Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' communications antennae li għandha registrati magħha l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni
u jagħti wkoll tagħrif dwar jekk dawn l-
antennae
hux qed jintużaw għat-telefonija nkella għat-televiżjoni? Fejn jinsabu (raħal, raħal) dawn l-istess
antennae
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ stallazzjonijiet t’antenni tat-telekomunikazzjoni fil-gżejjer Maltin, li huma wżati għat-telefonija mobbli jew għat-televiżjoni, jammonta għal 1,071.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji ta’ fejn jinsabu dawn l-istallazzjonijiet (raħal, raħal) u għalxiex qegħdin jintużaw.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' vetturi li ġew garaged matul l-2010? Kemm kien in-numru ta' vetturi li ġew scrapped matul l-istess perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi li ġew skrappjati matul is-sena 2010 kien ta’ 4478 vettura, filwaqt li l-ammont ta’ vetturi li ġew garaxxjati matul l-istess sena kien ta’ 9445 vettura.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kirijiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2010, sarux xi kirjiet ta' għamara, pittura/i, pjanti u siġar mill-Ministeru u/ jew dekasteri/entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma saru l-ebda kirjiet ta' għamara, pitturi, pjanti u siġar mill-Ministeru, entitajiet li jaqgħu taħti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi partikolari għal dak li jikkonċerna n-numru ta' cruise liners li huma reġistrati ma' Transport Malta, fis-sens li kien hemm żidiet sostanzjali fin-numru u tunnellaġġ ta' vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta’ vapuri tal-passiġġieri reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili żdied sostanzjalment. Sa l-aħħar tas-sena li għaddiet kien hemm tmienja u tmenin (88) vapur tal-passiġġieri reġistrati għal-tunnellaġġ gross ta’ ftit anqas minn żewġ miljuni. Dan ifisser żieda ta’ tnejn u sebgħin vapur (550%) f’ħames snin. Minn dawn erbgħin huma vapuri tal-passiġġieri li joperaw fuq xmajjar Ewropej.
Jista' l-Ministru jieħu passi immedjati biex isir xi tip ta' manutenzjoni xierqa u effettiva sabiex jiġu indirizzati ż-żewġ ħofor kbar li hemm quddiem id-dawra tat-traffic lights l-Imsida, faċċata tal-bini tal-kunsill lokali, kif ukoll qrib it-telgħa għat-triq reġjonali billi kull meta tagħmel ix-xita qawwija qed jinżammu ħafna ilmijiet fihom b’inkonvenjent kbir għar-residenti, pedestrians kif ukoll għat-traffiku qawwi li jkun għaddej regolarment minn dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li rriferejt il-każ lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom Transport Malta jew l-Awtorità dwar it-Trasport tat l-approvazzjoni tagħha biex ikun hemm residents parking schemes? X'inhi l-proċedura li trid tiġi adottata biex kunsill lokali jkun jista' jdaħħal skema simili?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-lokalitajiet li għandhom residents parking schemes approvati jinsabu fl-Avviż Legali 200 tal-2009 li jirregola l-iskemi ta’ ipparkjar kontrollat. Il-proċedura għall-introduzzjoni ta’ skemi simili tinvolvi li l-Kunsill Lokali rispettiv jissottometti l-proposta tiegħu għaz-zona skond it-Terms of Reference applikabbli. Sussegwentament, din l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata mill-Bord għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx lokalitajiet li għandhom skemi ta' parkeġġ ristrett (timed parking) approvati minn Transport Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li tali timed parking jiġi estiż ukoll għall-ħdud u l-festi pubbliċi meta f'area partikulari jkun hemm numru sostanzjali ta' ħwienet li jkollhom bżonn parkeġġ simili?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Avviż Legali Nru 200/2009. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu, ninsab infurmat li l-kunsill lokali rispettiv, jissottometti l-proposta tiegħu għaż-żoni skond it-"terms of reference" applikabbli biex din tiġi kkunsidrata minn Transport Malta.
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — operatur tat-telefon
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni għandiex kontroll fuq l-operaturi tal-linja tat-telefon fissa, f'dak li hu kontroll tal-infrastruttra meħtieġa għal dan is-servizz? Jista' kunsill lokali jirrikorri għand din l-awtorità meta l-operaturi jibqa' ma jagħtix risposta meħtieġa dwar xogħol infrastrutturali li jkun meħtieġ iżda li ma jkunx jista' jitkompla minħabba n-nuqqas ta' risposti li suppost ikunu ngħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta Malta dwar il-Komunikazzjoni għandha responsabbiltà li tassigura l-integrita tas-sistemi tat-telefonija f’Malta.
L-awtorità għandha ir-rwol wkoll li tara li kull min jixtieq abbonament għas-servizz tat-telefonija jista’ fil-fatt jagħmel hekk u jingħata dan is-servizz. Għal dan l-iskop l-awtorità kienet ħatret lil GO plc, bl-obbligu li tagħti servizz lill kull ċittadin li jitlob dan. F’dan il-kuntest l-awtorità tista' tieħu passi regolatorji appropjati biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda ċittadin li ikun jixtieq servizz tat-telefonija u dan ma jinqediex.
Meta tintervjeni f’dan il-kuntest l-awtorità m'għandhiex jedd tieħu deċizjonijiet fir-rigward ta’ xogħlijiet infrastrutturali li jista’ jkunu meħtiega biex jingħata servizz. Dan jibqa’ kompetu tal-operatur.
Il-poteri tal-MCA biex tiġbor informazjioni dwar is-swieq li hi tirregola joħorġu mill-Att illi jistabilixxi l-awtorità. Dan l-Att jagħti poteri lill-awtorità biex titlob biss “….informazzjoni, … li l-awtorità tqis li tkun meħtieġa bil-għan li tiġi assigurata konformità mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew deċizjonijiet jew direttivi magħmulin skond dan l-Att jew kull liġi oħra li l-awtorità ikollha jedd tinforza.”
Kull informazzjoni meħtiega mill-awtorità taħt dawn id-disposizzjoiijiet għandha tkun proporzjonata ma’ l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet u l-obbligazzjonijiet tal-awtorità taħt dan l-Att. Fil-fatt meta tkun qed titlob xi informazzjoni …., l-awtorità għandha tiddikjara għaliex tkun qed teħtieg dik l-informazzjoni mitluba.”
F’dan il-kuntest l-awtorità m'għandiex il-poter li tobbliga lil xi operatur biex jagħti informazjoni dwar infrastruttura lil xi kunsill lokali, jew li titlob informazjoni għan-nom ta’ xi kunsill lokali
Jista' l-Ministru jara li jiġi konkluż każ ta' omm li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li kellha każ ma' Transport Malta fejn l-persuna għadha bla liċenzja u bla risposta?
Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas f'overtime matul is-sena 2010, xahar b'xahar fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet mitluba minni li jsiru fil-bypass tal-Mtarfa u tal-Magħtab li twassal għas-Salini sabiex ikun hemm road saftey aħjar u ċioe tinżebaħ żebgħa li ddawwal id-direzzjoni tat-triq għal matul il-lejl minħabba li dawn il-bypass mhumiex mdawla, għadhom ma sarux? Jista' jawtorizza dawn ix-xogħlijiet immedjatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet in kwistjoni se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
aċċess biex residenti f'Ta' Xbiex imorru l-Isptar Mater Dei bit-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li residenti ta’ Ta’ Xbiex li jkunu jridu jmorru jżuru l-qraba tagħhom l-Isptar Mater Dei biex jaqbdu t-trasport pubbliku jkollhom imorru jew il-Gżira kważi qrib Manoel Island ħdejn l-ex Whimpey jew inkella qrib Johnson’s Stores, Triq il-Wied, l-Imsida u dan b’inkonvenjent kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant li ebda servizz tat-trasport pubbliku ma jista jiggarantixxi servizz dirett minn kullimkien għal kullimkien, ninsab infurmat li s-sitwazzjoni partikolari li qed jirreferi għaliha se tiġi indirizzata fis-servizz il-ġdid tat-trasport pubbliku.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-tenders ta' xogħol fuq toroq li fil-fatt ħarġu u ġew iffirmati kuntratti għal xogħol ta' toroq distributorji/arterjali li iżda għadhom jew ma nbdewx, jew li għalkemm inbdew, għadhom ma tlestewx minn kollox?
Response (GATT, AUSTIN)
L-uniku kuntratt iffirmat hu dak li jirrigwarda Marfa Road, Mellieħa.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett maħsub għat-Triq Diċembru 13 fil-Marsa? Dan il-proġett qiegħed jimxi skont it-timetable oriġinali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi dan il-proġett qiegħed fil-fażi tal-evalwazzjoni tal-offerti u l-programm ta' tlestija jkun definit meta jintemm il-proċess ta' xiri pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23996 u jgħid għala il-GHRC fit-tender tagħha għall-bini tal-parlament il-ġdid (GHRC IPB - 03/2011) speċifikat li l-ġebel tal-qawwi li se jintuża għall-faċċata tiegħu bilfors irid jinġieb minn barriera partikolari f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Perit Piano għażel il-lower coralline limestone Maltija bħala l-materjal li jiddomina l-proġett għal raġunijiet estetiċi, kontestwali u arkitettoniċi. L-għażla tal-Perit Piano kienet speċifikament għall-elementi magħrufa bħala "Il-Mara" u "Xlendi" tal-lower coralline limestone.
L-ispeċifikazzjonijiet tal-Perit Piano ġew evalwati u verifikati minn Ramsey Stone Consultants (li huma konsulenti fil-qasam tal-ġeoloġija). Bl-assistenza ta' dawn il-konsulenti, tar-Renzo Piano Building Work Shop, Terracore Ltd u Bovis Land Lease (li huma wkoll konsulenti fuq dan il-proġett), il-Grand Harbour Regeneration Corporation ikkumissjonat investigazzjonijiet tekniċi fi tmien barrieri f'Malta u Għawdex minn fejn jista' jiġi estratt il-materjal mixtieq. Biex tintgħażel barriera ried ikollha b'mod ippruvat riserva suffiċjenti tal-materjal li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-Perit Piano.
Minbarra hekk l-operatur tal-barriera intalab jikkonferma r-rieda tiegħu li jbiddel is-sistemi tal-produzzjoni biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-Perit Piano għad-daqsijiet tat-tqattiegħ speċifikati minnu.
F'kull barriera identifikata saru spezzjonijiet viżwali; laqgħat mal-operaturi; ġbir ta' kampjuni u ttestjar fuq perjodu ta' żmien; analiżi formali tal-kampjuni; u evalwazzjoni tal-permessi ambjentali u ta' żvilupp tal-barrieri involuti.
Il-konsulenti f'rapport miktub ikkonkludew li l-barriera msemmija kienet l-unika waħda li tissodisfa r-rekwiżiti kollha msemmija. B'rispett tal-interess kummerċjali tal-barrieri li finalment ma ntgħażlux, ma jidirlhix li għandi nippublika r-rapport msemmi..
Fid-dawl tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 23915, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq arterjali taqax taħt l-awspiċi jew ir-responsabbiltà tal-kunsill? Jekk iva, taħt liema kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq mhix kategorizzata bħala triq arterjali u l-anqas distributorja. Għalhekk ma taqax taħt ir-responsabbilità tat-Transport Malta u nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Residenti f'Wied il-Għajn — inkonvenjent minn ilma tax-xita
Question
Xi snin ilu ngħata t-tarmak lil Triq l-Aħmar, Wied il-Għajn. Minn dak iż-żmien ir-residenti ta' Triq il-Kannella, Wied il-Għajn ilhom isofru inkonvenjent għax l-ilma tax-xita minn Triq l-Aħmar jinżel għal ġo Triq il-Kannella u jibqa' dieħel fil-garaxxijiet ta' din l-istess triq. Is-sitwazzjoni
tant hija gravi li r-residenti jkollom jagħmlu filata ġebel quddiem ir-rampa tal-istess garaxxijiet biex iżommu l-ilma milli jidħol ġewwa. Jista' l-Ministru jara li dan l-inkonvenjent jitneħħa kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Maltapost Plc? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu mal-Maltapost f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24070 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ħa flus il-kuntrattur tas-sistema tas-CVA tal-Belt Valletta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li CVA Technology, li hija l -kumpanija li tieħu ħsieb l-amministrazzjoni tas - CVA ġiet imħallsa dawn iċ-ċifri fis-snin imgħoddija:
Euros
2007 1,682,396.00
2008 1,603,559.00
2009 1,376,914.00
2010 1,914,214.00
Jista' l-Ministru permezz ta' Transport Malta jara li f'Triq iċ-Ċinju fil-Mosta jsiru s-sinjali tat-traffiku minħabba li meta sar x-xogħol ta' tarmak minn kuntrattur imqabbad mill-istess Transport Malta m'għamilx dawn is-sinjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se tara li dawn is-sinjali tat-traffiku isiru.