliet u x’inhuma dawn il-mekkaniżmi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm it-tagħlim tul il-ħajja u kif ukoll l-edukazzjoni vokazzjonali huma żewġ mekkaniżmi ċentrali għall-avvanz tal-ħiliet – permezz ta’ Tisħiħ u Tiġdid tal-Ħiliet (Upskilling u Reskilling). Fiż-żewġ oqsma msemmija l-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet jaħdem mill-qrib ma’ stakeholders relevanti u tiffoka fuq dawn il-binarji:
1. Il-ħiliet transversali, ewlenija fosthom il-ħila: learning to learn li trid tiġi mrawma fl-istudenti minn età żgħira.
2. Il-prattika tal- “career guidance” li trid tissaħħaħ dejjem aktar anke għall-adulti f’dinja tax-xogħol fejn il-bidla hija frekwenti, għalhekk wieħed irid gwida għal taħriġ biex ittejjeb il-ħiliet għall- “career paths” ġodda.
3. It-taħriġ relatat mat-transizzjoni ħadra u dik diġitali.
4. Il-validazzjoni tat-tagħlim mill-esperjenza minn tagħlim non-formali jew informali li mbagħad jista’ jkun supplimentat b’taħriġ formali.
5. Aktar promozzjoni għall-kunċett ta’ “microcredentials” hekk kif mitlub mill-industrija fejn flok kors twil, ikun iqsar aktar flessibbli u “stackable”.
Jista’ l-Ministru jispjega kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet joħloq il-kanali t-tajbin għal partijiet interessati differenti biex jikkollaboraw biex jirrispondu b'mod effettiv għat-talbiet tal-ħiliet preżenti u futuri?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet kellu aktar minn 120 laqgħa ma’ firxa wiesgħa ta’ stakeholders fis-settur edukattiv u mar-rappreżentanti tas-suq tax-xogħol u b’hekk inbnew relazzjonijiet pożittivi u kanali tajbin għall-partijiet interessati differenti biex ikun hemm kollaborazzjoni sħiħa, u jiġi evitat xogħol doppju. Fil-fatt, għall-konferenza Skillscape attendew 'il fuq minn 250 delegat, li bosta kienu għalliema, oħrajn mis-settur privat partikolarment dawk attivi fir-riżorsi umani u rappreżentanti mis-settur pubbliku. Il-marka SkillScape ser tibqa' tintuża f’dawn l-okkażjonijiet ta’ djalogu soċjali, li minnhom joħorġu rakkomandazzjonijiet.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Positions of Trust - Salarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja, (persons of trust jew positions of trust), fil-Ministeru, hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar u l-Qawra – Bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux mistenni li jkun hemm ħtieġa ta' bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji ta' San Pawl il-Baħar u tal-Qawra rispettivament? Jekk iva, x'xogħol hu mistenni li jkun meħtieġ u meta hu mistenni li dan l-istess xogħol ikun jista' jinbeda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru biddilx il-pjanijiet tiegħu għal dak li jikkonċerna l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa? Jekk iva, jista’ jgħid fiex ser ikunu qed jikkonsistu dawn il-bidliet fil-pjanijiet għal din l-estensjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li ma humiex tal-Istat li huma liċenzjati biex fihom isir it-tagħlim, liema huma u fejn jinsabu? Minbarra l-iskejjel li jagħtu tagħlim fil-livell primarju u sekondarju, jista' jgħid kemm hawn skejjel tal-lingwi li huma mogħitja liċenzja biex jagħtu dan it-tagħlim? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn istituzzjonijiet li qed jagħtu edukazzjoni fil-livell post sekondarju u terzjarju u kemm minn dawn huma Maltin u kemm ma humiex Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet għal kull sena għall-perjodu 2016-2023 għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin:
• Rappreżentant mill-Università ta’ Malta;
• Rappreżentant mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija;
• Rappreżentant tal-Jobsplus;
• Rappreżentant mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi;
• Rappreżentant mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta;
• Rappreżentant mill-Malta Enterprise;
• Rappreżentant tas-soċjetà ċivili;
• Rappreżentant minn fost speċjalisti tat-tagħlim tul il-ħajja;
• Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni;
• Erba’ persuni oħra li għandhom kwalitajiet ta’ tmexxija, u li jifhmu l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol fil-kuntest ta’ soċjetà miftuħa, demokratika, ġusta, prospera u inklussiva?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet – Rappreżentanti tas-suq tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet jinvolvi rappreżentanti tas-suq tax-xogħol, fl-ippjanar tal-preparazzjoni tas-suq tax-xogħol u liema rappreżentanti inkluda f'dan il-proċess mis-snin 2016 sal-2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980 u 13203 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.