Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imqabba — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Imqabba minn Infrastructure Malta matul is-sena 2024 u x'tip ta' xogħlijiet ser isiru f'kull triq li ser issir, jekk hux ser jinbidlu xi servizzi u liema u f'liema minn dawn it-toroq ser isiru water culverts u service ducts biex is-servizzi li bħalissa għaddejjin mal-faċċati tad-djar jgħaddu minnhom? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tkun qed taħdem fuq numru ta’ toroq skont prioritajiet mgħotija lilha mill-kunsill rispettiv. F’kull każ, qabel jibda ix-xogħol, isir proċess ta’ konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex proposti tagħhom fejn jirrigwardja infrastruttura ta’ servizzi jiġu nklużi fil-proġett rispettiv. Infrastructure Malta twettaq dawn il-proposti kif mressqa mill-entitajiet kompetenti.

Iż-Żurrieq – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità taż-Żurrieq minn Infrastructure Malta matul is-sena 2024 u x'tip ta' xogħlijiet ser isiru f'kull triq li ser issir, jekk hux ser jinbidlu xi servizzi u liema u f'liema minn dawn it-toroq ser isiru water culverts u service ducts biex is-servizzi li bħalissa għaddejjin mal-faċċati tad-djar jgħaddu minnhom? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tkun qed taħdem fuq numru ta’ toroq skont prioritajiet mgħotija lilha mill-kunsill rispettiv. F’kull każ, qabel jibda ix-xogħol, isir proċess ta’ konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex proposti tagħhom fejn jirrigwardja infrastruttura ta’ servizzi jiġu nklużi fil-proġett rispettiv. Infrastructure Malta twettaq dawn il-proposti kif mressqa mill-entitajiet kompetenti.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Raħal Ġdid — Triq il-Vittmi tax-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena huwiex previst li Triq il-Vittmi tax-Xogħol, f’Raħal Ġdid senjatament l-aħħar parti tagħha, issir mill-ġdid, billi ma tinsabx fi stat tajjeb bl-użu kostanti tagħha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li t-triq imsemmija ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.

E-Scooters — Operaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-investiment li sar fuq l-e-scooters mill-operaturi jiġi b’xi mod rikuperat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu tal-e-scooters privati se jkompli f’pajjiżna u għalhekk jibqa l-bżonn ta’ faċilitajiet u investimenti ġodda. Il-bidla li tħabbret hija esklussivament biex tipprojbixxi l-e-scooters mikrija li kienu qed joħolqu inkonvenjent assolut għar-residenti fl-ibliet u l-irħula. Dik is-sistema ma ħadmitx u huwa fatt li r-responsabbilita ta’ min huwa sid ta’ e-scooter hija ferm differenti mir-responsabbilita ta’ min jikrih għal ftit jiem li jqatta f’pajjiżna. Dan jirrikonoxxuh prattikament l-operaturi kollha f’dan il-qasam li bħalissa qiegħed f’kuntatt magħhom dwar il-futur tas-sistemi alternattivi ta’ trasport li l-Gvern qed juri bil-fatti li huwa kommess li jkompli jintroduċi.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tal-Vetturi tad-Direttorat tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi ta’ dawn il-ħaddiema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm disgħa u għoxrin persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Vetturi (Heavy Plant/Vehicles, Light Vehicles, Miscellaneous) tad-Direttorat tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: • Senior Technical Officer • Assistant Technical Officer • Officer in Grade 11 in the Industrial & Supervisory Class • Assistant Foreman • Senior Tradesman • Trademan • Foreman • Senior Operative

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Metall – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tal-Metall fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi ta’ dawn il-ħaddiema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tnax-il persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Metall fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: • Senior Technical Officer • Senior Tradesman • Tradesman

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Aluminju – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fi ħdan is-Sezzjoni tal-Aluminju tad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi tagħhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm disa’ persuni jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Aluminju fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: Senior Technical Officer Assistant Technical Officer Senior Tradesman Tradesman Senior Operative Labourer

Il-Fgura u l-Belt Valletta — rotta ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li tinħoloq rotta ġdida għall-Fgura li tkun titlaq mill-Belt Valletta sal-Mina ta’ Hompesch u ddur lura lejn il-Belt Valletta? Jista’ dan is-servizz jibda tal-inqas jingħata matul il-ġimgħa bejn is-6.00 a.m. u 9.00 a.m. u bejn 4.00 p.m. u 7.00 p.m. peress li f’dawn il-ħinijiet ikun hemm ħafna nies sejrin u ġejjin b’mod partikolari lejn u mix-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Settembru 2023, wara stħarriġ fuq il-frekwenzi fl-użu ta’ bus stops ġewwa l-Fgura, żdiedu il-frekwenzi tar-rotot 91 u 92 lejn il-Belt Valletta. Madanakollu, inżid li qed tittieħed nota ta’ dan is-suġġeriment u għaldaqstant, ser isir aktar stħarriġ fl-istess lokalità sabiex jiġi determinat jekk dawn iż-żidiet fil-frekwenzi kienux ekwi jew hemmx bżonn ta’ aktar interventi.

Pjazza Spinola u Paceville Avenue – Proġetti

Question

Peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15340 fir-rigward tal-proġett tar-refurbishment ta’ Pjazza Spinola/Paceville Avenue, ġejt mitlub nistaqsi lill-Ministru kkonċernat, u peress li skont risposta mogħtija għal mistoqsija li kienet saret lill-Ministru għat-Turiżmu kien intqal li x-xogħlijiet infrastrutturali kienu se jinbdew, jista’ issa l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq dan il-proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta b’kollaborazzjoni ma TZRA, bdiet twettaq proġett ta’ riġinerazzjoni fi Triq Paceville, San Giljan. Ix-xogħol beda ftit jiem ilu.

Toroq li ser jingħataw wiċċ ġdid – Tieni Distrett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fit-Tieni Distrett Elettorali li ser jingħataw wiċċ ġdid matul din is-sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq illi ġew proposti mill-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti mit-tieni distrett.

Malta u Għawdex — Pedestrian overpass lifts - Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15807 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15417, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid għal kull wieħed mill-pedestrian overpass lifts li hawn f'Malta u f’Għawdex, kemm kien hemm rapporti li ma kienx qed jiffunzjona minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Każ tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15920, jista’ l-Ministru jgħid x'bi beħsiebu jagħmel biex isir magħruf kemm hawn nies isuqu bil-liċenzja tas-sewqan fit-toroq tagħna li possibbilment ma jikkwalifikawx għaliha u allura qed ikunu ta' periklu fit-triq għalihom infushom u għal ħaddiehor? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jikkonferma li ma qed isir l-ebda tentattiv biex dawn jiġu identifikati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15575.

Toroq — Tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded fis-sena 2017 biex toroq jinbnew mill-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq, f’kemm minn dawn inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa – Triq it-Tabib Joseph Grech Attard – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jibda u jiġi konkluż ix-xogħol ta’ asfaltar fi Triq it-Tabib Joseph Grech Attard, fil-Mellieħa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din it-triq għaddej koordinament ma’ entitajiet terzi li għandhom xogħol pendenti fl-akkwati. Meta dan ix-xogħol ikun komplut Infrastructure Malta tkun tista' tiskatta proċeduri stabiliti biex isir wiċċ tat-triq.

Infrastructure Malta – Toroq li se jsiru fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq f’Malta (arterjali u residenzjali) se jkunu qed isiru minn Infrastruttura Malta (lokalità lokalità) matul is-sena 2024? Jista’ wkoll għal kull triq jgħid jekk hux se jsir “major patching” jew inkella bini mill-ġdid?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Ix-xogħolijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsilli Lokali pproponew.

L-Imġarr — Triq Sir Temi Zammit - Petizzjoni MP-4 - Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi risposti jew aġġornamenti għall-Petizzjoni MP-4 – Onor. Ian Vassallo – Diskussjoni għal sistema ta’ Traffic Management aħjar fi Triq Sir Temi Żammit, l-Imġarr?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Birżebbuġa — Triq Tal-Ġebel - Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitkompla u jitlesta l-proġett ta' Triq Tal-Ġebel, f'Birżebbuġa sabiex jiġi ffaċilitat li l-vetturi jkunu jistgħu jduru għal Triq ir-Raddiena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn spezzjonijiet li saru din l-aħħar ġimgħa ma jirriżulta li hemm l-ebda xogħol eżistenti għaddej li jrid jitkompla jew li qiegħed jimpedixxi l-aċċess minn Triq il-Gebel ghal Triq ir-Raddiena. L-aċċess għal Triq ir-Raddiena minn Triq tal-Ġebel huwa miftuħ miż-żewġ trufijiet ta’ triq ir-Raddiena.