Persuni bl-età tal-pensjoni — xogħol full-time u part-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawk li għalqu l-età tal-pensjoni ta’ 61sena għadhom fid-dinja tax-xogħol? Kemm minnhom qed jaħdmu full-time u kemm part-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont l-informazzjoni li għandha l-Korparzzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, fl-aħħar ta’ Novembru 2009, in-numru ta’ persuni li għalqu l-età tal-pensjoni ta’ 61 sena u għadhom fid-dinja tax-xogħol hu ta' 6,970 persuna. 2,399 jaħdmu full time filwaqt li 4,571 jaħdmu part time.
Tista' l-Ministru tispjega fil-preżent fl-etajiet kollha ta' edukazzjoni ta' bilfors (compulsory education) kemm-il siegħa fil-ġimgħa l-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-gvern jitgħallmu:
a) arti;
b) drama; u
ċ) mużika?
Kemm għandna għalliema tal-arti, drama u mużika? Ma' kemm-il skola jridu jlaħħqu dawn l-għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma t-tuition centres li għadhom qed jistennew li jinħarġilhom il-MEPA Compliance Certificate? Tista’ tgħid kemm ilhom jistennew li jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat? Tista’ tgħid f’kull ċentru x’inhu x-xogħol li jrid isir biex jinħarġilhom dan iċ-ċertifikat? Tista’ tgħid jekk kull ċentru ngħatax data sa meta jrid jagħmel dan ix-xoghol meħtieġ? Jekk iva, x’inhi d-data li ngħata kull ċentru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Malti għall-Kwalifiki — rikonoxximent ta' ċertifikati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jirrikonoxxix dawn il-korsijiet: IUKB MBA (Banking/Tourism Business), IUKB BBA Business (Tourism/Business) mogħtija mill-Institut Universitaire Kurt Bosch u l-kors BBA (Hons) mogħti minn Tbilisi Saero Universiteti Metekhi (Georgia) li huma offruti f’Malta mill-European Institute of Education (EIE)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Institut Universitaire Kurt Bosch huwa istitut rikkonoxxut u akkreditat mill-Konferenza tar-Retturi tal-Universitajiet Svizzeri. Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jirrikonoxxi biss kwalifiki maħruġa minn dan l-istitut (IUKB) inkluż l-MBA (Banking and Tourism Business) u l-IUKB BBA(Tourism/Business) u b’ebda konnessjoni ma’ skejjel jew istituzzjonijiet oħra.
Il-Kunsill Malti għall-Kwalifiki jirrikonoxxi ukoll il-kwalifika BBA (Hons) mogħtija minn Tbilisi Saero Universiteti Metekhi rikkonoxxuta u akkreditata mill-awtoritajiet ta’ Georgia.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi hux se jagħmel arranġamenti biex studenti li kienu se jmorru sena barra fuq proġett Leonardo li issa jinsab sospiż, ma jitilfux sena fil-kors tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa l-Internship Unit tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi qed jagħmel l-aħħar preparamenti biex 90 student jibdew l-International Internship tagħhom f’Ġunju 2010. Minn dawn id-90 student hemm 8 studenti li ntlaqtu mis-sospensjoni temporanja tal-Lifelong Learning Programme. Qed isiru arranġamenti biex dawn l-istudenti jkunu jistgħu jwettqu l-Internship tagħhom ħalli jissodisfaw l-obbligi tal-programm ta’ studju tagħhom.
Tista' l-Ministru twieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentari 17295 paragrafu (b) li titlob li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea u dawk Maltin fuq il-kwestjoni tas-sospensjoni tal-programm Youth in Action?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-programm Life Long Learning, tista' l-Ministru tgħid:
a) kemm ħadu sehem żgħażagħ mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea sena b'sena skont kull skema tal-Life Long Learning Programme;
b) tindika għaliex ġie sospiż il-programm Life Long Learning u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea u dawk Maltin fuq din il-kwestjoni;
c) meta se jerġa' jiskatta l-Programm Life Long Learning;
d) x'passi se jieħu l-gvern biex xi ħaġa bħal din ma terġax tiġri;
e) x'se jagħmel il-gvern dwar it-talbiet pendenti sakemm il-programm jerġa' jiġi riattivat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tenut kont li ftit tas-snin ilu ngħatat l-opportunità biex nies li kienu impjegati, imma li ma kenux laħqu n-numru stabbilit ta' bolol, iħallsu d-differenza biex jibbenefikaw mill-pensjoni, tista' l-Ministru tgħid jekk hux se terġa' tingħata l-opportunità għal darb'oħra? Kemm kienu bbenefikaw l-aħħar darba li kien hemm din il-fakultà?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Persuna assigurata hija obbligata li tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali meta jkunu dovuti. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jipprovdi għal eventwalita’ fejn ikun hemm nuqqas ta’ kontribuzzjonijiet. Infatti l-Att jipprovdi d-dritt għal persuni li jaħdmu għal rashom li jħallsu arretrati tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali iżda l-perjodu ta’ arretrati ma jistax ikun għal aktar mill-aħħar ħames snin minn meta issir it-talba. Fil-każ ta’ persuna impjegata in-numru ta’ snin mhux imħallsa fejn hemm impjieg huma dovuta kollha u m’hemmx terminu bħala arretrati.
Aktar milli jkun hemm amnestiji għal nuqqas ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet dovuti, hija importanti l-edukazzjoni tal-persuni assigurati li jħallsu l-kontribuzzjonijiet meta jkunu dovuti biex wara ma jkunx hemm problemi għad-dritt għal benefiċċji kontributorji. Ma rridux ninsew li l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jitħallsux biss għal skop ta’ pensjoni għall-irtirar iżda għall-benefiċċji u pensjonijiet oħra li jistgħu jkunu dovuti ferm qabel il-persuna tiġi għal Pensjoni għall-irtirar.
Tista' l-Ministru tgħid kull meta jiġi maħtur l-Adoption Board?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont sub-artiklu (4) ta’ Artiklu 3 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Adozzjoni, “Il-membri tal-Bord għall-Adozzjoni għandhom jinħatru mill-Ministru għal perjodu minimu ta’ sentejn”
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa' l-Adoption Board f'dawn l-aħħar tliet snin u meta? Kemm ġew ikkunsidrati u finallizzati study reports f'kull laqgħa/seduta tal-Bord?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru talbiet għall-adozzjoni f'dawn l-aħħar tliet snin? Tista' tgħid kemm saru talbiet għall-adozzjoni kull sena separatament, minn persuni waħedhom u tindika s-sess, u minn koppji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
2007 - 10 nisa waħedhom u minn 38 koppja
2008 - 9 nisa waħedhom u minn 56 koppja
2009 - 11 –il persuna (10 nisa waħedhom u minn (1) raġel waħdu) u 75 koppja
2010 - 2 minn nisa waħedhom u 12-il koppja.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru home study reports f'dawn l-aħħar tliet snin, kull sena separatament? Kemm minnhom ġew approvati u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni dwar kemm saru Home Study Reports f’dawn l-aħħar 3 snin hi kif tidher hawn taħt:
2007 – Saru 51 Home Study Reports u ġew approvati 48.
2008 – Saru 39 Home Study Reports mill-Appoġġ. Tnejn (2) minn dawn ma ġewx aċċettati mill-Adoption Panel (skont il-liġi preċedenti); Id-Dipartiment kien lesta Home Study Reports li kienu inbdew fis-sena ta’ qabel peress li dan kien perjodu ta’ transizzjoni.
2009 – L-Aġenzija għamlet 47 Home Study Reports. Dawn kollha ġew approvati mill-Adoption Board
Każijiet pendenti hemm 35 li qegħdin jinħadmu, 13 –il każ li qegħdin għall-approvazzjoni tal-Board u 50 każ fil-waiting list.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm staff li jaħdmu mal-Adoption Unit u xi grad għandom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm erba’ (4) social workers full-time li qed jaħdmu mal-Adoption Unit. Hemm ukoll social worker ieħor li se jiġi reklutat għall-pożizzjoni ta’ social worker f’dan il-Unit.
L-erba’ (4)
full-timers
li bħalissa huma impjegati fil-
unit
kollha għandhom il-
warrant
u għalhekk jitħallsu skont il-Grad 10 tal-Ftehim Kollettiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS).
kulleġġ li mhux aċċessibbli għal persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li l-kulleġġ, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, liema kulleġġ jagħti korsjiet tal-MCAST fl-IT, fl-aħħar gimgħat biddel il-bini fejn jingħataw dawn l-istess korsijiet għal bini li mhux aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? U dan meta l-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jingħataw dawn il-korsijiet jitolbu aċċessibilità ghal persuni b’diżabilità.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalita’ fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni qed jistenna li jirċievi l-MEPA Compliance Certificate mis-St. Martin’s Institute of Information Technology għas-sit li minnu qed jagħti servizz ta’ istruzzjoni, u li qiegħed fi Triq Schembri, l-Ħamrun.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm early school leavers matul is-snin 2007,2008, 2009 ? Mil-liema skejjel kienu u jekk tista' tikkategorizza l-età li kellhom meta telqu l-iskola u kemm fallew skola qabel l-età obbligatorja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ma pprovdietx post alternattiv lill-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li għandha żewġt itfal b'diżabilità u li għandha problemi ta' vjolenza domestika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onorevoli Interpellant hu kompletament żbaljat fil-premessa tiegħu. Il-persuna in kwestjoni kienet allokata fond ġdid flimkien mar-raġel tagħha ġewwa l-Imsida f’Mejju 2006. Meta l-koppja bdew il-proċeduri tas-separazzjoni, li għadhom sal-lum mhux finalizzati, s-Sinjura telqet mill-post tal-Imsida u marret toqgħod ġewwa Birkirkara. Din is-Sinjura ġiet offruta appartament ieħor ġdid bi tlett ikmamar tas-sodda ġewwa l-Imtarfa però din lanqas ridet tarah u rrifjutatu għax stqarret li kien 'il bogħod. L-Awtorità tad-Djar reġgħet allokat lis-Sinjura post isfel ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien nhar id-9 ta' Diċembru, 2009 liema post ġie rrifjutat għax kellu żewġt ikmamar tas-sodda. L-applikanta qaltilna li hi għandha bżonn tlett ikmamar tas-sodda minħabba li t-tifla kienet se mmur toqgħod magħha ukoll. Għalhekk l-awtorità reggħet allokatilha post ġdid isfel bi tlett ikmamar tas-sodda ġewwa l-lokalità ta' Bormla liema post reġa' ġie rrifjutat għax is-Sinjura qalet li l-post kien umduż u mhux tajjeb għal saħħet it-tfal. Dan iffisser li l-Awtorità tad-Djar pruvat kull mezz possibli sabiex din il-familja tingħata post alternattiv.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex is-single parent b'żewġt itfal li dettalji tagħha qed jintbagħat separatament, li applikat għal post alternattiv aktar minn ħames snin ilu u li m'għandhiex post fejn tgħix, għadha ma ġietx provduta b'post tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onorevoli Interpellant għandu jagħti parir lill-persuna indikata minnu biex tmur għand l-uffiċċju tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tara fejn waslet l-applikazzjoni tagħha.
Tista' l-Ministru tara li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibgħat lill-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, il-flus li ilhom dovuti lilha mis-sena 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.