Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skolasajf — applikanti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10004 fejn intqal “li l-applikazzjoni li timtela direttament minn fuq il-portal tal-FES tirrikjedi email. Min m’għandux email jista’ jżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov u jingħataw l-assistenza dovuta”: fid-dawl li hemm każijiet fejn is-servizz.gov ma’ setgħux jgħinu lill-familja għax ma kellhomx e-mail address, kif jistgħu dawn il-persuni jagħmlu aċċess għal servizzi bħal Skolasajf, Klabb 3-16 u Skolasports fejn f’ċerti każi lanqas biss jafu jaqraw, aħseb u ara kemm għandhom email address? Jista’ l-Ministru jiċċara x’linji gwida hemm għas-servizz.gov f’dawn iċ-ċirkostanzi u qiegħed dawn il-linji gwida fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm servizz.gov u kif ukoll l-FES joffru kwalunkwe tip ta’ għajnuna neċessarja lil kulħadd kemm permezz tat-telephone u kif ukoll jekk iżuru l-uffiċini tas-servizz.gov.

Skejjel Sekondarji — Tagħlim tal-lingwa Franċiża - Studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li huma komplessivament reġistrati fis-sena akkademika li bdiet, sabiex jitgħallmu l-lingwa Franċiża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji tal-Istat hemm total ta’ 1,811 student li jistudjaw il-lingwa Franċiża.

Skejjel Sekondarji — Tagħlim tal-lingwa Taljana - Studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li huma komplessivament reġistrati fis-sena akkademika li bdiet, sabiex jitgħallmu l-lingwa Taljana?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji tal-Istat hemm total ta’ 6,111 student li jistudjaw il-lingwa Taljana.

Skejjel Sekondarji — Tagħlim tal-lingwa Ġermaniża - Studenti reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji, li huma komplessivament reġistrati fis-sena akkademika li bdiet, sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġermaniża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel sekondarji tal-Istat hemm total ta’ 1,388 student li jistudjaw il-lingwa Ġermaniża.

MCAST — Xiri ta’ kotba ġodda għal-Librerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk tul din is-sena nxtrawx kotba ġodda għall-Librerija tal-MCAST u jekk iva jgħid kemm kien l-ammont?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern b’kofinanzjament ta’ fondi Ewropej bena ċ-Ċentru tar-Riżorsi fl-MCAST, b’investiment ta’ €9.3 miljun. Ċentru li minnu qed igawdu eluf ta’ studenti, kemm full-time u wkoll part-time, li fih numru ta’ attivitajiet, fosthom iċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-MCAST, Learning Support Unit kif ukoll Ċentru tar-Riżorsi u l-librerija, apparti diversi faċilitajiet u servizzi għall-istudenti, fosthom żewġ spazji għall-esibizzjoni, auditorium, 14-il uffiċċju għad-diretturi u għall-managers, żewġ boardrooms, 16-il klassi, kafetterija, librerija maqsuma fuq żewġ sulari, kif ukoll spazju fejn wieħed jista’ jaħdem u jistudja. S’issa l-MCAST ordnat 613-il ktieb ġdid filwaqt li sar ukoll investiment fuq 160 e-book.

Università Amerikana ta’ Malta (AUM) — liċenzja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13181 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji u l-estensjonijiet li ngħataw lill-American University of Malta (AUM) bejn l-2016 u l-2023, li fihom jintwerew il-kundizzjonijiet imposti fuq l-AUM mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Implimentazzjoni ta' Direttivi tal-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni matul is-sena 2023 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jimplimenta d-Direttivi b’mod kontinwu għaliex l-implimentazzjoni tfisser li tkun konformi mal-provedimenti tad-direttivi hekk kif trasposti.

Ħaż-Żebbuġ — Kulleġġ San Injazju - Kapijiet tal-Iskola

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12152, 12517 u 12993 u jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il Kap tal-Iskola differenti kienu inkarigati mit-tmexxija tal-Kulleġġ San Injazju Ħaż-Żebbuġ Primary?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet – Ħidma annwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13431 u jipprovdi kopja tar-rapporti annwali dwar l-attivitajiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet matul l-2016-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet ingħata funzjoni eżekuttiva minn Marzu 2023.

Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13432 u jipprovdi lista tal-laqgħat li saru tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet għal kull sena għall-perjodu 2016-2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika hux qed jirreferi għall-Kunsill innifsu jew inkella għall-entità li bdiet topera matul din is-sena.

Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet — Membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13433 u jipprovdi lista tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet għal kull sena għall-perjodu 2016-2023 għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin: • Rappreżentant mill-Università ta’ Malta; • Rappreżentant mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija; • Rappreżentant tal-Jobsplus; • Rappreżentant mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi; • Rappreżentant mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta; • Rappreżentant mill-Malta Enterprise; • Rappreżentant tas-soċjetà ċivili; • Rappreżentant minn fost speċjalisti tat-tagħlim tul il-ħajja; • Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni; • Erba’ persuni oħra li għandhom kwalitajiet ta’ tmexxija, u li jifhmu l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol fil-kuntest ta’ soċjetà miftuħa, demokratika, ġusta, prospera u inklussiva?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet – Rappreżentanti tas-suq tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13434 u jgħid kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet jinvolvi rappreżentanti tas-suq tax-xogħol, fl-ippjanar tal-preparazzjoni tas-suq tax-xogħol u liema rappreżentanti inkluda f'dan il-proċess mis-snin 2016 sal-2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jsiru diversi laqgħat mar-rappreżentanti tas-suq tax-xogħol. L-involviment tar-rappreżentanti tas-suq tax-xogħol huwa permezz ta’ konsultazzjoni mill-qrib u kontinwa biex nixtarru l-isfidi kurrenti, niddiskutu l-kuntest lokali u Ewropew, nifhmu r-riċerka x’inhi turi u nfasslu rakkomandazzjonijiet.

Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet – Ħidma annwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13430 u jipprovdi kopja tal-pjanijiet ta’ ħidma annwali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet għas-snin 2016-2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13436.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203 u 13476 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tal-Ħandaq — Kulleġġ ta' San Injazju - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet biex l-iskola medja u l-iskola sekondarja tal-Ħandaq li jagħmlu parti mill-Kulleġġ ta' San Injazju jkunu mgħammra bl-apparat tal-arja kkundizzjonata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħ’Attard u Mosta – studenti barranin fl-iskejjel primarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin fl-iskejjel primarji ta' Ħ'Attard u l-Mosta? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti b'kollox u mil-liema pajjiżi ġejjin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti fl-iskejjel imsemmija huwa ta’ 1,349 student. Minn dawn, 212 huma studenti barranin filwaqt li 7 studenti oħra għandhom dual citizenship.

Għawdex — Skejjel Primarji tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel primarji f'Għawdex, kemm dawk tal-Gvern, kemm dawk tal-Knisja kif ukoll dawk Indipendenti u fejn jinsabu? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm studenti f'kull skola fl-aħħar ta' Ottubru 2023 u kemm minn dawn kienu ta' nazzjonalità barranija? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' għalliema f'kull skola primarja kif ukoll in-numru ta' LSAs f'kull skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Skola (Primarja) Studenti Maltin Studenti Barranin Total ta’ studenti Numru ta’ Għalliema LSEs Gozo College Għajnsielem Primary 165 23 188 8 17 Gozo College Għarb Primary 102 13 115 5 9 Gozo College Kerċem Primary 105 4 109 6 6 Gozo College Nadur Primary 192 33 225 11 20 Gozo College Qala Primary 94 22 116 6 7 Gozo College Rabat Primary 262 55 317 16 32 Gozo College San Lawrenz Primary 25 10 35 5 6 Gozo College Sannat Primary 201 21 222 9 42 Gozo College Xagħra Primary 227 31 258 12 32 Gozo College Xewkija Primary 124 29 153 7 13 Gozo College Żebbuġ Primary 61 49 110 6 7 Skola (Knisja) Studenti Maltin Studenti Barranin Total ta’ studenti Numru ta’ Għalliema LSEs Bishop’s Conservatory Junior School – Victoria Gozo 199 2 201 11 12 Laura Vicuna School – Għasri Gozo 196 2 198 7 12 St. Francis School – Victoria Gozo 196 / 196 8 13 St. Theresa school – Ta’ Kerċem, Gozo 190 1 191 7 14

Għawdex — Kindergarten Educators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Kindergarten Educators (KGE) Għawdxin, li jaħdmu fi skejjel primarji, ġewwa Malta maqsuma sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalità (lokalità b' lokalità) u x'etajiet għandhom dawn il-ħaddiema, u kemm ilhom snin jaħdmu ġo skejjel primarji ġewwa Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma relievers, f'liema skola huma relievers u kemm ilhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet — Għodod

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema għodod taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) qed juża l-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għodod kollha li tuża Cedefop huma għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri Ewropej permezz tal-pjattaforma elettronika tagħhom. Sal-lum, il-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet ħadem ħafna fuq ir-ReferNet u CareersNet, flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – networks fuq it-tisħiħ u l-iżvillup tal-edukazzjoni vokazzjonali u għal karrieri, kif ukoll fuq l- “iskills intelligence platform, skills forecasting u skills ovate” fejn issir annaliżi tal-ħiliet l-aktar meħtieġa fis-snin li ġejjin, id-domanda għax-xogħol fil-preżent u s-setturi li ser jaraw l-aktar tkabbir.