Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti integrali mill-politika tal-Gvern.
Il-miżuri favur l-ambjent ma jistrihux fuq il-persuna iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.
Fost il-mizuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm :
· Tisħiħ tal-Green Public Procurement
· Introduzzjoni tal-Online Government, li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għal xiex jinqalgħu minn djarjom u jużaw il-karozzi
· Installazzjoni tal-panelli
· Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati ta' Identity Malta u qegħdin detailed f'Għawdex ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Dawn il-ħaddiema jaqgħu taħt il-collective agreement ta' Identity Malta jew taċ-Ċivil? Jista' jgħid liema huma l-entitajiet jew dipartimenti f'Għawdex li jagħmlu xogħol għal Identity Malta iżda huma parti mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li bejn entitajiet u dipartimenti tal-gvern ma teżistix sistema ta’ detailing iżda jeżisti posting. Ġejt infurmat li Identity Malta għandha ħaddiem wieħed li huwa impjegat tagħha u qiegħed posted f’Għawdex. Dan il-ħaddiem jaqa’ taħt il-ftehim kollettiv ta’ Identity Malta. Minn din l-istess informazzjoni jirriżulta li d-dipartimenti li jagħmlu xogħlijiet għal Identity Malta imma jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex huma l-E-Residence Unit, l-Uffiċċju tal-Passaporti u l-Public Registry (Gozo).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta għandux ħatriet oħra jew ġiex appuntat fuq bordijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u f’dak il-każ:
(i) liema huwa dawn il-bordijiet/entitajiet?
(ii) kemm hija r-remunerazzjoni marbuta magħhom?
(iii) kemm huwa twil il-perjodu tal-ħatra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha ma kienx appuntat fuq bordijiet oħra li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’remunerazzjoni totali qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jagħmel referenza ħaliha ma jirċievi l-ebda remunerazzjoni bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9388, li kienet tirrigwardja impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f’Għawdex ta’ Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u in vista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi, u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f’Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma’ dawn l-entitajiet, u qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkunu deployed ma’ dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, u b’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 9388 fejn ingħad li l-impjegati Għawdxin mhux impjegati mislufa iżda huma uffiċjali pubbliċi taħt il-Ministeru għal Għawdex, u peress il-ħaddiema Maltin huma wkoll uffiċjali pubbliċi, u in vista tal-Artiklu 27 tal-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap 452) li jgħid li “impjegati fl-istess klassi ta’ impjieg għandhom id-dritt għall-istess rata ta’ remunerazzjoni għal xogħol ta’ valur ugwali” jista’ l-Prim Ministru ġentilment jikkunsidra li l-ħaddiema Għawdxin, li qed jagħmlu xogħol identiku, għax għandhom l-istess grad, u l-istess klassi, jingħataw l-istess drittijiet skont kif jingħad fl-Artiklu tal-liġi msemmiha?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Applikazzjonijiet għal visa – ċittadini min-Nepal, Bangladesh, Indja u Pakistan
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni saret għal visa Maltija minn ċittadini tan-Nepal, il-Bangladesh, l-Indja u l-Pakistan mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati maqsuma skont l-isem tal-applikant?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onor. Interpellant li tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenza ta’ individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ konsulenza li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament għandu man-National Development and Social Fund u/jew kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-ditta legali tal-persuna msemmija bdiet tagħmel xogħol ta’ konsulenza legali flimkien ma’ ditta legali oħra għan-National Development and Social Fund (NDSF) wara li l-NDSF għamel sejħa pubblika għal espressjonijiet ta’ interess. Sal-lum il-ħlas li sar lil dawn iż-żewġ ditti legali jammonta għal €2,700. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija m’għandha ebda konsulenza ma' xi entità oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9089 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta’ żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa’/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7787 u jgħid kemm hawn ħaddiema f’pajjiżna li għandhom il-paga minima? Kemm minnhom jaħdmu mal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa m’hemm ebda impjegat fis-Servizz Pubbliku li huwa mħallas bil-paga minima.
Dwar kemm hawn ħaddiema f’pajjizna li għandhom il-paga minima nitlob lill-Onor Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li għandhom kundizzjonijiet u pagi differenti
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8613, 9064 u 9256, li kienu jirrigwardjaw impjegati Għawdxin li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, u li għandhom pagi u kundizzjonijiet ta' xogħol differenti minn impjegati Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti li hemm f'Malta, u ċjoè fl-Uffiċċji f'Għawdex ta' Transport Malta (Liċenzji u Testijiet), ir-Reġistru tal-Artijiet, Identity Malta (Passaporti, ID Cards, Ċittadinanza) u r-Reġistru Pubbliku, u invista tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9256 fejn ġie kkonfermat li dawn l-ħaddiema huma kollha uffiċjali pubbliċi u qed jitħallsu bir-rati tas-servizz pubbliku u peress li l-ħaddiema Maltin li jaħdmu fl-istess dipartimenti f'Malta għadhom ukoll meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi li huma mislufa ma' dawn l-entitajiet, u allura qed igawdu minn dawn il-kundizzjonijiet u pagi differenti matul iż-żmien li jkun deployed ma' dawn l-entitajiet, liema kundizzjonijiet jintilfu jekk jirritornaw lura mas-servizz pubbliku, jista' l-Prim Ministrtu ġentilment jikkonsidra li l-impjegati Għawdxin, bħal sħabhom impjegati Maltin, jingħataw ukoll l-istess kundizzjonijiet ta' xogħol u pagi sakemm jibqgħu mislufa ma' dawn l-entitajiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li dawn mhux impjegati mislufa iżda huma ufficjali pubblici taħt il-Ministeru għal Għawdex
Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7520 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar l-14 ta' Lulju 2018 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li isimha qiegħed jingħata separatament u li preżenti għall-iffirmar tiegħu kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-MOU li qed jirreferi għalih għandu klawsola ta’ kunfidenzjalita u ma jistax isir pubbliku minħabba n-natura kummerċjali tiegħu, kif prattikament dejjem kienet il-prassi fi ftehimiet simili f’Malta u internazzjonalment.
Ftehim ta' kollaborazzjoni bejn il-Gvern u kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta’ kollaborazzjoni li ġie ffirmat nhar is-16 ta' April 2016 mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku f'isem il-Gvern Malti u l-kumpanija li isimha qiegħed jingħata separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-ftehim li qed jirreferi għalih għandu klawsola ta’ kunfidenzjalità u ma jistax isir pubbliku minħabba n-natura kummerċjali tiegħu, kif prattikament dejjem kienet il-prassi fi ftehimiet simili f’Malta u internazzjonalment.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — miri tal-Horizon 2020
Question
Il-miri tal-Horizon 2020 huma li:
a) tal-inqas 40% tal-persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni jkunu nisa;
b) tal-inqas 50% tal-persuni f’
advisory groups
ikunu nisa; u
c) jiżdied in-numru ta’ nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta’ deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru.
Għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri;u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identiċi.
Il-ħidma tal-gvern biex jintlaħqu dawn il-miri hija waħda kontinwa.
Nerġa' nfakkar li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f’pozizzjoni ta’ teżid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew 'il fuq, waqt li fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, hemm 426 mara.
Inżid li dan il-gvern ħadem u se jibqa' jaħdem kontra kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru fl-oqsma kollha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-età medja ta’ rġiel ta’ nazzjonalità Maltija li żżewġu fl-2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat illi r-Reġistru Pubbliku ma jiġborx din l-informazzjoni.
Intużat metodoloġija li tidentifika rġiel li żżewġu fit-2018 u li twieldu f’Malta.
Ir-riżultat li pprovdiet din il-metodoloġija huwa li l-età medja tal-rġiel hija ta’ 33 sena.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-età medja ta’ nisa ta’ nazzjonalità Maltija li żżewġu fl-2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li r-Reġistru Pubbliku ma jiġborx din l-informazzjoni.
Intużat metodoloġija li tidentifika n-nisa li żżewġu fit-2018 u li twieldu f’Malta.
Ir-riżultat li pprovdiet din il-metodoloġija huwa li l-età medja tan-nisa hija ta’ 30 sena.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – nefqa fuq reklamar fil-media
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media fl-2013, 2014, 2015,2016, 2017 u2018, xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 8042, 5646 u 2405.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9086, liema domanda kienet dwar Senior Operative IV, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jibdew jitħallsu dawk it-tmien persuni li jaqgħu taħt din il-kategorija li kienu mal-Gvern u ġew trasferiti u qegħdin jaħdmu mal-ELC u li kellhom jitħallsu b'lura mill-4 ta' Diċembru 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8791 u 8306 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess kollu tal-Grievances Boards sar bil-kunsens tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u tal-Uffiċċju tal-Ombudsman. It-tliet membri li servew fuq kull Grievances Board, inħatru abbażi ta’ proċedura sanzjonata fl-2012 mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar użu ta’ uffiċjali pubbliċi rtirati. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li f’dan il-proċess l-Uffiċċju tal-Ombudsman inżamm bħala possibbilità għall-appell f’każ li persuna ma qablitx mar-rakkomandazzjoni ta’ xi wieħed mill-Grievances Boards.
Il-Grievances Boards imwaqqfa fi ħdan il-Ministeri huma kif muri hawn taħt :
· Unit Ċentrali li kien jikkordina bejn il-Units;
· Uffiċcju tal-Prim Ministru / Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali/Ministeru għall-Affarijiet Barranin;
· Ministeru għat-Turiżmu/Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar/Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili;
· Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol;
· Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima;
· Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura;
· Ministeru għal Għawdex;
· Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali;
· Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali;
· Ministeru għall-Finanzi/Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma;
· Ministeru għas-Saħħa;
Għad-dettalji tal-membri tal-Grievances Boards nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8886.
Il-ħlas lil kull persuna fuq il-Grievances Boards għal inkariġu ta’ sena kien hekk:
Ċermen : €5,000
Membri : €4,000
In-numru ta’ każijiet li daħlu mal-Gvern kollu huwa ta’ 2,678. Intlaqgħu 62% tal-każijiet. It-total ta’ kumpens jammonta għal €956,426.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8839, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nisa f’pożizzjonijiet minn skala 1 sa skala 5 fis-servizz pubbliku kollu fl-2012 kien ta’ 244. In-numru ta’ nisa f’pożizzjonijiet fi skala 1 sa 5 fis-servizz pubbliku kollu llum huwa ta’ 426, zieda ta’ 182 fuq l-2012.
Il-miri tal-Horizon 2020 u tal-Gvern huma identici f’dan ir-rigward u se tkompli l-hidma sabiex jintlahqu l-miri medja li jissemmew fil-Horizon 2020.