Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14550, 14901, 15494, 16644, 17300 u 17716 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493, 16643, 17301 u 17717 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ċemplu fuq id-Dementia Helpline 1771 sa mit-twaqqif tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġiet stabbilita l-helpline tad-dimensja ċemplu 6,107 persuni. Il-maġġoranza tat-telefonati jistaqsu dwar sintomi tal-kundizzjoni u informazzjoni dwar servizzi relatati mad-dimensja.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17746 dwar kemm persuni ddaħħlu l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba abbuż tal-kannabis sintetika fejn ġejt imwieġeb li “l-istatistika mitluba mhix disponibbli fid-dipartiment tal-emerġenza”, jista’ l-Ministru jgħid kif kemm fil-Parlament u kemm barra mill-Parlament, wasal biex jistqarr li diversi persuni qegħdin jabbużaw minn kannabis sintetika?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport “National Report on the Drug Situation and Responses in Malta 2023” ippubblikat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal hu sors importanti f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li l-parkeġġ taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi jsir store u dan allura b'detriment għal min jagħmel użu mill-parkeġġ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-post li qed ssir referenza għalih għall-parkeġġ hu l-basement taċ-Ċentru tas-Saħħa. Bħala parti mill-programm ta’ modernizzazzjoni kien jeħtieġ l-introduzzjoni ta’ sistemi sensittivi u kritiċi għall-effiċjenza taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi. Dawn is-is-sistemi qed jgħaddu mill-basement taċ-Ċentru.
Ġie rakkomandat li n-numru ta’ vetturi pparkjati f'ħin wieħed ikun limitat, kif ukoll jitħalla spazju għall-vetturi li jakkumpanjaw persuni b’mobbiltà limitata li jridu jagħmlu użu mill-lift.
Sptar Mater Dei — Proċeduri u appuntamenti bi ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15303 u ċjoè jgħid kemm mill-proċeduri/appuntamenti li saru l-Isptar Mater Dei fl-2022 u fl-2023 kienu jammontaw fi flus u kemm minnhom tħallsu?
Abbuż tal-kannabis sintetika — Persuni li ddaħħlu l-emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17340 u jgħid kemm persuni ddaħħlu l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba abbuż tal-kannabis sintetika minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi din l-istatistika mitluba mhix disponibbli fid-dipartiment tal-emerġenza.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li tiġi segwita biex persuna jew familja teżerċita d-dritt li tagħmel awtopsja privata fuq il-mejtin tagħha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-unika ċirkostanzi fejn isiru awtopsji privati huma kif elenkati fl-SOP interna CPAMORMP-S013, jiġifieri meta ikun hemm mewt f’żona newtrali bħal fuq il-baħar, jew jekk awtorità jew individwu ma jaqbilx ma riżultat ta’ awtopsja li tkun diġa saret. F’dawn iċ-ċirkostanzi issir talba uffiċjali u jintalab ħlas għas-servizz provdut mill-isptar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sptarijiet u kliniċi privati humiex b’xi mod projbiti milli jagħtu servizz ta' awtopsja privata ta' persuni li jkunu ġew nieqsa fi sptar pubbliku?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li awtopsji jistgħu isiru biss f’postijiet attrezzati għal dan is servizz skond gwidi internazzjonali. Malta nużaw il-Health Building Note 16-01: Facilities for mortuaries, including body stores and post-mortem services.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru awtopsji privati fl-isptarijiet pubbliċi f'Malta f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom saru fuq Maltin u kemm minnhom fuq barranin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’dan l-aħħar ħames snin saru 3 awtopsji privati fuq barranin li mietu fuq dgħajsa barra l-ibħra territorjali.
Jista’ l-Ministru jgħid x'jiġri f’każ fejn l-isptarijiet pubbliċi jkollhom kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-mewt ta’ persuna li tagħha tkun rikjesta li ssir awtopsja, partikolarment meta l-familja tal-persuna mejta ma tkunx trid lill-isptar pubbliku jagħmel l-awtopsja?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li wieħed għandu jagħmel riferenza għal kwistjoni ta’ konflitt ta’ interess għal kull bonfini, sabiex wieħed ikun iktar preċiż kif iwieġeb.
Irrid nippuntwalizza illi hemm għażla ta’ speċjalisti fl-isptarijiet pubbliċi li jistgħu jagħmlu awtopsja li kollha huma esperti integri u rispettati kemm lokalment u anki internazzjonalment. L-awtopsji dejjem isiru b’awtonomija assoluta tal-eżerċizzju tal-professjoni u mingħajr interferenzi esterni fuq l-esperti tagħna.
B’referenza għall-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u b’referenza għal mistoqsijiet parlamentari magħmula preċedentement, jista’ l-Ministru jispjega jekk wara d-deċiżjoni tal-Qorti, il-familja għandhiex jedd titlob awtopsja u jekk l-isptar pubbliku jistax jinsisti li jirrilaxxa l-katavru bil-kundizzjoni li jindifen mingħajr awtopsja?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in vista ta’ dan il-każ partikolari, il-prudenza timponi fuqi li ma nagħmel l-ebda kumment stante li riċentement, apparti is-sentenzi enunzjati mill-qrati tagħna hemm att ġudizjarju pendent.
Sptar akut għas-saħħa mentali ġdid — Nefqa fi studji u applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17453 u 17656 u jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fi studji u applikazzjonijiet għal sptar ġdid li kellu jinbena għal kura tas-saħħa mentali fejn l-Isptar Mater Dei, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17663, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kmamar ta' trattament fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew bereġ fejn jingħataw trattamenti/konsulenzi għal nies b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, humiex ta' daqs ideali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-kmamar li jintużaw għall-Kliniċi tas-Saħħa Mentali huma ta’ daqs addatat għall-interventi li jingħataw mill-professjonisti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw psikjatri minn mal-Gvern, sena b’sena, mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqija parlamentari 17803.
TCNs — Istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11897, peress illi fit-tweġiba ma ssemmix kemm jiswew il-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, jista’ l-Ministru jgħid:
i. kemm jiswew dawn il-korsijiet?
ii. jekk l-istudenti (immigrant) jingħatawx l-opportunità li jħallsu by installments,
iii. jekk iva, kif?; u
iv. jekk hijiex ġustizzja soċjali li persuni,li jiġu Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li biex waslu Malta kellhom iħallsu eluf t’ewro, ikollhom iħallsu dawn l-eluf t’ewro għal kors, meta pajjiżna għandu nuqqas kbir ta’ infermiera fis-servizzi tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkunsidrax li jneħħi l-miżata jew jagħti xi tip ta’ scholarships, anke parzjalment imħallsa mill-Unjoni Ewropea (UE), biex persuni li ġew Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jixtiequ jattendu l-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, ma jkollhomx għalfejn iħallsu dawn il-miżati esaġerati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.