Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5784 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Dekasteri - Bord tal-Għażla

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5555, tista’ l-Ministru tgħid għal kull Bord tal-Għażla maħtur, min kienu ċ-Chairpersons u l-membri u għal liema post/pożizzjonijiet vakanti kien maħtur kull Bord minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid fuq liema kriterji jinħatru l-membri f'kull Bord?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nikkonferma r-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari 5555, li ċ-chairperson ikun uffiċjal pubbliku waqt li ż-żewġ membri l-oħra jkunu uffiċjali pubbliċi rtirati li l-lista tagħhom tiġi approvata mill-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 13 PQ #2373 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – promotional material — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5757 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur Għawdex – Triq il-Ħanaq – Xogħlijiet ta’ tarmak

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jitlesta x-xogħol ta' tarmak fi Triq il-Ħanaq fin-Nadur, Għawdex qabel is-sajf 2018 peress li din it-triq għadha b'kisja waħda ta' tarmak fejn diġà ġratilha ħsara kbira peress li ma tkompliex ix-xogħol? Jekk mhux se ssir qabel is-sajf 2018 tista' tgħid meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5763 Sitting 116 2018-05-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Studju dwar low-income households f’Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir jew hemmx il-ħsieb li jsir, studju speċifiku dwar low-income households f'Għawdex, biex jiġi stabbilit jekk hemmx problema, x’inhi din il-problema u kif tista' tiġi indirizzata din il-problema fil-gżira ta' Għawdex? Jekk mhux qed isir tali studju, il-Ministru tikkunsidra li jsir studju ta' dan it-tip, speċifikament għall-persuni li jgħixu f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jikkollabora ma’ Prof. Saviour Formosa mill-Universita’ ta’ Malta, dwar studju dwar il-bixriet soċjali t’Għawdex.
Leg 13 PQ #5603 Sitting 115 2018-05-22 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Data Protection Officers

Question

Tista' l-Ministru tagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex inkluż dawk l-uffiċjali f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru għal Għawdex huwa ta’ 7. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Leg 13 PQ #5744 Sitting 115 2018-05-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Ministeru tagħha jew mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid f’liema grad ġew impjegati u f'kull każ saritx sejħa pubblika għal dawn il-postijiet? Tista' tgħid f'kull każ x'kienu r-rekwiżiti u l-kwalifiċi mitluba għal dawn il-pożizzjonijiet? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni impjegati għadhom fl-istess pożizzjoni sal-lum u jekk ma għadhomx fil-pożizzjoni li fiha ġew impjegati, wara kemm żmien ġew trasferiti għal xogħol ieħor u f’liema grad qegħdin illum?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5754 Sitting 115 2018-05-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Bini ta’ pixxina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-bini tal-pixxina ġewwa r-Rabat Għawdex hux se jinbeda matul is-sena 2018 li issa waslet kważi f'nofsha? Jekk iva, f’liema xahar tas-sena hu ppjanat li jibda x-xogħol u meta hu mistenni li din il-pixxina tibda tintuża?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistqosija Parlamentari 5491.
Leg 13 PQ #2358 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – radio advertising — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5688 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal

Question

Tista’ l-Ministru taġġorna lill-Kamra fuq l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal li l-Gvern Laburista ħareġ espressjoni ta’ interess għalih eżatt wara li tela’ fil-Gvern f’Marzu 2013 u dan peress li issa għaddew ħames snin minn dakinhar u ma ssemma xejn iżjed dwaru? Tista’ tgħid jekk dan il-proġett hux ser isir u jekk l-espressjoni ta’ interess li kienet iħarġet għadhiex għaddejja jew jekk ġietx imwaqqfa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qed isegwi l-proċess li permezz tiegħu iridu jiġu solvuti kwistjonijiet bejn il-proponent u terzi.
Leg 13 PQ #5689 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq iż-Żewwieqa – asfaltar tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk Triq iż-Żewwieqa f’Għajnsielem/Qala Għawdex u ċjoè t-triq li twassal minn Għajnsielem sal-Qala hux ser tiġi asfaltata kollha kemm hi jew inkella parti żgħira biss minnha? Jekk ser tiġi asfaltata parti biss minnha, x’inhi r-raġuni li mhijiex ser tiġi asfaltata kollha u meta hi ppjanata li tingħata kollha kemm hi bit-tarmac?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħala parti minn proġett ta’ Għawdex lil Kunsill Lokali, l-Ministeru għal Għawdex ta s-somma ta’ €79,930.31 lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem sabiex jagħmel xogħlijiet f’din it-triq. Is-servizzi ġew mgħoddija, it-triq inqalgħet u ingħataw livelli aġġornati u din il-ġimgħa mistenni li x-xogħol jiġi konkluż. Dan ix-xogħol qed jiġi superviżjonat mill-Ministeru bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill.
Leg 13 PQ #5690 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq l-Ewropa – parking bays

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta huma ppjanati li jsiru l-marki taż-żebgħa (parking bays) ġewwa Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex eżattament quddiem l-area tal-Gozo Sports Complex u l-kumplament tat-triq biex il-karozzi jkunu jistgħu jiġu pparkjati kif suppost u dan peress li dawn ir-road markings ma għadhomx jidhru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-ġimgħa l-oħra refreshments tas-sinjali, li kien hemm il-permess għalihom maħrug mit-Transport Malta. Ninforma wkoll li r-road markings section tal-Ministeru għal Għawdex qed twettaq programm ta’ road markings madwar Għawdex kollu.
Leg 13 PQ #5697 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Skema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi r-rapport tal-għażla tal-iskema Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme? Tista' tgħid min kienu l-membri tal-Bord tal-Għażla? Tista' tagħti l-lista tas-sitta u tletin (36) sottomissjoni li kien hemm u tindika minn dawn is-sottomissjonijiet kollha liema ma ġewx magħżula?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema ġiet maħduma bħal dik tas-sena l-oħra li ngħatat tifħir mill-Kummissjarju għas-Settur tal-Volontarjat għal mod kif ġiet awarded. Ir-riżultat u l-informazzjoni li qed tintagħlab qeda fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex u tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.
Leg 13 PQ #5698 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kontijiet pendenti għal xogħlijiet fit-toroq f’Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru tagħha jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtha, hemmx kontijiet pendenti għal xogħlijiet ta’ toroq li saru f’Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Jekk iva, tista’ tagħti dettalji ta' liema toroq huma dawn il-kontijiet pendenti, kemm hu l-ammont u għaliex il-kont għadu ma tħallasx?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-files in kwestjoni huma materja ta’ investigazzjoni mill-pulizija ma jistgħux jingħataw iktar dettalji f’dan l-istadju.
Leg 13 PQ #5717 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – bini tar-raba’ vapur

Question

B’referenza għad-diskors tal-Ministru għal Għawdex fil-Parlament ta’ Malta nhar it-Tnejn 14 ta’ Mejju 2018 dwar il-Gozo Channel, fejn qalet li hija taqbel li jinbena r-raba’ vapur u tenniet li għandha pjan fit-tul anki fir-rigward tat-tliet vapuri li għandha l-Gozo Channel, għaldaqstant tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan il-pjan fit-tul?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif jgħaddi l-proċess tal-PSO u l-Gozo Channel tirbaħ dan it-tender, ikunu jistgħu jingħataw id-dettalji kollha. Kull dettall li jiġi mogħti f’dan l-istadju ikun qed jagtħi żvantaġġ lill-Gozo Channel u vantaġġ lill-bidders potenzjali għat-tender tal-PSO. Il-Gozo Channel għadha trid titfa’ l-offerta tagħha.
Leg 13 PQ #5681 Sitting 113 2018-05-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts for service

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795 u 2788 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5682 Sitting 113 2018-05-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – quotes maħruġa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3175 u 4353 u tgħid kemm-il quote nħarġet mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid kemm kien il-valur ta' kull quote li nħarġet? Tista' tgħid liema dipartiment jew entità tat kull waħda mill-quotes preċedentament imsemmija? Tista' tgħid x'kien ix-xogħol jew servizz rikjest minn kull quote u li ngħatat? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm quotes li tħallsu bis-siegħa u f'tali każ tgħid liema kienu u tinkludi wkoll kemm-il siegħa ta' xogħol kien hemm involuti? Tista’ tgħid ukoll min kienet il-persuna u x'kariga tokkupa, li ċċertifikat ix-xogħol, u kemm hemm kontijiet pendenti fuq quotes?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ppublikata fuq is-sit eletronniku tal-Ministeru għal Għawdex kif wkoll fuq il-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern għal kwotazzjonijiet jew għal sejħiet dipartimentali għal offerti. Nikkonferma wkoll li skond Regolament 111 (2) tal-avviz legali 352 tal-2016, kif emendat bl-Avviż Legali 155 tal-2017, 233 tal-2017 u 26 tal-2018, l-awtoritajiet kontraenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kull sitt xhur jippubblikaw fil-Gazzetta lista sħiħa tal-kuntratti dipartimentali kollha li jkunu ngħataw minnu u lista tal-każijiet kollha li jinvolvu varjazzjonijiet li jeċċedu l-valuri tal-kuntratt oriġinali b’iżjed minn ħamsa fil-mija. Dawn iż-żewġ listi jinkludu l-isem tal-operatur ekonomiku, in-natura tal-kuntratti, il-valuri oriġinali tal-kuntratti u l-valuri finali tal-kuntratti jekk ikun il-każ.
Leg 13 PQ #5684 Sitting 113 2018-05-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Bajja tar-Ramla – Triq Ta’ Għajn Ħosna — tiswijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk Triq Ta’ Għajn Ħosna, it-triq li mix-Xagħra twassal għall-Bajja tar-Ramla l-Ħamra hux se ssir kollha f’dawn il-ġranet jew inkella hux se ssir parti minnha biss? Tista’ tgħid ukoll jekk din it-triq hux se tiġi asfaltata kollha u tkun lesta sal-bidu ta’ dan is-sajf?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ta’ Għawdex ta is-somma ta’ €150,015.05, bħala parti minn Proġett ta’ Għawdex lil Kunsill Lokali tax-Xagħra sabiex issir din it-triq u x-xogħol skedat huwa mistenni li jitlesta f’dawn il-ġranet.
Leg 13 PQ #5365 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — mobile phones imħallsa mill-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 4898 u tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-leġiżlatura XII kien hemm 13-il persuna fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li kellhom mobile telephone mħallas mill-Gvern, filwaqt li fil-leġiżlatura XIII hemm 4 persuni. In-nefqa globali minn April 2013 s’issa hija ta’ €73,058.26. Il-Ministru preżenti għadha ma preżentat l-ebda kont biex jitħallas lura l-ammont imħallas minnha.
Leg 13 PQ #5635 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – appointments ġodda lill-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum f'kull Dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex kemm ingħataw appointments ġodda lill-ħaddiema? X'kienu l-gradi li għalihom ingħataw dawn l-appointments? F'liema gradi kienu l-ħaddiema qabel ingħataw dawn l-appointments? Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5643 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u Entitajiet – każijiet ta’ dixxiplina

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull Dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina dwar impjegati minn Marzu 2013 sal-lum? X'kien l-eżitu ta' kull każ? F'kull każ x'kien il-grad tal-impjegat involut?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.