B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17249, peress li jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Qorti li qed issir referenza għaliha f’din it-tweġiba tikkonċerna unikament ir-rifjut tat-talba tal-familja għal Inkjesta Magisterjali u ma tipprovdi xejn dwar dak li hemm fil-mistoqsija, jista’ l-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija 17249 u jgħid għalfejn l-Isptar Mater Dei qed jirrifjuta li jipprovdi lill-familja informazzjoni dwar kif qed jinżamm il-katavru tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17756.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17250, peress li jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Qorti li qed issir referenza għaliha f’din it-tweġiba tikkonċerna unikament ir-rifjut tat-talba tal-familja għal Inkjesta Magisterjali u ma tipprovdi xejn dwar dak li hemm fil-mistoqsija, jista’ l-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija 17250 u jgħid għalfejn l-Isptar Mater Dei mhux qed iħalli lill-familja tara l-katavru tal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fil-Kamra Mortwarja?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17756.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17251, peress li jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Qorti li qed issir referenza għaliha f’din it-tweġiba tikkonċerna unikament ir-rifjut tat-talba tal-familja għal Inkjesta Magisterjali u ma tipprovdi xejn dwar dak li hemm fil-mistoqsija, jista’ l-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija 17251 u jgħid kif inhu aċċettabbli li sptar pubbliku jirrifjuta kompletament li jikkomunika mal-familjari tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jibqa' jżomm il-katavru tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17756.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni bil-kundizzjoni tal-epilessija f’pajjiżna? Jista' jagħti wkoll informazzjoni dwar l-età ta' dawn il-persuni u kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn 5,182 persuna bil-kundizzjoni tal-epilessija. Minnhom, 2,458 huma nisa u 2,724 huma rġiel.
L-etajiet tagħhom huma hekk:
Età
Feminili
Maskili
0 - 10
13
166
11 - 20
228
284
21 - 30
287
377
31 - 40
289
430
41 - 50
335
332
51 - 60
285
300
61 - 70
344
329
71 - 80
360
358
81+
194
148
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani matul l-aħħar sena? Jekk iva, meta u fejn saru u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikel li qiegħed jingħata lill-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani mhuwiex l-Awtorità kompetenti sabiex tagħmel spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani. Hemm Awtorità regolatorja imwaqqfa għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani mill-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani? Jekk iva, meta saru u fejn saru u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikel li qiegħed jingħata lill-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li pazjenta tistenna biex tagħmel test tal-mammogram hawn Malta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa qed jiġu mistiedna nisa bejn 51 u 69 sena kull sentejn u nofs. Iż-żmien ta’ stennija lil hinn mill-intervall rakkomandat huwa skont il-patient’s charter.
Fil-każ tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, dawk in-nisa li jkunu qabżu l-perjodu rakkomandat mill-iskrinjar preċedenti, jistgħu jċemplu biex jerġgħu jiġu skrinjati.
Sptar Mount Carmel – Spazju għall-persuni bl-awtiżmu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar Mount Carmel hemmx spazju dedikat għal nies, tfal u adulti, li jbatu minn awtiżmu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li persuni li jbatu mill-awtiżmu li jidħlu l-Isptar Monte Carmeli, jidħlu fis-sezzjoni tal-Isptar tat-tfal jew kbar skond l-età li jkollhom. Kull pazzjent jkollu għajnuna individwalizzata skond il-ħtieġa tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat għall-prosthesis tas-sieq u kemm hemm waiting list għaliha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kull ċittadin Malti jew barrani li għandu/ha permess ta’ residenza jista’/tista’ ikollha riferta għal dan is-servizz. Infurmat ukoll li m’ hemm l-ebda pazjent ġdid jistenna appuntament.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex individwu jkun jista' jilmenta dwar nuqqas ta' servizz li jista' jkun qiegħed jingħata lill-anzjani fid-djar kemm tal-istat kif ukoll tal-privat taħt ftehim ta' Public-Private Partnership (PPP)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Il-proċedura sabiex individwu jkun jista' jilmenta dwar nuqqas ta' servizz li jista' jkun qiegħed jingħata lill-anzjani fid-djar kemm tal-istat kif ukoll tal-privat taħt ftehim ta' Public-Private Partnership (PPP) huwa, billi jċempel l-Awtorità tal-Istandards Għall-Persuni Anzjani fuq in-numru 25494400 jew jibgħat e-mail feedback.opsa@gov.mt kif ukoll Ċentru Servizz Anzjan fuq in-numru 22788900.
San Pawl il-Baħar/Buġibba — Dar tal-Anzjani Casa Serena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jirrisjedu bħalissa fid-Dar tal-Anzjani Casa Serena ġewwa Buġibba, San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm kien in-numru ta' anzjani li kienu jgħixu f'din id-dar mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) din is-sena jew minn meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid ukoll jekk saritx spezzjoni u/jew spezzjonijiet, jekk sarx/ux rapport/i li jirrakkomandaw bidliet li għandhom isiru mill-fornitur? Jista' jgħid ukoll x'inhuma dawn il-bidliet li qed jiġu rrakomandati u f'kemm żmien iridu jsiru dawn il-bidliet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani bejn Jannar u Marzu tal-2024 għamlet total ta’ 264 spezzjonijiet fis-servizzi liċenzjati tal-anzjani li minnhom saru 264-il rapport. Minn dawn l-ispezzjonijiet l-Awtorità rrimarkat 272 nuqqas li kienu rigward is-servizz mogħti, l-ambjent, l-istaff u l-amministrazzjoni.
Tajjeb li ngħidu li l-Awtorità se tkun qed tagħmel żjarat ta’ spezzjoni oħra fi żmien qasir sabiex tara illi dawn in-nuqqasijiet qed jiġu indirizzati. L-Awtorità ma teskludix illi fid-dawl illi dak li rrakomandat minnha ma jidħolx fis-seħħ, ma jkolliex triq oħra iżda li tieħu passi oħra sabiex il-benessere tal-anzjani jkun imħares kif suppost.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' uffiċjali pubbliċi li ġew assenjati biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom mal-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA)? Jista' jgħid ukoll mil-liema dipartiment jew dipartimenti ġew trasferiti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Intrpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18136.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14551, 14902, 15495, 16645, 17299 u 17715 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.