Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett ANZAC Memorial

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsieb għandu l-Gvern biex jikkontribwixxi għall-proġett ANZAC Memorial?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ma saret l-ebda talba lil dan il-Ministeru għal xi forma ta’ għajnuna għall-imsemmi proġett.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — qbil mar-rakkmandazzjoni proposta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bħala Ministeru għadhomx jaqblu mar-rakkmandazzjoni proposta fir-rapport dwar l-enerġija : 3A4 measures proposed li: "in accordance with the conclusions of the studies carried out, the government will pursue the realisation of the required infrastructure for the provision of a natural gas supply"?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

New Water Saving Campaign — informazzjoni

Question

B’referenza għan-New Water Saving Campaign li kellha tibda din is-sena u li qiegħda mniżżla bħala measure proposed 1a.4 fir-rapport imħejji dwar Energy Policy għal pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-kampanja, meta ġiet introdotta u minn min qed titmexxa? Kemm se tiġi tiswa l-kampanja u x’inhuma l-allokazzjonijiet medja sector by sector għaliha? Din kienet kampanja għaliha jew sempliċiment bħala parti mill-Kampanja Switch?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

provvista tal-elettriku — studju

Question

Billi fir-rapport dwar l-enerġija ta' pajjiżna intqal ċar u tond li l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kienet ikkummissjonat studju biex jinvestiga l-options kollha għall-provista tal-elettriku bejn is-sena li għaddiet sas-sena 2020, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan l-istudju u meta mistenni jintemm u jiġi pubblikat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

rapport dwar l-enerġija — take up tal-grants

Question

Billi fir-rapport dwar l-enerġija li ġie ppubblikat mill-Ministeru ntqal li l-gvern kellu suċċess b’ħafna miżuri dwar energy efficiency, jista' l-Ministru jgħid x’kien it-take up tal-grants indikati fl-istess rapport minn kemm ilhom li ġew introdotti dawn l-iskemi : - grants on the purchase of electrical vehicles - roof insulation - double glazing Kemm kien hemm banek kummerċjali li saru taħdidiet magħhom dwar loans sussidjati marbutin ma' investiment f’ energy efficiency u liema kienu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex ikun iktar speċifiku dwar liema rapport qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.

energy plan — proposta

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-proposta li hemm fl-energy plan tal-Gvern li jsir studju dwar il-potenzjal tal-użu ta' low grade geothermal energy għal heating u cooling?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Environment Landscaping Consortium — kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas fis-sena l-Gvern lill-Environment Landscaping Consortium? Għal kemm-il sena ġie ffirmat dan il-kuntratt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-kuntratt preżenti jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2012 u b’dan il-ftehim l-ELC jirċievu massimu ta’ €7 miljun fis-sena għax-xogħol ta’ manutenzjoni u €465,875 fis-sena għall-proġetti ġodda.

Mixtliet u postijiet oħra pubbliċi f'idejn il-consortium

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-mixtliet u postijiet oħra pubbliċi li l-Gvern għadda f’idejn dan l-Environment Landscaping Consortium?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Environment Landscaping Consortium għandu l-inkarigu li jżomm u jmantni t-toroq arterjali u ġonna li jaqgħu taħt il-Gvern Ċentrali u jopera mill-Mixtla ta’ Wied Inċita, Ħ’Attard. Il-Ġonna pubbliċi li tagħhom l-ELC hija responsabbli biss għall-manutenzjoni tal-landscaping huma skond kif ġej: Il Barrakka ta’ Fuq Il Barrakka t’Isfel Il-Ġnien Herbert Ganado Il-Mall L-Argotti San Filippu San Maison San Anton Orange Groves tal-Buskett

Rappreżentant tal-Gvern fuq dan il-Consortium

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa r-rappreżentant tal-Gvern fuq dan l-Environment Landscaping Consortium li jara li l-flus jintefqu b’mod ekonomiku biex ma jkunx hemm ħela ta’ rizorsi minn dan il-Consortium?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li fuq l-Environment Landscaping Consortium hemm Monitoring Unit biex jesegwixxi u jikkontrolla l-kuntratt. U fuq dan il-Unit hemm bord li fih rappreżentanti mill-Ministeru tal-Finanzi u Investiment, mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u mill-Ministeru tat-Trasport, Infrastruttura u Komunikazzjoni. Dan il-Bord hu mmexxi minn Chairperson, is-Sur Michael Mercieca.

Proġetti mhux aċċettati għall-fond ambjentali mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet? Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s- selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li issieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

feasibility study fuq dokument A Proposal for an Energy Policy For Malta

Question

B’referenza għad-dokument riċenti ‘A Proposal for an Energy Policy For Malta’ jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-feasibility study li għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi fejn din qalet li kkonsidrat diversi għażliet dwar il-provvista ta’ gass naturali fosthom permezz ta’ pipeline interconnection bejn Gela u Delimara, liquified natural gas terminal f’Delimara Power Station bi trasport via sea vessels u compressed natural gas li jinvolvi l-ħażna u t-trasport ta’ gass kompressat f’pipes ġewwa sea vessels? Jista' jara li jiġu inklużi wkoll ir-rakkmandazzjonijiet finali fejn jintqal li skond l-istudju, liquified natural gas terminal bi s torage capacit y ta’ 600,000 cubic m tkun l-aħjar għażla u li l-introduzzjoni tal-gass naturali apparti milli jgħin fid-diversifikazzjoni, fil-ġenerazzjoni tal- fuel jikkontribwixxi sostanzjalment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal- carbon dioxide flimkien ma' pollutants oħrajn ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pjazza San Ġorġ — monumnet tas-Sette Guigno

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-monumnet tas-Sette Guigno li kien f'Pjazza San Ġorġ? Fejn se jitwaħħal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li għalissa l-monument qiegħed jinżamm f’maħzen sakemm jiġi nkorporat fil-proġett tal-bini fil-parlament il-ġdid.

Food security and safety regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-irziezet f'pajjiżna huma compliant ma' Food Security and Safety Regulations tal-Unjoni Ewropea? X'għajnuna qed jagħti l-Gvern biex jgħinhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa sabiex jiġu compliant? Kemm minn dawn il-farms ġew mibdula għall-użu ieħor? X'ser jiġri minn dawn il-farms meta l-għajnuna finanzjarja diretta tieqaf fi tmiem is-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma li f'żoni bħall-Magħtab hemm tmienja biss minn 24 razzett li għadhom joperaw bħala farms u li ħafna minn dawn jinsabu f'qagħda ħażina ferm? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jitħallew ikomplu joperaw minħabba fil-kundizzjonijiet li jinsabu fihom? X'garanzija għandu l-konsumatur li l-Gvern qed jpoġġi l-interessi u l-kunsiderazzjonijiet tal-istess konsumaturi dwar il-food security and safety l-ewwel u qabel kollox?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — skart għar-riċiklaġġ

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12287, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-ammont indikat fir-risposta fil-fatt inġabar f'Lulju, Awwissu u Settembru 2008? Kemm imbagħad kien il-ġbir fit-tliet xhur Ottubru, Novembru u Diċembru 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-ammonti li nġabru fix-xhur mitluba kienu kif gej: Lulju – 16,680 kg Awwissu – 20,820 kg Settembru – 18,220 kg Ottubru – 19,220 kg Novembru –14,580 kg Diċembru – 11,620 kg

WasteServ — tbattil ta' skips

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12293, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk il-WasteServ nnifisha żżommx rekord tal-frekwenza li biha jitnaddfu dawn is-siti, u jekk fil-fatt ittieħdux miżuri biex tiżdied il-frekwenza tat-tindif ta' siti partikolari? Tista' l-WasteServ tibda tiġbor l-informazzjoni neċessarja dwar dan l-iskart fuq bażi lokali minflok fuq bażi nazzjonali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-WasteServ iżżomm rekord tal-frekwenza li biha jitnaddfu l-bring-in-sites u tieħu miżuri biex iżżid il-frekwenza meta jkun meħtieġ. Bħalissa l-WasteServ tbattal dawn is-siti fuq bażi ta’ tipi ta’ l-iskart, u mhux bil-lokalità, għaldaqstant l-informazzjoni tinġabar fuq bażi nazzjonali. Kunsill Lokali jista’ faċilment jagħmel arranġament ma’ skema awtorizzata u b’hekk ikun jaf kemm qed jiġġenera skart, skont il-kunsill tiegħu, anki fil- Bring-in-sites.

Fondi ta' l-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi s'issa ta' persuni li abbużaw billi ħadu fondi ta' l-Unjoni Ewropea ta' għajnuna għall-bdiewa meta applikaw fuq għelieqi li wara rriżulta li m’għandhomx titlu fuqha? Kemm kienu l-ammont ta’ fondi li ngħataw? X’passi ttieħdu dwar dawn l-abbużi? X’xogħol isir biex meta jiġu proċessati l-applikazzjonijiet jiġi verifikat ukoll jekk l-art li fuqha ssir l-applikazzjoni għandhomx titlu fuqha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Construction wastes

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi statistika dwar construction waste li ġie dumped f’barrieri privati, b’lista sħiħa tagħhom mis-sena 2007 sal-lum? Kemm ġie dumped construction waste f’public landfills bħal Magħtab fl-istess medda ta’ żmien? Liema tenders jeżistu għad-dumping ta’ construction waste fil-Magħtab u kemm minnu qed jiġi riċiklat? Kemm qed jitħallas il-kuntrattur involut u min huwa? Kemm ġie dumped construction waste fil-baħar fl-istess perjodu? Jista' jikkonferma jekk fil-kaz tal-proġett ta’ Smart City dan il-construction waste qed jiġi dumped fl-offshore dumping zone?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kumitat tar-Riabilitazzjoni — xogħlijiet imwettqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet wettqu l-Kumitati tar-Riabilitazzjoni tal-Imdina, Kottonera, u tal-Belt Valletta matul dawn l-aħħar 12-il xahar, kull kumitat separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar — Bieb is-Sultan - park nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta effettivament se jinbeda x-xogħol fuq il-park nazzjonali li kellu jsir ħdejn Bieb is-Sultan, fil-limiti ta' Ħaż-Żabbar? Jaf il-Prim Ministru li din id-data ilha titmexxa minn data għall-oħra għal diversi snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-park f’Ħaż-Żabbar qed jiġi kkunsidrat għall-programm ta’ xogħlijiet għat-tliet snin li ġejjin