Ħaż-Żebbuġ — Kulleġġ San Injazju - Kapijiet tal-Iskola
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12152, 12517, 12993 u 13869 u jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il Kap tal-Iskola differenti kienu inkarigati mit-tmexxija tal-Kulleġġ San Injazju Ħaż-Żebbuġ Primary?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija, matul dawn l-aħħar tliet snin, kien hemm 5 kapijiet differenti inkarigati mit-tmexxija. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li 2 minnhom okkupaw din il-kariga matul il-vaganzi tas-sajf sakemm saret it-tranżizzjoni bejn kap u ieħor.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji tal-eleġibbiltà biex studenti minn pajjiżi terzi (TCN) ikunu eżentati milli jħallsu l-miżati għal studenti internazzjonali għall-korsijiet fl-Università ta’ Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex studenti minn pajjiżi terzi jkunu eżentati milli jħallsu l-miżati għall-korisjiet tal-Università ta’ Malta, jiddependi mill-istatus ta’ residenza tal-istess studenti. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13348 u jgħid xi żviluppi ġodda kien hemm għal dak li jikkonċerna t-tisħiħ tal-ħidma koordinata bejn il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), id-Dipartiment tas-Saħħa u l-iskejjel biex jiġi assigurat li jkun hemm passi preventivi biex jiġu mħarsa l-interessi tat-tfal, matul l-aħħar tnax il-xahar u x'titjib sar f'dan ir-rigward matul dan il-perjodu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li jsiru laqgħat u konsultazzjonijiet b’mod regolari bejn l-istakeholders konċernati sabiex dejjem jiġu mħarsa l-interessi tat-tfal.
Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-American University of Malta
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li hemm li jirregolaw il-ftehim bejn il-Gvern u l-American University of Malta (AUM) ġaladarba l-art li qed tokkupa din l-Università hija art pubblika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fi ħdan id-dekasteru tiegħi ma tat xi forma ta’ kuntratt jew ftehim ta’ servizzi/xogħol/konsulenza lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu matul l-2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tad-direct orders li ngħataw matul is-sena 2023 u jgħid ukoll l-ammonti mħallsa, is-servizz provdut jew mitlub, u lil min ingħataw dawn id-direct orders?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
San Pawl il-Baħar u l-Qawra – Bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13386 u jgħid jekk hux mistenni li jkun hemm ħtieġa ta' bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji ta' San Pawl il-Baħar u tal-Qawra rispettivament? Jekk iva, x'xogħol hu mistenni li jkun meħtieġ u meta hu mistenni li dan l-istess xogħol ikun jista' jinbeda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13389 u jgħid kemm hemm skejjel li ma humiex tal-Istat li huma liċenzjati biex fihom isir it-tagħlim, liema huma u fejn jinsabu? Minbarra l-iskejjel li jagħtu tagħlim fil-livell primarju u sekondarju, jista' jgħid kemm hawn skejjel tal-lingwi li huma mogħitja liċenzja biex jagħtu dan it-tagħlim? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn istituzzjonijiet li qed jagħtu edukazzjoni fil-livell post sekondarju u terzjarju u kemm minn dawn huma Maltin u kemm ma humiex Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13388 u jgħid jekk il-Ministeru biddilx il-pjanijiet tiegħu għal dak li jikkonċerna l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa? Jekk iva, jista’ jgħid fiex ser ikunu qed jikkonsistu dawn il-bidliet fil-pjanijiet għal din l-estensjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti l-pjanijiet għal estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa kif approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar, għaddejjin konsultazzjonijiet għall-bini mill-ġdid tal-iskola primarja u mistenni wkoll xi estensjonijiet fiż-żona ppjanata għall-parkeġġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12980, 13203, 13476 u 13638 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant i t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13433 u 13634 u jipprovdi lista tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet għal kull sena għall-perjodu 2016-2023 għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin:
• Rappreżentant mill-Università ta’ Malta;
• Rappreżentant mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija;
• Rappreżentant tal-Jobsplus;
• Rappreżentant mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi;
• Rappreżentant mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta;
• Rappreżentant mill-Malta Enterprise;
• Rappreżentant tas-soċjetà ċivili;
• Rappreżentant minn fost speċjalisti tat-tagħlim tul il-ħajja;
• Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni;
• Erba’ persuni oħra li għandhom kwalitajiet ta’ tmexxija, u li jifhmu l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol fil-kuntest ta’ soċjetà miftuħa, demokratika, ġusta, prospera u inklussiva?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11554, 11555 u 11556, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-siġra li tinsab f'art tal-eks grawnd tal-futbol Pace Grasso tiġi miżbura?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li qed jgħallmu fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid kemm minnhom huma għalliema kkwalifikati u kemm minnhom huma supply? Fir-rigward tal-għalliema (kwalifikati u dawk supply) fl-iskejjel sekondarji, jista’ jindika ta’ liema suġġetti huma? Jista’ jgħid ukoll kemm klassijiet fl-iskejjel primarji u kemm klassijiet fl-iskejjel sekondarji jinsabu mingħajr għalliema għal kull suġġett?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Skola Primarja A Fgura – Tenders u kwotazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm ħarġu tenders / kwotazzjonijiet marbuta ma’ xogħlijiet fl-Iskola Primarja A tal-Fgura u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull dokument tal-offerta kemm jekk tender u anke jekk kwotazzjoni li ġew ppubblikati f’dan iż-żmien?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi kien hemm total ta’ 24 tender/kwotazzjoni fl-iskejjel Primarja A u B tal-Fgura.
Skola Primarja B Fgura – Tenders u kwotazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar għaxar snin kemm ħarġu tenders / kwotazzjonijiet marbuta ma’ xogħlijiet fl-Iskola Primarja B tal-Fgura u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull dokument tal-offerta kemm jekk tender u anke jekk kwotazzjoni li ġew ppubblikati f’dan iż-żmien?
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-palk tas-Sala tal-Iskola Primarja A/B tal-Fgura huwa sigur (safe) sabiex jintuża skont il-bżonn tal-iskola? Jista’ jgħid ukoll x’manutenzjoni saret fuq dan il-palk f’dawn l-aħħar għaxar snin u jipprovdi ċertifikazzjoni riċenti mingħand persuna awtorizzata u kompetenti fejn jiddikjara li dan il-palk huwa sigur (safe) sabiex jintuża u jitilgħu fuqu t-tfal?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Skola Primarja tal-Fgura — Faċilitajiet Breakfast Club
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’faċilitajiet hemm fl-Iskola Primarja A/B tal-Fgura bħal kċina u faċilitajiet oħrajn relattivi għal dawk l-istudenti li jattendu l-Breakfast Club? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex minnu li dawn l-istudenti peress li m’għandhomx fejn jieklu, qed jittieħdu jieklu fil-Gym tal-Iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.