Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali Ta’ Sannat – Triq Sannat — xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21723, jista’ l-Ministru jgħid x'fadal isir mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat biex Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta’ Sannat, issir fiha zebra crossing kif ukoll is-sinjal tan-nofs tat-triq biż-żebgħa li jifred karreġġjata minn oħra Jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret (xahar u sena) meta ser isiru?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — manutenzjoni f'Misraħ iż-Żjara tal-Papa

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa fiż-żoni storiċi fil-Mellieħa bħal Misraħ iż-Żjara tal-Papa u t-taraġ ta wara l-knisja kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — korrispondenza fuq ċnut ta' siti ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar kellhom mal-Awtorità tal-Ippjanar bejn Settembru 2018 u Settembru 2021 fejn l-Awtorità ntalbet mill-istess kunsilli skont il-liġi tintervjeni sabiex isiru ċnut madwar siti ta' kostruzzjoni mibdija jew abbandunati u li kienu u għadhom qed jikkawżaw perikli għar-residenti u dan peress li hemm siti minnhom li spiċċaw miżbliet żgħar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2012 ma kelli l-ebda Ministeru.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu bħalissa u kemm hu l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20995.

Ħal Tarxien – Triq Manuel Buhagiar – twaħħil ta’ Sleeping Policeman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir Triq Manuel Buhagiar Tarxien u jikkonsidrax li jkun hemm twaħħil ta’ żewġ sleeping policeman għax din hija traffikuża f’kull ħin tal-ġurnata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Tarxien għaddej bid-diskussjonijiet neċessarji ma’ Infrastructure Malta sabiex Triq Manuel Buhagiar issir mill-ġdid. Il-Kunsill Lokali ser jikkunsidra li jinstalla sleeping police ġaladarba jkun intemm ix-xogħol fuq it-triq.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21379, jista' l-Ministru jgħid meta ser jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiġu kontrollati l-ammont kbir ta’ ħamiem li hemm li issa qed jiġġeneraw ukoll l-preżenza ta’ ġrieden?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Paola għandhom Bye-Laws li ma jippermettux li xi persuna titma l-ħamiem selvaġġ. Barra minn hekk, il-Kunsill Lokali ta’ Paola huwa wieħed mill-Kunsilli li ser ikunu qed jibbenefikaw mis-servizz ta’ għalf kontrollat lill-ħamiem selvaġġ, liema servizz qiegħed fl-aħħar fażijiet sabiex jibda jiġi implimentat.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet preċedenti u 20118, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jibda x-xogħol fuq il-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid? Kemm ser tiġi tiswa u min ser iħallas għalih?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li x-xogħol ta’ upgrades tal-Pjazza Antoine de Paule ser jiswa mija u tmienja u erbgħin elf, mitejn u erbgħa u ħamsin Ewro. (€148,254). Dawn ix-xogħlijiet ser jitħallsu mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta. Ix-xogħol mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Furjana – funtana tal-iljun – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser ikun lest ix-xogħol fuq il-funtana magħrufa bħala tal-Iljun fil-Furjana?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li l-Funtana tal-Iljun u x-xogħlijiet li qed isiru fiha u madwarha, mhumiex taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'TENDER FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL CONSULTANCY SERVICES IN RELATION TO PROJECTS UNDERTAKEN BY XEWKIJA LOCAL COUNCI' li għalqet fit-2 ta' Frar 2021 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din it-tender tiġi aġġudikata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li meta ġie ppublikat ir-ri¿ultat kien hemm appell minn wieħed mill-bidders. Għaldaqstant għadha qed issir l-evalwazzjoni meħtieġa mill-Public Contracts Review Board.

Tarxien – Triq Birżebbugia – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm bżonn li jsir u meta ser isir fi Triq Birżebbugia, Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li x-xogħol fi Triq Birzebbugia attwalment diġa nbeda. Dan jinkludi tibdil tal-bankini u resurfacing tat-triq.

Tarxien – Triq Simmons — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm bżonn li jsir u meta ser isir fi Triq Simmons, Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li x-xogħol jinkludi tibdil tal-bankini fejn hemm il-ħtieġa u resurfacing tat-triq. Ix-xogħol se jibda wara li titlesta Triq Birzebbugia.

Ħal Tarxien – spazju quddiem l-iskola Sekondarja – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol qiegħed isir fl-ispazju quddiem l-Iskola Sekondarja f’Ħal Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li l-ispazju quddiem l-Iskola Sekondarja qed jiġi trasformat f’parkeġġ ta’ 120 karozza. Ser ikun hemm ukoll charging pillars u parkeġġi għall-persuni b’di¿abbilità. Dan ix-xogħol qed isir minn Infrastructure Malta.

Raħal Ġdid — Krematorju

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex minnu li ma kienx hemm oġġezzjoni da parti tal-Kunsill Lokali, sabiex jiġi approvat krematorju f’Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li min-naħa tiegħu oġġezzjona kontra din l-applikazzjoni. Wara li ddiskuta tali materja fil-laqgħa tal-Kunsill, l-istess Kunsill qabel b’mod unanimu illi joġġezzjona kontra din l-applikazzjoni u għaldaqstant talab lill-Perit tal-Kunsill sabiex jippreżenta din l-oġġezzjoni lill-Awtorita tal-Ippjanar.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier

Question

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li kienet saret fl-14 ta’ Mejju 2019 għall-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza u taz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u f’liema stadju dawn jinsabu? Jista’ jiġi indikat kemm ser tiġi l-ispiża?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li bħalissa Infrastructure Malta qiegħdha fil-proċess li tagħmel id-disinn tal-pjazza u z-zuntier ta` quddiem il-Knisja Parrokkjali. Il-pavimentar biss ser jitħallas mill-Kunsill Lokali. L-ispiża konnessa ma’ dan il-proġett għadha qed tiġi kwantifikata.

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.