Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-gvern li suppost kellu jiġi fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011? Meta mistenni li jiġi konkluż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-negozjati dwar il-Ftehim Kollettiv il-ġdid għall-Ħaddiema fis-Servizz Pubbliku jinsabu fi stadju avvanzat. Huwa ttamat li dawn in-negozjati jiġu konklużi fl-iqsar żmien possibbli.
Arms Ltd — nies li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26697 u jgħid kemm l-Arms Ltd għandha tieħu mingħand familji, lukandi, fabbriki u kumpaniji separatament li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27264.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-politika tal-Gvern attwali naqset il-voti tal-Korp tal-Pulizija matul dawn l-aħħar 10 snin b'madwar €450,000 fis-sena meta pparagunata mal-voti tal-10 snin ta' qabel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-allokazzjonijiet fl-Estimi Finanzjarji li jkopru l-infiq kapitali tal-Gvern kull sena, isiru abbażi ta’ infieq meħtieġ, kif stmat fuq proġetti li jkunu qegħdin jiġu ppjanati jew implimentati fis-sena partikolari, aktar milli jkunu ibbażati biss fuq infieq ta’ snin preċedenti. B’hekk, fil-qafas finanzjarju tal-Gvern kollu, it-tqassim tal-ispiża kapitali mad-diversi Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet jista jvarja minn sena għal sena, għaliex isir skont il-ħtiġijiet rispettivi, hekk kif jibdew u jitlestew proġetti kapitali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25522, jista' l-Ministru jara x'ġara għax minkejja li l-omm kellhom jikkuntattjawha, sal-lum ħadd ma kellimha lura?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, għalkemm pruvat diversi drabi, ARMS Ltd għad ma rnexxilhomx jagħmlu kuntatt mal-konsumatur.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 26755, filwaqt li napprezza d-diffikultà msemmija fir-risposta u b'mod partikolari minħabba l-fatt li hemm madwar 50,000 tappiera mifruxa madwar Malta, jista' l-Ministru permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jagħmel arranġament ma' Transport Malta biex almenu t-tappieri li jsiru ġodda, jitqiegħdu f'posthom b'mod li jagħmluha ferm iktar diffiċli li dawn it-tappieri jiċċaqalqu minn posthom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tipprovdi tappieri ġodda ta’ kwalità biex jitqiegħdu f’posthom b’mod tajjeb meta isir xogħol fuq it-toroq ġodda minn Transport Malta. L-arranġament msemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa kopert minn speċifikazzjonijiet fil-framework agreement għal xogħol fit-toroq.
San Pawl il-Baħar — Triq San Luqa - kwestjoni dwar bozza fit-triq
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27257, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija dwar kif jiġu riżolti problemi bejn dawk li jkunu jridu u dawk li ma jkunux iridu li bozza partikolari titwaħħal jew ma titwaħħalx fejn propost?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba li talbiet għall-bozoz ġodda isir mill-kunisilli lokali, l-Enemalta tagħmel biss vetting tal-applikazzjoni u tagħti parir fejn għandha teħel il-bozza skont it-tqassim tal-bozoz oħra fit-triq.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — rendikont dettaljat ta' sejħiet għall-Offerti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u jagħti rendikont dettaljat minn Mejju 2001 sal-lum tas-sejħiet għall-offerti li oriġinaw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u li ġew ippubblikati permezz tad-Dipariment tal-Kuntratti u f'kull każ jagħti ċ-ċifra li permezz tagħha kienet stmata kull sejħa għall-offerti u l-valur finali ta' kull proġett komplut u jekk fil-każ li kien hemm varjazzjonijiet mill-istima oriġinali, jagħti r-raġunijiet għaliex ġara dan u jgħid x'ġustifikazzjoni kien hemm għalihom?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — ħlas ta' dejn
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27066 u ċioe: B'referenza għar-Report and Financial Statements għas-sena 2010 tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitħallas il-bilanċ dovut ta' €53,135,659 f'dejn magħmul minn €41,177,558 f'long term borrowings u f'current liabilities ta' €11,870,093 meta s-sovvenzjoni mill-Gvern Ċentrali għas-sena 2011 hi ta' €6,000,000, filwaqt li jgħid b'mod dettaljat għal liema proġetti huwa relatat tali self u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Letters of Comfort maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment biex seta' sar tali self?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27445.
kwestjoni dwar numru ta' qbiela li jridu jħallsu l-bdiewa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-artijiet imsemmija fl-avviż numru 44 u 45 (mistoqsija parlamentari 27243) hux każ li l-applikant hu ċenswalist jew jekk hux każ ta' dritt għaċ-ċens minħabba servitu? F'dan il-każ, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dritt tal-ewwel rifjut ġiex dikjarat fis-sejħa għall-offerti? Jista' jgħid x'permess inħareġ mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq din l-art agrikola u jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Tender Committee tad-Dipartiment, kif ġew appuntati u jekk hux qegħdin jitħallsu għal din in-nomina?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fiż-żewġ każi kien hemm applikazzjoni għall-kiri tal-art li ma kinitx mikrija. Iż-żewġ applikanti ġabu l-permess tal-MEPA sabiex iż-żewġ biċċiet art ikunu jistgħu jiġu mikrija bħala raba’. F’ebda sejħa ma kien hemm iddikjarat ir-right of first refusal, madanakollu it-Tender Committee tista’ tirrakomanda ir-right of first refusal skont il-Policy tad-Dipartiment tal-Artijiet.
Kopja taż-żewġ permessi tal-MEPA qegħdin jiġu impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-membri tat-Tender Committee huma d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern is-Sur Iman Schembri, is-Sur Alfred Bezzina, il-Perit Anton Żammit, is-Sur Anthony Cachia mid-Dipartiment tal-Kuntratti u Marita Portelli Segretarja. Dawn ġew appuntati mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji ż-Żgħar u l-Artijiet.
Ebda wieħed minn dawn il-membri ma jitħallas għan-nomina tagħhom fuq dan il-Kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 kemm kien in-numru ta' tax payers li ġew issentenzjati l-ħabs għaliex ma onorawx il-pagamenti dovuti għal taxxa tal-VAT? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-sena 2009 u 2010 separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja.
Buġibba — Triq ħdejn il-breakwater - ħsara fil-cable
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex il-bozza li hemm fit-triq, eżatt fil-bidu tal-breakwater il-kbir fix-xatt ta' Buġibba, li ilha bil-ħsara diversi ġimgħat tissewwa, billi jidher li hemm xi problema bil-cable tal-istess bozza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-manutenzjoni meħtieġa għandha ssir fl-aqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għall-bozoz ġodda li għad iridu jiġu approvati mill-Korporazzjoni Enemalta? Fejn huma dawn it-talbiet li għadhom pendenti, għal dak li jirrigwarda s-7, 11 u 12-il distrett elettorali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li din ilha ma tircievi l-kont mill-Arms Ltd minn Settembru 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lil ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa tal-boll iżjed minn dik imħallsa mal-kuntratti ta' trasferiment ta' proprjetà bħala riżultat ta' stimi magħmula minn periti tal-gvern fl-2008, 2009, 2010 u fl-ewwel sitt xhur tal-2011? Kemm kien id-dħul tal-gvern minn multi relattivi fl-istess perjodi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul tal-Gvern mit-taxxa tal-boll iżjed minn dik imħallsa mal-kuntratti ta' trasferiment ta' proprjetà bħala riżultat ta' stimi magħmula minn periti tal-gvern kien ta’ €103,883.55 fl-2008, €1,241,899.06 fl-2009, €1,924,243.66 fl-2010 u €77,879.62 fl-ewwel sitt xhur tal-2011.
Id-dħul tal-Gvern minn multi relattivi fl-istess perjodi kien ta’ €51,275.11 fl-2008, €446,444.75 fl-2009, €583,668.80 fl-2010 u €21,068.08 fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tad-Dipartiment tal-Artijiet mill-bejgħ tal-proprjetà matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 kull sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-Ministru gie kkwotat minn The Times tal-5 ta’ Lulju 2011 li ma jara l-ebda konflitt ta’ interess fir-rwol tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, bħala Chairman tal-Bank of Valetta u tal-famuża Valletta Fund Management Ltd, kif ukoll ta’ direttur tal-Air Malta, jista' l-Ministru jikkonferma li ma jezistu l-ebda faċilitajiet ta’ kreditu teknikament unsecured li l-Bank jista’ qed jestendi lil Air Malta bi ksur ta’ dak li jipprovdi Artiklu 15(1) tal-Banking Act, taħt it-titlu Prohibited Transactions?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Arms Ltd — nies li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Arms Ltd għandha tieħu mingħand familji, lukandi, fabbriki u kumpaniji separatament li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27264.
Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jitlob għal żieda fil-fondi allokati għall-enerġija rinovabbli għall-implimentazzjoni ta' dik li hija msejħa Strategic Energy Technology Plan li tinkludi research and development fuq enerġija nadifa kif ukoll għal funding ġdid u addizzjonali biex isostnu l-wegħdiet tal-Unjoni Ewropea f'Copenhagen u f'Cancun, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern Malti dwar dan u jekk jaqbilx fil-prinċipju dwar żieda f'din it-tip tal-allokazzjoni għall-budget tal-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi talbiet għall-finanzjament ġdid jew żieda fil-livelli ta’ finanzjament kurrenti, jiġu evalwati sabiex jiffurmaw parti mill-proċess annwali tal-baġit. Għalhekk, f’dan il-każ ukoll, it-talba li għaliha qiegħed jirreferi l-Onorevoli interpellant tiġi kkunsidrata fil-qafas tal-parametri tal-baġit, skont ir-riżorsi finanzjarji.
policy tal-Air Malta dwar impjegati li jaħdmu part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Air Malta dwar impjiegi part-time ta’ impjegati tagħha ma’ aġenziji oħra tal-gvern? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li għandhom permess mill-Air Malta biex ikollhom impjieg part-time ta’ dan it-tip u fil-futur se jibqgħu jingħataw permessi simili?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-policy tal-Air Malta dwar l-impjieg part-time hi l-istess bħal impjieg mal-gvern jew privat. L-impjegati li jridu jaħdmu part-time għandhom bżonn permess mill-kumpanija. Il-permess jingħata skont kriterji stabbiliti. Bħalissa l-Air Malta m’għandhiex impjegati tagħha ma’ aġenziji oħra tal-gvern fuq bażi part-time.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26566, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien in-numru ta' każijiet fejn iġġedded iċ-ċens tar-raba' matul l-2010? F'kemm mill-każijiet fejn seħħ it-tiġdid taċ-ċens, fil-fatt kien hemm bidla bejn dak li ċ-ċens kienu fuqu qabel u dawk li llum ingħataw iċ-ċens il-ġdid minħabba li kienu qed jaħdmu r-raba' konċernat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda każ fejn iġġeded iċ-ċens tar-raba’, wara li l-istess ċens tar-raba’ skada.