Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11370 u jgħid kemm-il applikazzjoni għal grants ta' refund fuq solar water heaters ġiet proċessata s'issa, taħt l-iskema l-ġdida? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il grant ġiet effettivament maħruġa lill-applikanti?
Unjoni Ewropea — Cohesion Funds - Modernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fondi approvati mill-Unjoni Ewropea mill-Cohesion Funds għall-Immodernizar tal-Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn, għaddewx għand l-awtoritajiet/entijiet rispettivi? Jekk fl-affermattiv, meta? Lil liema awtorità/enti? Kemm flus?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati bit-teleworking
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' impjegati bit-teleworking f'kull dipartiment u uffiċċju separatament, li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'faċilitajiet ingħataw lill-ħaddiema biex ikunu jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol minn ġo djarhom u jgħid ukoll x'software jew sistema qed titħaddem minn dawn il-ħaddiema biex isir dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lin-numru ta’ impjegati bit-teleworking fi ħdan il-Ministeru huwa 21. Il-faċilitajiet li ngħataw lil dawn il-ħaddiema huwa skont kif ġej:
Park Nazzjonali — latrini, ħwienet u faċilitajiet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’faċilitajiet għall-pubbliku hemm ippjanat li jinbnew bħalma huma latrini, ħwienet u faċilitajiet oħra fil-Park Nazzjonali u fl-inħawi tiegħu? Jista’ jgħid ukoll x’faċilitajiet għat-tfal hu maħsub li jinbnew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-tielet fażi tal-proġett tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali hu l-iżvilupp ta’ Adventure Park fl-ex-runway biswit il-Picnic Area. L-Adventure Park jikkonsisti prinċipalment f’faċilitajiet ta’ logħob kemm għat-tfal żgħar, addoloxxenti u anke għall-adulti. L-Amenity building fiċ-ċentru tal-park se jkun jikkonsisti f’kafeteria, terrazzin minn fejn wieħed ikun jista jgawdi l-ambjent tal-madwar, kif ukoll faċilitajiet ta’ latrini pubbliċi.
Pitkalija — riformi ta' kif il-bdiewa jdaħħlu l-prodotti tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir ir-riforma li ilha tissemma dwar kif il-bidwi għandu jdaħħal il-prodotti tiegħu fil-Pitkalija u dwar il-qligħ ġust tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kemm sar bejgħ ta’ ħaxix u frott separatament u globalment s’issa din is-sena mill-Pitkalija? Kif jikkompara mal-istess żmien tas-sena li għaddiet?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lin-numru ta’ barranin jaħdmu hu seba (7). Ħamsa, li jaħdmu l-Biċċerija, huma Taljani u għandhom salarju ekwivalenti għal Grad 5 mal-Gvern. Konsulenta Ġermaniza taħdem mal-Malta Centre for Fisheries Sciences, b’salarju ta’ €22,800 fis-sena ffinanzjati mill-UE. Konsulent Kanadiż li hu mpjegat mill-WasteServ b’salarju ta’ €14,398 fis-sena.
Marsa — Biċċerija - sistema mħaddma skont kif titlob l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11907 u jikkonferma kategorikament li s-sistema dwar traceability fil-biċċerija tal-Marsa qed taħdem kif suppost ‘from farm to fork’ kif titlob l-Unjoni Ewropea? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti dwar dan is-suggett u jinvestiga r-rapporti li wasluli li din is-sistema mhix qed taħdem jew titħaddem kif mixtieq?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lis-sistema ta’ traċċabilità ġiet introdotta din is-sena u waslet fl-aħħar fażi ta’ prova u fil-fatt qiegħda tiġi wżata f’dawn il-jiem biex jiġi aċċertat li s-sistema qed taħdem tajjeb. Wieħed irid japprezza li din hi sistema komplessa ħafna li tagħmel użu minn diversi data bases biex tirċievi informazzjoni u wara l-qatla terġa’ taġġorna l-informazzjoni miżmuma ġo l-istess databases.
Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet hemm pendenti għall-bdiewa Maltin u Għawdxin f’għoti ta’ sussidji għat-tadam? Kemm ilhom pendenti dawn il-ħlasijiet? X’inhu l-ammont pendenti? Kemm hemm bdiewa jistennew dawn il-ħlasijiet u meta se jsir il-ħlas dovut?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jingħata xi kumpens għall-ħsara li sofrew il-bdiewa li tħassrulhom l-uċuħ tar-raba' minħabba kontaminazzjoni tal-ilma bid-drenaġġ fl-għelieqi ħdejn l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fl-Għadira tal-Mellieħa? Jekk iva, kemm se jingħataw kumpens? X’xogħlijiet qed isiru biex titneħħa l-kontaminazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11499, 9659, 9485 u 8997 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja?
Jista' jgħid ukoll kemm se jdumu d-direttivi mogħtija lill-periti u x'inhi r-raġuni għal tali direttivi?
applikazzjonijiet għas-sussidji fuq is-solar water heaters
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11889 u jgħid kemm għad hemm applikazzjonijiet għas-sussidji fuq is-solar water heaters minn individwi li għadhom pendenti biex jiġu proċessati minkejja li diġà ġew approvati? Jista' jagħti l-għadd xahar b’xahar ta' dawn il-pendenzi minn kemm ilhom li ġew sottomessi? Jista' jgħid għaliex qed ikun hemm daqstant dewmien fl-ipproċessar mill-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta u meta mistennija jinħarġu dawn is-sussidji? Jikkonferma li l-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta ġieli qalet lil xi applikanti biex jieħdu ftit paċenzja u jistennew ftit ieħor?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li hemm madwar 1850 applikazzjoni li għadhom pendenti minkejja li diġà ġew approvati. Jista’ jkun hemm xi dewmien minħabba l-proċess ta’ verifika. Peress lid-data ta’ sottomissjoni ma tinżammx, l-informazzjoni ma tistax tingħata xahar b’xahar. Is-sussidji bħalissa qed jiġu proċessati u jinħarġu hekk kif jitlesta l-proċess. L-impjegati kollha tal-Customer Care tal Awtorità dwar ir-Riżorsi huma ttrenjati biex ikun jistgħu jagħtu tweġiba lill-pubbliku dwar xi talba għall-infomazzjoni. Jista jagħti l-każ lit-tweġiba li qed issemmi l-Onorevoli Membru tkun ingħatat għax l-applikazzjoni tkun se tiġi pproċessata fi żmien qasir jew li l-pagament ġie approvat u kien sejjer jinbagħat lill-applikant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rziezet f'Malta u Għawdex li huma fit-titolu tal-Gvern Malti fil-preżent? Jista' jgħid kemm minn dawn l-irziezet huma attivi rispetivament f'Malta u Għawdex separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija, ma tinżammx peress li tiddependi minn informazzjoni mitluba fl-ewwel mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex talbiet ripetuti ta' certi ġurnali lokali baqgħu injorati biex il-Gvern jippublika it-tonnage ta' live tuna fit-tuna pens Maltin? Nispera li ma tinġiebx l-iskuża li dan it-tagħrif huwa ta’ natura kummercjali. Jista' l-Ministru jgħid kif wasal għall-konklużjoni li dehret fil-media lokali li dak li qed jiġri fil-Kalanka huwa f’parametri normali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li informazzjoni dwar kwantitajiet ta’ tonn fil-gaġġeġ ta’ kull farm għandha valur kummerċjali u għalhekk ma tistax tiġi ppublikata. Però it-total globali ta’ tonn fil-gaġġeġ huwa 4,610,937kg, li minnhom 754,758.79 kg huma ħut tas-snin ta’ qabel.
Dwar il-Kalanka, jien infurmat li skont l-aħħar test li sar il-parametri fisjo-kimici li normalment isir it-test għalihom huma kollha normali.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-ebda frott/ħaxix importat ma jsib ruħu għand il-mara tad-dar bħala prodott imkabbar lokalment?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — financial instruments
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 11743 mogħtija mill-Prim Ministru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10823 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna fl-oqsma tal-biedja u sajd għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2004 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intnefqu flus kull sena fl-istess perjodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu fondi Ewropej?
Jista' l-Ministru jikkonferma li xi sentejn ilu ġie ppreżentat bi studju dwar electric transport u land transport in ġenerali? Jekk iva, jista' jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11941 u jgħid x'inhuma l-qisien u l-piż tas-slabs tal-lava li qegħdin jintużaw għall-pavimentar ta' Triq it-Teatru l-Belt Valletta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-qisien tas-slabs tal-lava huma 460mm wisa’, minn 500mm sa 600mm tul u 150mm fond. Bħala medja, kull slab tiżen madwar 106 Kg.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11927 u 11774 u jgħid x'inhuma l-kriterji biex wieħed ikun intitolat għall-għajuna ta' ikel mill-Unjoni Ewropea mill-paroċċi? Jista' jgħid liema huma l-paroċċi li qed iqassmu dan l-ikel? Hemm xi għaqdiet volontarji li qed iqassmu dan l-ikel? X'kienu l-kriterji tas-sena l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-benefiċjarji ta’ l-iskema huma dawk il-persuni li jaqgħu taħt waħda jew aktar minn dawn il-kriterji, skont kif ej:
· Persuni li ma jistgħux imantnu lilhom infushom u/jew jaqgħu taħt il-livell ta’ għixien bażiku
· Persuni li joqgħodu f’istituzzjonijiet mhux ta’ l-istat bħalma huma orfanatrofji, sheltered homes, eċċ.
· Persuni li jirċievu assistenza mhux kontributorja mid-Dipartiment tal-Politika Soċjali u jinkludu nuqqas ta’ xogħol, diżabilità u benefiċċji mediċi.
Il-benefiċjarji jridu jippreżentaw ċertifikat maħruġ mid-Dipartiment tal-Politika Soċjali lil dawk l-organizzazzjonijiet tal-karità, li jindika li l-persuna hija eliġibbli għall-għajnuna. Benefiċjarji jistgħu japplikaw f’dawk il-parroċċi u organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed jipparteċipaw fl-iskema, kif ukoll permezz tal-YMCA (Malta) u Caritas (Għawdex).
Kopja ta’ dawn il-kriterji tinsab ukoll fuq il-website tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (http://www.agric.gov.mt/paying-agency).
Hemm 29 parroċċa li qed jipparteċipaw fit-tqassim kif ukoll 68 organizzazzjoni li qed jipparteċipaw/jibbenefikaw milll-iskema. Il-YMCA f’Malta u l-Caritas f’Għawdex jieħdu ħsieb it-tqassim tal-prodotti tal-ikel lill-parroċċi u/jew organizzazzjonijiet. L-ismijiet tal-Parroċċi u l-Organizzazzjonijiet jidhru fuq il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kriterji tas-sena l-oħra kienu dawk imsemmija hawn fuq.
Fejn ikun hemm ammont limitat ta’ xi prodotti, l-preċedenza tingħata lill-
· Dawk il-persuni li jippreżentaw ċertifikat mid-Dipartiment tal-Politka Soċjali
· Orfanatrofji
· Istituzzjonijiet li jieħdu ħsieb dawk il-persuni li ma jistgħux jieħdu ħsieb tagħhom infushom
Bl-iskop biex is-sistema jkollha monitoraġġ dejjem aktar effettiv f’kull stadju tat-tqassim, tlabt biex l-organizzazzjoni sħiħa tal-operat u l-kriterji ta’ din l-iskema jiġu ri-eżaminati fid-dawl tal-esperjenza ta’ din is-sena biex b’hekk ikun jista’ jsir it-titjib u t-tisħiħ li hemm bżonn.