Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5679 u tgħid kemm ġew mibnija farm roads f'Għawdex mill-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Liema kienu dawn il-farm roads? Kemm kien it-tul f'metri ta' kull farm road? X'tip ta' xogħol sar fuq kull farm road u kemm sewa x-xogħol fuq kull farm road?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5679, minħabba li bħalissa xi files huma suġġetti għal investigazzjoni, l-informazzjoni ma tistax tinġabar kollha.
Ministeru għal Għawdex – Dipartimenti u Entitajiet – każijiet ta’ dixxiplina
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5643, tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom? Jekk fl-affermattiv, x' kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ħaddiema bi kwalifiki minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fil-preżent, f'kull uffiċċju, Dipartiment u entità li taqa’ fid-dekasteru tagħha kemm hemm ħaddiema li għandhom xi kwalifika minn istituzzjonijiet edukattivi terzjarji rikonoxxuti f' Malta jew barra minn Malta? F'kull każ x’inhu l-grad tal-ħaddiem u x'inhi l-kwalifika li għandu u f’liema uffiċċju, dipartiment jew entità jaħdem?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw vetturi, sia dawk proprjetà tal-Gvern, dawk mikrija kif ukoll dawk privati li jappartjenu lill-Higher u Senior Management fil-Ministeru, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha, għal xogħol uffiċjali minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista' għal kull vettura tagħti break down tal-ispejjeż involuti f'dak li hu fuel, tiswijiet u manutenzjoni, tibdil ta' parts u ħasil u tindif tal-istess vettura?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – Għasri – Triq Wied il-Għasri – irranġar ta’ triq
Question
Peress li Triq Wied il-Għasri, fl-Għasri, Għawdex għandha bżonn tiġi rranġata għax għadha tat-torba u qatt ma ġiet asfaltata u peress li din tinsab kollha ħofor u qiegħda fi stat ħażin ħafna u parti minnha hija diffiċli biex tgħaddi b’karozza u meta tagħmel ix-xita jkun impossibbli biex tgħaddi bil-mixi minn ġol-għadajjar u peress li fil-bidu tas-sajf il-Kunsill tal-Għasri pprova jimla t-toqob iżda din it-triq għandha bżonn li tiġi rranġata sew għax minnha jgħaddu diversi turisti li jkun sejrin Wied il-Għasri u t-Tieqa tal-Mielħa kif ukoll din it-triq tieħdok għas-Salini u l-Bajja ta' Marsalforn u l-parti tat-triq imsemmija tibda minn wara l-Knisja tal-Patroċinju sal-kantuniera ta' Triq Ta' Ċaqra, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li din it-triq tittranġa? Jekk iva meta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talbiet imressqa mill-kunsill Lokali tal-Għasri għall-xogħolijiet ta’ toroq għall-2018 ġew milqugħha kollha. L-ebda triq indikata mill-Onor. Interpellant ma kienet inkluża fit-talba li saret.
Ministeru għal Għawdex – social media advertising — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ Numru 2418- Social Media advertising.pdf
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5605, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija parlamentari dwar il-direct orders li ngħataw bejn Marzu 2013 sal-lum, mid-direttorati u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li l-valur tagħhom ma kienx jobbliga lill-Ministeru jippubblikahom? Tista’ tgħid ukoll lil min ingħataw u kemm kien l-ammont ta’ flus għal kull direct order? Tista’ tagħti dan it-tagħrif xahar b’xahar u sena b’sena?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm u għad hemm periti u min huma dawn il-periti li ma jaħdmux mal-Gvern jew mal-Ministeru għal Għawdex imma qed jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Ministeru minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Tista' tgħid ukoll x’tip ta’ xogħol għamlu jew qed jagħmlu u fuq liema proġetti ħadmu jew qed jaħdmu? Kif intgħażlu dawn il-periti? B'liema rata tħallsu jew qed jitħallsu u kemm tħallsu s’issa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba parlamentari 5014, tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażel il-perit li bħalissa hu inkarigat mill-bini tad-Dar tal-Anzjani ġewwa Għajnsielem? Tista’ tgħid kemm qed jitħallas għal kull siegħa xogħol li jagħmel? Tista' tgħid kemm tħallas s’issa dan il-perit bħala somma globali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perit inkarigat għandu esperjenza vasta fid-djar tal-anzjani u kien inkarigat minn diversi amministrazzjonijiet differenti biex jaħdem fuq proġetti simili. Intgħażel permezz ta’ direct order awtorizzata mill-Ministeru tal-Finanzi. Din il-kumpanija qed titħallas bir-rata ta’ EUR 25 fis-siegħa (VAT eskluż). Sa issa tħallset is-somma ta’ EUR 27,900 (VAT eskluż), li kienu jkopru xogħol ta’ tibdil sostanzjali fil-pjanti, applikazzjoni ġdida mal-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-proċeduri relatati kollha, superviżjoni tax-xogħol ta’ kostruzzjoni u restawr u preparazzjoni tat-tender mill-aspett tekniku kif ukoll preparazzjoni ta’ materjal viżiv dwar il-proġett.
Master Plan għal Kemmuna – konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu d-ditta tal-Periti li semmiet il-Ministru fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 5780, biex jaħdmu fuq il-Master Plan ta' Kemmuna? Kemm qed jitħallsu għal kull siegħa xogħol li għamlu dawn id-ditta ta' Periti, u kemm tħallsu s’issa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li Kemmuna hi sit sensittiv, dan il-Ministeru għażel permezz ta’ direct order lill-Kumpanija Doric Studios li ghandha esperjenza dwar accessibilta’. Din il-kumpanija qed titħallas bir-rata ta’ €25 fis-siegħa (VAT eskluż). Sa issa tħallset is-somma ta’ €8,000 (VAT eskluż), li jkopru spejjeż ta’ studju, disinjar, rapprezentazzjonijiet u laqgħat mal-awtoritajiet kif ukoll materjal awdjo viżiv.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5794, tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri qed jieħu l-Ministeru biex jiġu żgurati soluzzjonijiet dejjiema rigward ir-rimi tal-iskart tal-baqar u l-majjali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma u l-Water Services Corporation li wasslu fi stadju avvanzat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5130 u tgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb, Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf 2018 u jekk le meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li x-xogħolijiet kienu qed isiru mill-Water Services Corporation, il-Ministeru qed jiddiskuti mal-istess Water Services Corporation biex ikun jista’ jsir ix-xogħol fl-iqsar żmien possibbli.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3405 u 5680 u tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tipprovdi ċifra globali separatament għal kull entità u dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tagħha?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5680.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inxtara equipment tal-isports għal Gozo Sports Complex sena b'sena minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm minn dan l-equipment inxtara permezz ta’ tender u kemm inxtara permezz ta’ direct order, kif ukoll mingħand min inxtara u kemm kien il-valur? Tista' tgħid ukoll min ta l-awtorizzazzjoni u approva li jinxtara dan l-equipment tal-isports għal Gozo Sports Complex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 5915 Equipment tal-isports.pdf
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jkun hemm canteen għall-ħaddiema u l-qraba tal-pazjenti ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex peress li l-canteen li kien hemm qabel, twaqqa’ aktar minn sena ilu biex minfloku tinbena l-iskola ta’ Barts u sal-lum l-Isptar ta' Għawdex għadu bla canteen?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid minn min se jiġi determinat liema toroq se jsiru mill-Aġenzija tat-Toroq? Tista' tgħid jekk hiex se taħtar xi kumitat speċifikament biex jagħmel dan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ix-xogħolijiet ta’ toroq li jridu jsiru f’Għawdex huma estensivi ħafna wara tant snin ta’ telqa.
Diġa’ kien hemm dikjarazzjonijiet pubbliċi li x-xogħol li ser isir f’Għawdex ser isir b’konsultazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex. Ix-xogħolijiet li saru li qed isiru fl-2018 permezz ta’ Proġett Għawdex – Toroq fil-Lokalita’ Tiegħek, saru b’konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema livell se jkun involut il-Ministeru għal Għawdex fl-Aġenzija tat-Toroq sabiex tassigura li l-bżonnijiet u l-prijoritajiet tat-toroq f'Għawdex jingħataw l-attenzjoni li verament għandhom bżonn?
Ministeru għal Għawdex – rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5607, tista’ l-Ministru tgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet fil-passat, ċjoè minn Marzu 2013 ‘l hawn, dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-postijiet tax-xogħol? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru u r-rakkmandazzjonjiet li ħarġu minnhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċerti miżuri twettqu filwaqt li oħrajn ser jitwettqu fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5755 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing f’Għawdex fl-erba’ snin li ġejjin min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex u f’liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units? Tista’ tgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħejja pjanijiet għal bini ta’ blokk flats f’Taċ-Ċawla, Ir-Rabat, Għawdex u ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorita’ tal-Ippjanar. In-numru ta’ tracking tal-Awtorità tal-Ippjanar huwa 206136.
Tista’ l-Ministru tati rendikont dettaljat ta’ kemm ġie jiswa l-avveniment Gozo Alive li sar f’Mejju 2018 u tgħid:
• Kemm ġie jiswa l-istage tal-Pjazza tat-Tokk,
• Kemm tħallas il-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u
• Kemm tħallsu l-band li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li t-tnejn daqqew fi Pjazza San Ġorġ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għal kemm ġie jiswa l-istage tal-Pjazza tat-Tokk nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6030.
Iż-żewġ bands li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, waħda daqqet Pjazza San Ġorġ, u l-oħra fi Pjazza t-Tokk, u bejniethom tħallsu €10,350.