Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gudja – Librerija Pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika fil-Gudja u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika tal-Gudja ġew mislufa 23,834 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 19,297 bejn Jannar u Ottubru tal-2021. Il-librerija inagħtat mitejn u tlett (203) kotba b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija disgħa u tletin (139) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.

Ix-Xemxija — Triq il-Preistorja - servizzi mgħoddija

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu li jinsab fi Triq il-Preistorja fix-Xemxija u li m’għandu l-ebda servizzi mgħoddija minnu/fuqu, jitneħħa mill-Kunsill Lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba ghal-Mistoqsija Parlamentari numru 23040.

San Pawl il-Baħar – Triq Sir Luigi Preziosi u l-Plajja tal-Bognor – tranġar ta’ bozoz maqtugħin

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex bozoz maqtugħin f’toroq Sir Luigi Preziosi u l-Plajja tal-Bognor f’San Pawl il-Baħar jinbiddlu/jitranġaw?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ħsara li kien hemm f’toroq Sir Luigi Preziosi u l-Plajja tal-Bognor f’San Pawl il-Baħar issewwiet.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi tal-persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Triq San Ġużepp/Triq l-Iskola

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni u jara x’kien il-kaġun u jaċċerta li nuqqas (anke jekk seta’ kien aċċident) bħal dan li jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament ma jerġax iseħħ peress li din is-sitwazzjoni ħolqot inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi tal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll lill-istudenti li jattendu fl-istess skola? (Triq San Gużepp / Triq l-Iskola)

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.

Transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer sar minn St James Cavalier għal Directorate Corporate Services? Fuq liema bażi saru dawn it-transfers? X’karigi ngħataw dawn li ħadu t-transfer?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab mgħarraf li kien hemm persuna waħda illi ġiet trasferita minn St James Cavalier għad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, fil-grad ta’ precincts officer.

Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16368 u 21102, jista’ l-Ministru jgħid għala mit-18 ta’ Mejju 2021 sal-lum, Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja għadhom ma tlestewx?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħol kien wieqaf sakemm saru l-arranġamenti kollha mill-periti u l-kuntrattur biex jinbeda xogħol. Ix-xogħlijiet fit-toroq imsemmija reġgħu bdew mill-1 ta’ Settembru 2021 u jinsabu fi stadju avvanzat, fejn huma ppjanati li jitlestew lejn l-aħħar tas-sena.

Santa Luċija – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Santa Luċija (Malta) u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?

Response (HERRERA, JOSÈ)

L-informazzjoni fit-tabella t’hawn isfel hija minn Jannar sa Ottubru 2021: PQ Number Lokalita Donazzjonijiet Kotba mixtrija ġodda Kotba mislufa 22484 Santa Luċija 450 167 5907 Kotba mislufa fl-aħħar tnax il-xhar (Settembru 2020 sa Ottubru 2021) mill-Librerija ta’ Santa Luċija jammontaw għal 10,448.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura – persons of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22171, peress li l-mistoqsija parlamentari ma tirreferix għall-Ministru nnifsu iżda għall-Ministeru tiegħu jew l-ekwivalenti, f’dan il-każ il-Ministeru għall-Kultura, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn f’pagi u benefiċċji?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 22473.

Ix-Xagħra — Tirq Marga u Triq Għajn Damma

Question

Jista' l-Ministru jgħid, x'azzjoni ttieħdet u qed jieħu l-Kunsill Lokali tax-Xagħra rigward Triq Marga u Triq Għajn Damma, fix-Xagħra, Għawdex peress li dawn qed iċedu u hemm periklu għan-nies, sewwieqa u għall-bdiewa li għandhom l-għelieqi fl-inħawi u saħansitra f'dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm inċidenti fejn weġġgħu xi nies? Jista' jgħid fil-konkret x'sar fuq dawn iż-żewġ toroq f'dawn iż-żewġ toroq f'dawn l-aħħar tliet snin u kemm intefqu flus fuq dawn iż-żewġ toroq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, Tali stima taqbeż il-budget allokat għal Kunsill u għalhekk l-istess Kunsill qiegħed jesplora sorsi oħra minn fejn jista’ jiffinanzja tali proġett. L-Onorevoli Interpellant japprezza il-ħidma bla preċedent li qed issir fl-infrastruttra ġewwa Għawdex. Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Xagħra talab Perit biex jagħmel stima tax-xogħlijiet meħtieġa fuq din it-triq. Inżid li mhux dawn iż-żewġ toroq biss qed iċedu, iżda diversi toroq f’Għawdex, tort nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura minn Gvern Nazzjonalista tul is-snin Gvern Laburista se jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura ġewwa Għawdex u jkompli jagħti prijorita lill-gżira Għawdxija. Intant infurmat li Bħala miżura proviżorja tpoġġew ukoll tabelli stradali f’dawn l-inħawi sabiex is-sewwieqa jsuqu b'kawtela, sakemm jsir ix-xogħol li hemm bżonn.

Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar – attenzjoni fuq iż-Żona tax-Xemxija

Question

Jista’ l-Ministru jara li t-telqa li hemm prattikament fiż-żoni kollha tax-Xemxija jiġu mogħtija l-attenzjoni xierqa mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u dan wara li xhur ilu kont ġbidt l-attenzjoni għalihom, li però l-Kunsill naqas li jħares l-obbligi tiegħu fl-interess tar-residenti u baqa’ ma ħax azzjoni fuq il-maġġor parti tal-każijiet li kont ressaqt?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li minħabba diversi ċirkostanzi li l-Kunsill ma kellux kontrol fuqhom, ma kienx possibbli li l-ħsarat li tħallew jinġemgħaw għal bosta snin jittranġaw fi ftit ¿mien. Il-Kunsill għadu kif impjega persuna speċiċfikament għal xogħlijiet simili kif ukoll fil-ġranet li ġejjin mistenni jiġi ffirmat kuntratt relattat ma’ tender ġdid li għadu kif ingħata.

Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 21379 u 22369, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta effettivament ser jibda dan il-proċess għax ir-residenti qegħdin jum wara jum ibatu minn dan il-konvenjent?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.

Fondazzjoni Rota

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kellimx il-Fondazzjoni Rota tul din il-leġislatura u jekk din ġietx konsultata dwar il-Proġett li jrid jsir mill-ġdid ta’ Pjazza A De Paule f’Raħal Ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li ma sarux diskussjonijiet mal-fondazzjoni imsemmija.

Raħal Ġdid – Pjazza Antoine de Paule — xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 20118 u 22246, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dettaljatament x’inhuma dawn l-“up-grades” u jqiegħed ir-rapport tekniku li sar kif ukoll jindika meta ser jibda jsir ix-xogħol?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li wara laqgħa li saret bejn il-partijiet kollha inklu¿ il-Kunsill Lokali ta’Rahal Ġdid, ix-xogħlijiet jew upgrades ser jibdew minn issa pass pass skont il-ftehim bejn il-Kunsill Lokali u l-kuntratturi. Qiegħed inpoġġi r-rapport tekniku u l-Bills of Quantity fuq il-mejda tal-kamra. L-ispejje¿ ta’ dawn ix-xogħlijiet ser jitħallsu mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta.

Kemmuna – siti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20543 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jelenka s-siti storiċi li hemm fuq Kemmuna? Jista’ jgħid jekk hemmx siti minn dawn li huma devoluti u lil min huma devoluti? Jista’ jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru tiegħu f’kull sit li hemm f’Kemmuna?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fuq Kemmuna nstabu bosta skoperti arkejoloġiċi, li jinkludu dfin, fuħħar u sejbiet oħra, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar. Skoperti ta’ bini li nstabu fuq Kemmuna jinkludu: · It-Torri ta’ Santa Marija · Il-Batterija ta’ Santa Marija · Sptar ta’ Iżolament · Kappella ddedikata lir-Ritorn tas-Sagra Familja mill-Eġittu · Forn antik ( bakery ) · Ċimiterju · U binjiet oħra iżgħar bħal nissen hut , għassa tal-pulizija u karma mortwarja, li għadhom qed jiġu investigati mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali. Il-Batterija u t-Torri ta’ Santa Marija ngħataw lil Din l-Art Ħelwa f’arranġament ta’ tutela (guardianship agreement).

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kellu safra waħda biss tul din is-sena, fejn attenda l-InClassica Festival f’Dubai li fih ipparteċipat l-Orkestra Nazzjonali. Id-delegazzjoni ministerjali kienet tikkonsisti fil-Ministru nnifsu u konsulent. L-ispejje¿ ta’ akkomodazzjoni kienu mħallsa mill-organizzaturi, it-titjiriet ammontaw ghal sitt, elef ħames mija u sitt ewro (€6,560).

Kunsilli Lokali — Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jindika s-servizzi li ngħataw minn kull kunsill lokali fil-qasam soċjali, mal-anzjani, maż-żgħażagħ u t-tfal f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura la l-Ministeru nnifsu u lanqas l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma nnegogzjaw xi tip ta’ kirjiet fil-lok imsemmi.

Tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'TENDER FOR GENERAL ROAD ASPHALTING WORKS IN TA’ SANNAT' (CfT CA Unique ID: SNTLC 05/2021) u jgħid fiex wasal il-proċess ta' din l-imsemmija tender?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.