Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li fix-xhur li għaddew suppost irċevew ic-children allowance u baqgħu ma rċevewhx? X'inhi r-raġuni li ma tħallsux dawn il-benefiċċji soċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li sat-30 ta’ Settembru n-numru ta’ applikazjonijiet pendenti għall-Allowance tat-Tfal huwa ta’ 1500. Tajjeb jiġi ċċarat li dawn il-familji diġa rċevew ir-rata fissa ta’ l-Allowance tat-Tfal għal din is-sena, u l-applikazjonijiet pendenti iridu jiġu proċessati biex tiġi stabbilita rata ta’ Allowance tat-Tfal ogħla mir-rata fissa maħduma skond it-test tad-dħul tal-familja.
Id-dewmien biex isir l-assessment ta’ dawn il-każijiet, huwa dovut prinċipali għal fatt li l-applikazzjonijiet ikunu waslu wara d-data ta’ l-egħluq, u/jew d-Divizjoni kienet tinħtieġ dokumenti mingħand l-applikanti biex tkun tista’ tiġi stabbilita r-rata ta’ l-Allowance dovuta u dawn għadhom sal-lum ma waslux għand l-istess Divizjoni. Meta jaslu d-dokumenti meħtieġa l-każ ikun jista’ jinħadem.
Jista' l-Ministru jgħati statistika ta' kemm damu ħajjin l-anzjani tagħna wara li daħlu jgħixu ġewwa home ġewwa r-residenzi tagħna f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Hemm xi residenża fejn l-anzjani jdumu jgħixu iktar ġo fiha u għaliex?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Dipartiment m'għandux l-informazzjoni li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant.
Qasam tas-saħħa — Impjegati direttament mal-kuntrattur
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati direttament mal-kuntrattur imma jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa? F'liema gradi qiegħdin dawn il-ħaddiema? Kemm jiħallas il-kuntrattur kull siegħa ta' kull ħaddiem li għandu jagħti servizz lill-Istat? Kemm-il sena il-Gvern huwa marbut ma' dawn il-kuntratturi
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-età tal-pazjenti li kien hemm ġewwa l-SVPR bejn Jannar 2007 u Awwissu 2008? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li kellhom inqas minn 30 sena li kienu rikoverati fl-SVPR? Kemm minn dawn kien hemm bi problemi ta' ksur fis-sinsla tad-dahar jew b'diżabilità oħra?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ta' konstruzzjoni ta' djar/appartamenti li tinsab għaddejja bihom bħalissa l-Awtorità tad-Djar? Fiex jikkonsistu? Jista' jgħid ukoll liema huma l-proġetti li ser isiru fix-xhur li ġejjin?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiftaħ r-residential home Andrew Home f'Bormla?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li d-Diviżjoni għar-Regolazzjoni tas-saħħa Pubblika ma għandha l-ebda applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta' liċenzji għal-Andrew f'Bormla.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' sinjura li dettalji tagħha qed jinagħataw separatament, li għamlet appell għal bdil ta' post tal-gvern minn Tarxien għal Ħaż-Żabbar
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ma stabitx familja oħra li lesta tibdel ir-residenza tagħha mar-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema fi ħdan in-National Employment Office jgħidulek li min iħaddem għandu dritt ikun jaf min għamel ir-rapport?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 3074.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm staff turnover fis-Sapport b'mod speċjali fl-Uffiċċju taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum f'dawn l-aħħar sentejn u jagħti d-data, l-grad ta' l-impjegat, minn fejn għal fejn sar it-turnover jew jekk kienx hemm riżenja u r-raġuni għal kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux rapporti dwar accessibilita' u l-kundizzjoni ta' l-Adult Traning Centres u jekk isiru jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapporti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li ċ-Ċentri li rreferiet għalihom l-Onor. Interpellant huma kollha aċċessibli u għalhekk ma jsiru l-ebda rapporti f'dan ir-rigward.
Ninsab informat ukoll li f'dawn iċ-Ċentri isir xogħol ta' manutenzjoni regolari, dejjem fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibli, bi preċedenza għal xogħolijiet l-aktar urġenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fit-trasport tal-klijenti ta' l-Adult Training Centres f'dawn l-aħħar ħames snin għal kull ċentru separatament? Min jopera is-servizz f'kull ċentru separatament?
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux accounts u audits ta' kull Adult Training Centre separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi l-aħħar accounts fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li għalkemm iċ-Ċentri għal matul il-jum għaddew f’idejn l-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali f’April 2007, l-accounts taċ-ċentri bdew jinħadmu b’mod globali għaċ-ċentri kollha mill-Fondazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2008. Audits kif isir fl-Aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni għal dawn iċ-ċentri għadu ma sarx peress li s-sena finanzjajra tal-Fondazzjoni tagħlaq fl-aħħar ta’ Diċembru 2008. Għalhekk il-Fondazzjoni ma tistax tipprovdi l-figuri mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi tassew ir-rata ta' separazzjoni? Jista' jgħid jekk hux qed issir riċerka fuq x'inhi l-kawża tat-tifrik taż-żwieġ, kif ukoll jekk hux qed issir riċerka fuq x'kien l-effett tad-divorzju fil-pajjiżi fejn ġie introdott?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Kummissjoni spiċċat t-terminu tagħha fl-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena. Bħalissa l-Kummissjoni mhix imwaqqfa. Għalhekk il-Kummissjoni m'hiex f’qagħda li twieġeb b’mod sħiħ. Għalkemm il-Kummissjoni l-antika kienet qed taħdem fuq riċerka li kellha relevanza għat-tifrik taż-żwieġ, bħar-riċerka fuq il-faqar u s-saħħa mentali u l-familji, id-divorzju ma kienx fuq l-aġenda tal-Kummissjoni l-antika daqskemm it-tisħiħ tal-familji Maltin. L-abbozz tal-Pjan Nazzjonali dwar il-Familji li ppreżentat il-Kummissjoni f’Marzu tal-2008 fil-fatt kellu din id-direzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting listlokal b'lokal ta' nies li jridu jixtru qabar tagħhom? Jista' jgħid jekk huwiex pjanat li tidħol fis-seħħ is-sistema?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat lin-numru ta’ nies fuq il-waiting list għal xiri ta’ qabar skond il-lokalita’ hija kif tidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-homes tal-anzjani home b'home? Jista' jgħid fiex huma nvoluti dawn ir-residenti fejn jidħol organizazzjoni ta' attivitajiet u ħruġ għalihom? Kemm hawn anzjani involuti f'dawn l-attivitajiet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' residenti fil-homes ta' l-anzjani huwa hekk :
Bormla 130
Floriana 45
Gżira 30
Mellieħa 119
Mosta 68
Msida 64
Mtarfa 122
Żejtun 166
Ninsab informat ukoll li s-suġġerimenti tar-residenti jiġu mistħarrġa u sa fejn hu possibli milqugħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li, persuni bl-età pensjonabbli li jiddeċiedu li jerġgħu jaħdmu jridu jħalsu l-bolla tas-sigurtà soċjali? X'inhi r-raġuni wara li l-ħlas tal-bolla, issa li huma pensjonanti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel il-5 ta’ Jannar 2008 pensjonant seta jirċievi il-pensjoni kontributorja u fl-istess ħin jaħdem pero’ ma setax jaqla iżjed mill-paga minima nazzjonali u l-kontribuzzjani tas-sigurta’ soċjali ma kienx hemm obbligu ta’ ħlas fuqha.
B’effett mill-5 ta’ Jannar 2008 pensjonanti li għadhom ma għalqux il-65 sena ingħataw konċessjoni li waqt li jirċievi l-pensjoni kontributorja jistgħu jaħdmu mingħajr l-ebda restrizzjonijiet iżda bl-obbligu tal-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurta’ soċjali sa ma jagħlqu l-65 sena bħal kull ħaddiem ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn programmi/faċilitajiet ta' l-iSmart Kids? Kemm hemm staff u kemm hi l-attendenza medja tal-klijenti matul kull sena minn meta nfetaħ kull ċentru u kemm hu l-budget allokat għal dan il-programm? Jista' inoltre jgħid jekk iċ-ċentri humiex propjetà tal-Gvern jew le? U jekk le, jekk titħallasx kera, lil min u kemm hi l-kera kull sena separatament għal kull ċentru?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numru ta’ Faċilitajiet ta’ l-ismartkids huwa ta’ 3 li huma dawk li jinsabu fil-Birgu, Birkirkara u l-Qawra. Madanalollu il-Faċilita tal-Qawra għada mhijiex topera il-programm minn hemm.
Fil-Birgu bħalissa jaħdmu 5
carers
u
co-ordinator
, f’Birkirkara 4
carers
u
service area leader
li tieħu ħsieb it-tlett ċentri kollha u fil-Qawra hemm pjanat li jaħdmu 4 carers u
co-ordinator
.
L-attendenza medja (uħud mit-tfal jattendu darbtejn, tlieta jew ħames darbiet fil-ġimgħa, għaldaqstant il-postijiet allokati jiġu okkupati minn iktar minn tifel/tifla wieħed fil-ġimgħa) kuljum ta’ tfal f’dawn iċ-ċentri kienet kif tidher fl-informazzjoni li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.