Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ġew appuntati l-membri tal-Grievances Board li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu u kemm huwa twil it-terminu ta’ żmien tal-mandat li għalih ġew appuntati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Grievance Board kurrenti ġew appuntati fl-1 ta’ Jannar 2019 u t-terminu ta’ żmien huwa ta’ sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’jiġri f’każ li quddiem il-Grievances Board li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, jirriżulta li membru tal-bord għandu kunflitt ta’ interess għax kien involut fit-teħid tad-deċiżjoni li qiegħda tiġi sindikata mill-istess bord? X’rimedju hemm f’każ bħal dan għal min jagħmel l-ilment quddiem il-bord?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’każ bħal dak li qed jirreferi għalih huwa, jissejjaħ il-membru sostitut.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8551 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-perjodu minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma jeżisti ebda kuntratt li qed isemmi huwa fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk, minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġiex appuntat minnu fuq bord ta’ entità pubblika u f’dak il-każ jgħid f’liema bord/bordijiet, x’inhi l-kariga fil-bord, minn meta saret il-ħatra u kemm hija r-remunerazzjoni pagabbli lill-imsemmi individwu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara Marzu 2013, il-persuna li qed issir riferenza għaliha kien innominat mill-Prim Ministru fis-26 ta’ Marzu 2014 u sussegwentament fil-31 ta’ Jannar 2018 biex iservi fuq il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Ma hemm ebda remunerazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Budget għas-sena 2019 u li hu flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Ministru tal-Finanzi ndirizzaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar it-Tnejn 22 ta' Ottubru 2018? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija konferenza tal-aħbarijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża kienet ta’ €13,037.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Budget għas-sena 2019 inkluż nefqa għall-reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija:
Social Media: €33,181
Gazzetti: €4,170
Radju: €2,838
Televizjoni: €15,250
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni — attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid jekk kinitx mistidna, u jekk iva, jekk attenditx u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress li l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
B'referenza għall-aħħar eżami għall-post ta' Senior Principal jista' l-Prim Ministru jgħid kemm:
a. kien in-numru ta'
Senior Principals
li għaddew minn dan l-eżami u li ġew impjegati sa Marzu 2018; u
b. kemm ġew impjegati wara din id-data? Jista' jgħid jekk kienx hemm dipartimenti li għamlu talba biex jimlew postijiet li għandhom f'dan il-grad u dawn il-postijiet għadhom ma mtlewx? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid liema huma dawk id-dipartiment li għamlu din it-talba?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li mill-aħħar eżami għall-post ta’ Senior Principal għaddew 126.
Ninforma l-Onor. Interpellant li tweġiba għat-tieni parti tal-ewwel mistoqsija (a) tiegħu ingħatat f’Mistoqsija Parlamentari Nru. 7808.
Ma ġewx impjegati aktar uffiċjali fil-grad ta’ Prinċipal Anzjan minn Marzu 2018.
Il-vakanzi fis-Servizz Pubbliku jimtlew skont il-vakanzi li jkun hemm.
Miżuri għall-konformità ma’ Regolament UE 2016/1191 tal-Parlament Ewropew
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex Malta tiġi konformi ma' Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-UE u li jibda japplika fl-intier tiegħu fis-16 ta' Frar 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kummissjoni Elettorali – ġurament għal votazzjoni kmieni — persuni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hux se taħtar persuni barra minn Malta li quddiemhom jista' jittieħed ġurament skont l-Art. 77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) biex elettur jivvota kmieni fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali f'Mejju li ġej bħalma kien ġara fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita Kostituzzjonali indipendenti u ma taqax taht il-gurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta’ xi Ministeru iehor.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – attendenza għal festini/riċevimenti/ikliet/parties
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx mistieden, u jekk iva, jekk attendiex u f'liema data, għal festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. f’kwalsiasi residenza privata jew proprjetà privata, inkluż fil-limiti tas-Siġġiewi u/jew Ħaż-Żebbuġ iżda mhux biss, ta’ xi membru tal-Ġudikatura matul ix-xahar ta’ Diċembru 2018? Jista’ jgħid jekk dan japplikax ukoll għal kwalsiasi Kap ta’ Dipartiment jew Chief Executive jew Chairman ta’ kull entità li taqa’ taħtu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-kontenut ta’ din l-interpellanza jmur kontra r-regoli stabbiliti dwar l-interpellanzi mill-Ordni Permanenti 27 peress illi l-interpellanza fiha imputazzjoni (u ċjoè li s-sottoskritt jew persuni li jmexxu dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu ġew ospitati privatament minn ‘xi membru tal-ġudikatura’) u wkoll peress li tirrelata għall-kondotta ta’ persuna mhux fil-kariga uffiċjali jew pubblika tagħha.
Inżid li minn naħa tiegħi bħala Prim Ministru m'attendejt għall-ebda festini/riċevimenti/ikliet/parties eċċ. li jirreferi ghalihom l-Onor Interpellant.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li hemm fil-grad ta’ labourer li huma maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) u f’liema Ministeru jaħdmu u kemm hu l-ammont tagħhom? Jista' jgħid kemm ilhom jaħdmu maċ-Ċivil kull wieħed u waħda minnhom? Jista' jgħid x’korsijiet intbagħtu jagħmlu u x’korsijiet hemm ippjanat li jsirilhom matul is-sena 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
In-numru ta’ ħaddiema li hemm fil-grad ta’ labourer li huma maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) huwa ta’ 205. Dawn il-ħaddiema jaħdmu mal-Uffiċċju tal-President (1), l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (1), il-Ministeru għas-Saħħa (4), il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (9), il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-ilma (2), il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali (2), il-Ministeru għall-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali (83), il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima (28), il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali (6) u l-Ministeru ta’ Għawdex (69).
175 ilhom maċ-Ċivil (Servizz Pubbliku) għal 10 snin jew inqas, 27 ilhom bejn 11 u 20 sena u 3 ilhom iktar minn 20 sena.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija tieghu, ninsab informat li l-IPS, għall-ewwel darba kemm ilu jeżisti dan id-Dipartiment tat-Taħriġ fil-Gvern, bdew isiru korsijiet għall-ħaddiema fi gradi bħal labourers.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Assistenti Parlamentari
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellux Assistenti Parlamentari fil-leġiżlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013? Jista’ jgħid x'kienu l-kundizzjonijiet marbuta ma’ tali rwol, kemm dawk finanzjarji kif ukoll perkaċċi oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li fil-leġizlatura ta' bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 fl-Ufficju tal-Prim Ministru kien hemm Assistent Parlamentari, li kien Dr Franco Debono.
Ghall-kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-papers laid numru 7378 tal-11-il Leġizlatura li ngħatat mill-Ispijker fl-10 ta’ Ġunju 2011.
Fit-tweġiba, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hemm indikat li l-Assistenti Parlamentari bejn l-2008 u l-2013 kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 tas-Servizz Pubbliku (ekwivalenti għal €29,577.60ċ, skont il-grad tal-lum), flimkien ma’ servizzi ta’ linja fissa tat-telefown u mowbajl.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid dettaljatament kemm kienu l-ispejjeż fuq interior decoration f’Kastilja mill-2013 ‘l hawn, lil min tħallsu, jekk kienx hemm tender jew le u d-data rispettiva?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx u jekk hemm, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti li hemm fil-Berġa ta’ Kastilja? Jista’ jgħid liema minnhom huma proprjetà tal-privat (fejn hu l-każ) u liema le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jaghmel l-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5450 u 2300 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt :
2013
2014
2015
2016
2017
2018
MCA
/
/
€ 922.88
€ 14,295
€ 10,630.10
/
MITA
€ 5,643.76
€ 737.50
€ 43,084.39
€ 9,486.66
€ 70,489.76
€9.375.00
MFSA
€ 11,516.80
€ 11,103.80
€ 14,714.60
€9.440.00
/
€ 5,000.00
MCST
€ 100
€ 17,110.06
€ 9,080.04
€ 25,800
€ 22,800
€ 28,471.56
ID MALTA
/
/
€ 10,550.00
€ 8,500.00
/
€ 19,261.68
One Stop
/
/
€ 21,352
€ 12,193
/
/