Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6027 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Alive – għażla tal-Artisti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ma ħarġitx call for tender bħalma jsir fl-avveniment tan-Notte Bianca biex jintgħażlu l-artisti ta' Gozo Alive li sar f’Mejju 2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ ta’ artisti mhuwiex dejjem possibbli li tinħareġ sejħa għall-offerti minħabba li l-attivita’ ġieli tkun tirrikjedi artist partikolari skont l-istess attività. F’dan il-każ tintalab direct order approval mill-Ministeru tal-Finanzi kif filfatt sar.
Leg 13 PQ #6028 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Alive – bord tal-għażla tal-artisti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kien iċ-Chairman tal-bord li għażlu l-artisti tal-Gozo Alive li sar f’Mejju 2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-leadership tal-Gozo Alive kienet f’idejn id-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li ħadmu bla heda biex l-avveniment kien suċċess enormi kif filfatt kien.
Leg 13 PQ #6029 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Alive — membri tal-bord

Question

Tista’ tgħid jekk il-membri tal-bord Gozo Alive kenux imħallsa? Jekk iva, tista’ tgħid kemm?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari saret fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5888.
Leg 13 PQ #6030 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Alive – stage fi Pjazza Indipendenza — nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-istage fi Pjazza Indipendenza li ntuża waqt Gozo Alive ta' Mejju 2018, inkluż bit-tinda u bis-sound li sar ġo fih?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont investit għall-istage f’din l-attivita’ huwa kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-set up kien l-istess bħal ma’ kien f’okkazzjonijiet oħrajn.
Leg 13 PQ #2403 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex– konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu
Leg 13 PQ #5878 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni li huma maħtura bħala Kummissjunarji

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni fil-Ministeru inkluż f'kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha u li fil-preżent huma maħtura bħala Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament skont l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu Ġurament (Kap. 79 tal-Liġijiet ta' Malta)? Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-kariga ta' kull waħda minn dawn il-persuni u dwar xiex jingħataw il-ġuramenti quddiem kull waħda mill-imsemmija persuni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5896 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Il-Bajja tar-Ramla – Triq Ta’ Għajn Ħosna — tiswijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5684 kollha u tgħid jekk Triq Ta’ Għajn Ħosna, it-triq li mix-Xagħra twassal għall-Bajja tar-Ramla l-Ħamra hux se ssir kollha f’dawn il-ġranet jew inkella hux se ssir parti minnha biss? Tista’ tgħid ukoll jekk din it-triq hux se tiġi asfaltata kollha u tkun lesta sal-bidu ta’ dan is-sajf?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li triq Għajn Ħosna hi responsabilita’ tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra. Iżda l-Ministeru għal Għawdex alloka l-fondi ghall-ammont ta’ Euro 150,015 biex din it-triq tingħata t-tarmac skont kif indikat mill-perit konċernat tal-istess kunsill. Il-Ministeru għal Għawdex hu kommess li jkompli jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti Għawdxin.
Leg 13 PQ #5898 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Alive — rendikont

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tad-dħul u l-ħruġ tal-attività Gozo Alive li saret f’Għawdex bejn it-18 u l-20 ta' Mejju 2018? Tista’ tgħid kemm ingħataw Direct Orders għal din l-attività u lil min ingħataw, kif ukoll kemm kien il-valur u għal xiex kienu dawn id-Direct Orders? Tista' tgħid kemm xogħol jew servizzi f’din l-attività saru wara talba għall-quotations u tgħid lil min ingħata dan ix-xogħol u x'tip ta' xogħol jew servizz ingħata wara talba għall-quotations?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u għalhekk jingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #5899 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – triq li mir-Rabat twassal għaż-Żebbuġ – bini ta’ triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hu maħsub li jsir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal saż-Żebbuġ f’Għawdex u dan peress li partijiet minn din it-triq jinsabu fi stat perikoluż? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol hux se jsir matul is-sena 2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ma ġietx inkluza fil-pjan ta’ toroq li għandu l-Ministeru għal Ghawdex għas-sena 2018. Il-Ministeru hu kommess li jkompli jinvesti fl-infrastruttura tal-gżira Għawdxija biex itejjeb il-kwalita tal-ħajja kemm tal-Għawdxin u l-eluf ta’ turisti li jżuruna.
Leg 13 PQ #5900 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – direct orders

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5605, tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mid-Direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn Marzu 2013 sad-data li bdew jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern permezz tal-Avviż Legali msemmi fit-tweġiba tagħha? Tista' tagħti dan it-tagħrif xahar b'xahar u sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hija aċċessibbli online skont il-link li ġejja: https://gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/Pages/Gazzette-Repository.aspx Kopja tal-screenshot qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5886 Sitting 121 2018-05-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kumitat tal-Kuntratti Dipartimentali

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta twaqqaf il-Kumitat tal-Kuntratti Dipartimentali? Minn mindu twaqqaf dan il-kumitat, kemm-il sejħa għall-kuntratti ġiet evalwata u/jew ikkunsidrata minn dan il-kumitat? Min huma l-membri ta' dan il-kumitat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti twaqqaf fl-14 ta’ Lulju 2010. Minn mindu twaqqaf dan il-kumitat kienu evalwati u/jew ikkunsidrati 683 sejħa għal offerti. Il-kumitat huma maħtur skont l-Artiklu 74 tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku (Avviż Legali 352 tal-2016 kif emendat bl-Avviżi Legali 155 u 233 tal-2017, u 26 tal-2018). Il-membri huma: Chairperson, id-Direttur tas-Servizzi Korporattivi jew ir-rappreżentant tagħha; Membru li jirrapreżenta lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex; Membru li jirrapreżenta lid-Direttur tal-Kuntratti; Segretarja maħtura minn fost l-Unità Ministerjali għall-Akkwist fil-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #5888 Sitting 121 2018-05-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Gozo Alive

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal kull wieħed u waħda mil-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li sar f'Għawdex fil-weekend tat-18, 19, u 20 ta' Mejju 2018, kemm-il siegħa jew parti minnha taw bħala performance u kemm tħallas kull artist għal kull performance li ngħatat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif seta’ jikkonstata personalment, il-festival li qed jirreferi għalih kien suċċess kbir u serva biex inkomplu nagħtu promozzjoni lil Għawdex kemm lokalment u anke internazzjonalment. Gozo Alive kellu wkoll impatt ekonomiku sostanzjali. Ta’ min isemmi biss li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd. ġarret ’il fuq minn 54,000 passiġġier matul l-imsemmijin dati. L-ispiża relatata mal-artisti, li kienu jinkludu Għawdxin, Maltin u anke ismijiet magħrufa internazzjonalment, fit-tlett ijiem kollha tal-festival madwar Ghawdex kollu tlaħħaq madwar €104,000. Festivals u attivitajiet oħrajn simili, inkluż bl-appoġġ tal-Gozo Tourism Association u l-Gozo Business Chamber, se jkomplu jsiru matul din is-sena stess, partikolarment is-sajf li ġej.
Leg 13 PQ #5890 Sitting 121 2018-05-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Alive – għażla tal-artisti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti jew expression of interest biex jintgħażlu l-artisti li ħadu sehem fil-Gozo Alive li nżamm f'Mejju 2018 f'Għawdex? Min kien iċ-Chairman u l-membri tal-board li għażlu l-artisti? Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu ċ-Chairman u l-membri tal-board u jekk iċ-Chairman u l-membri tal-bord kenux imħallsa għal dan ix-xogħol? Jekk iva, kemm?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ ta’ artisti mhuwiex dejjem possibbli li tinħareġ sejħa għall-offerti minħabba li l-attivita’ ġieli tkun tirrikjedi artist partikolari skont l-istess attività. F’dan il-każ tintalab direct order approval mill-Ministeru tal-Finanzi. Il-Bord organizzattiv għall-Gozo Alive kien iffurmat minn 8 membri. Il-maġġoranza tal-membri huma impjegati mas-settur pubbliku u għandhom esperjenza fl-organizzazjoni ta’ festivals simili kif ukoll tagħrif fuq l-arti, kultura u spettaklu rispettivament. Il-membri li tħallsu skont ix-xogħol li għamlu huma s-Sur Lou Bondi u s-Sur Felix Busuttil.
Leg 13 PQ #5891 Sitting 121 2018-05-30 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem Għawdex – Dar tal-Anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tindika meta hu mistenni li tiġi inawgurata u allura tilqa’ l-ewwel residenti fiha, id-Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem, Għawdex? Tista’ tgħid kemm se tkun tista’ tospita anzjani b’kollox din id-dar u fuq liema mudell ser titmexxa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ħareġ il-permess il-ġdid biex id-dar tiġi fully compliant mal-istandards applikabbli, issa qed jiġi ffinanzjat il-bini kif ukoll it-tender għat-tlestija u l-operat mill-privat. Skont l-andament tat-tender tkun tista’ tingħata data atkar preċiża.
Leg 13 PQ #2388 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – event organisation for promotional and communications realted events — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal event organisation for promotional and communications related events, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub, diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. L-organizzazzjoni ta' attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f'attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f'kampanji li jtulu.
Leg 13 PQ #5861 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5688, tista’ l-Ministru tagħti aktar dettalji u tgħid xi kwistjonijiet hemm bejn il-proponent u terzi, rigward il-proġett ta’ żvilupp dwar il-bini ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal u dan peress li dan il-proġett suppost huwa wieħed mill-akbar u l-aktar importanti għall-gżira ta' Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li hemm vertenzi ta' natura legali li l-Ministeru għal Għawdex mhux parti fihom, ma hemm xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt f'mistoqsija parlamentari 5688.
Leg 13 PQ #5885 Sitting 120 2018-05-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – nefqa fuq IT equipment

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa ta' kull dipartiment u entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha f'dak li hu IT equipment minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? X'kien kull tip ta' IT equipment li fuqu saret din in-nefqa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5787 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persuni ingaġġati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġodda, fuq bażi permanenti/kuntratt indefinit jew b'kuntratt definit jew impjegati ingaġġati permezz ta' xi skema tax-xogħol, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u l-iskala ta' salarju ta' kull impjegat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #5790 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nefqa fuq materjal stampat

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħtha, kemm kienet in-nefqa f'materjal stampat minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? F'kull każ x'kien l-iskop li għaliha sar l-istampar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5780 Sitting 117 2018-05-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Master Plan għal Kemmuna – konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ikkonċernati dwar il-Master Plan għal Kemmuna? Meta hu maħsub li se jkun iffinalizzat dan il-Master Plan u min huma l-periti inkarigati mill-Ministeru tagħha fuq dan il-pjan?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-pjan ġie mgħoddi lill-ERA għall-kummenti, approvazzjoni u emendi. Il-Periti inkarigati huma d-ditta Doric Studio.