Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Elettriku – Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan is-Sezzjoni tal-Elettriku tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema jokkupaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħamsa u għoxrin persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Elettriku fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
· Principal Technical Officer
· Senior Technical Officer
· Technical Officer
· Assistant Technical Officer
· Senior Foreman
· Foreman
· Senior Tradesman
· Tradesman
· Supervisor
· Heavy Plant Driver
· Generation Officer (ERL)
· Electrical Technician (ERL)
· Electrical Fitter (RSSL)
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Sezzjoni tal-Plumbing — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tal-Plumbing tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tnax-il persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Plumbing fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
· Senior Technical Officer
· Assistant Technical Officer
· Senior Tradesman
· Tradesman
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Sezzjoni tal-Mastrudaxxi — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tal-Mastrudaxxi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tmienja u għoxrin persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Mastrudaxxi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
· Senior Technical Officer
· Foreman
· Assistant Technical Officer
· Senior Tradesman
· Tradesman
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Sezzjoni tat-Traffic Lights u Sezzjoni tal-Belisha Lights — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa s-Sezzjoni tat-Traffic Lights u s-Sezzjoni tal-Belisha Lights fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi rispettivi tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erbgħa u għoxrin persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tat-Traffic Lights u s-Sezzjoni tal-Belisha Lights fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Senior Technical Officer
• Technical Officer
• Senior Tradesman
• Store Officer (ERL)
• Generation Officer (ERL)
• Senior Operator – Turbo (ERL)
• Senior Aviation Crewperson (ERL)
• Senior Mechanical Technician (ERL)
• Senior Operator Boiler (ERL)
• Senior Operator (ERL)
• Plant Maintenance Officer (ERL)
• Senior Electrical Officer (ERL)
• Rigger (ERL)
• GIS District Support Officer (ERL)
• Multi Skilled Tradeperson (ERL)
• Senior Welding Technician (ERL)
• Assistant Distribution Tradesman (ERL)
• Print Cont & Instrum Officer (ERL)
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direttorat tal-Manifattura u Servizzi – Sezzjoni tal-Manutenzjoni — Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan is-Sezzjoni tal-Manutenzjoni li taqa’ taħt id-Direttorat għall-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sbatax-il persuna jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Manutenzjoni li taqa’ taħt id-Direttorat tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet sabiex jissewwew il-ħsarat u x-xogħol li sar ħażin fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibda dan ix-xogħol?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix xogħol fuq it triq tal pjazza ta’ Raħal Ġdid mhux talli beda talli wasal biex jitlesta. Hekk kif assumejt ir-rwol il-ġdid tiegħi ftit tal-ġimgħat ilu, rajt illi jiġu intensifikati u konklu¿i id- diskussjonijiet illi kienu bdew bejn l- awtoritajiet ikkonċernati. Ovvjament se nieħdu l-opportunita’ biex nkomplu naħdmu biex intejbu d-dehra u se nkomplu ninvestu f’dan iċ-ċentru li huwa għal qalb ta’ ħafna nies.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża sabiex tissewwa l-ħsara li hemm fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Infrastructure Malta allokat budget ta’ 750,000 euro għal din is-sena biex ikunu jistgħu jsiru interventi ta’ titjib u tisbieħ fil-pjazza Ta’ Raħal Ġdid.
B’referenza għall-proġett hekk imsejjaħ ta’ tisbiħ tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-kuntratturi tħallsux kollha? Jista’ jgħid ukoll kemm inżammu flus għal xogħol ħażin li sar?
San Ġiljan / Il-Gżira — manutenzjoni tal-promenade
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan ta’ manutenzjoni tal-promenade minn San Ġiljan sal-Gżira sabiex isiru xogħlijiet ta’ tibdil ta’ railings, bollards u lamp posts, fost bżonnijiet oħra, qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser ikun qed jassisti lill-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi biex jinbidlu tnejn u sebgħin lampa matul il-promenade ta’ San Ġiljan ma’ lampi LED iżjed effiċjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn garaxxijiet liċenzjati f’Malta u f’Għawdex biex jagħmlu t-testijiet tal-VRT?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta hemm 37 (sebgħa u tletin) garaxx liċenzjat biex jagħmel it-testijiet tal-VRT, filwaqt li ġewwa Għawdex hemm 6 (sitta).
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-junction il-ġdida mħabbra għal Swieqi-San Ġiljan? Jista' wkoll juri r-rotta li minnha jistgħu jgħaddu r-roti li jkunu jridu jgħaddu minn din il-junction?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti proposti li se jiġu mressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fil-ġranet li ġejjin. Fost l-oħrajn, f'dawn il-pjanti qed tiġi indikata r-rotta ta' mobiltà attiva b'bankini ġodda u crossings li se jkunu disponibbli għal min irid jaqsam min-naħa tas-Swieqi għal San Ġiljan u viċi versa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk operatur ta' vetturi bil-Y-plates, li jopera minn karozza waħda sa erbgħa, għandux bżonn Public Service Garage (PSG) jew le?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li operatur ta’ vetturi żgħar għall-ġarr ta’ passiġġieri għandu l-bżonn li jissodisfa l-kriterji elenkati fir-Regolamenti 5(d) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.68 sabiex jkun jista’ jopera minn vettura waħda sa erba’.
Vetturi bil-Y-plates – Rekwiżiti u permessi biex jopera minn garage privat
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti u l-permessi li għandu bżonn, biex operatur ta' vetturi bil-Y-plates, li jopera minn karozza waħda sa erbgħa, jopera mill-garage privat tiegħu, dejjem meta dan il-garage ikun jista' jakkomoda l-karozzi kollha li qed jopera bihom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li operatur ta’ vetturi żgħar għall-ġarr ta’ passiġġieri għandu bżonn jissodisfa l-kriterji elenkati fir-Regolamenti 5(d) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.68 sabiex jkun jista’ jopera minn vettura waħda sa erba’. L-istess Leġislazzjoni Sussidjarja tipprovdi li l-faċilità fejn dawn it-tip ta’ vetturi jistgħu jiġu ggaraxxjati għandu jkun post li mhux fit-triq, u li fih l-ipparkjar jew l-iggaraxxjar fih ta’ vetturi bil-mutur huwa permissibbli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy li biha persuna tikkwalifika għal parkeġġ riservat personalizzat? Jista’ jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji biex tali permess jinħareġ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Avviż Legali 174 tal-2018, sabiex persuna tikkwalifika għall-Parkeġġ Riservat Personalizzat trid tkun tuża s-Siġġu tar-Roti jew ikollha Kundizzjoni Inkontrollabbli.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni li telenka kemm-il policy kif ukoll tispjega l-proċedura.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir id-drenaġġ li ilu mwiegħed għal numru ta' snin fil-parti tal-Bokka taċ-Ċarċara fl-Imġarr, viċin ta’ Kastell Zammitellu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Birżebbuġa minn Infrastructure Malta matul is-sena 2024 u x'tip ta' xogħlijiet ser isiru f'kull triq li ser issir, jekk hux ser jinbidlu xi servizzi u liema u f'liema minn dawn it-toroq ser isiru water culverts u service ducts biex is-servizzi li bħalissa għaddejjin mal-faċċati tad-djar jgħaddu minnhom? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tkun qed taħdem fuq numru ta’ toroq skont prioritajiet mgħotija lilha mill-kunsill rispettiv. F’kull każ, qabel jibda ix-xogħol, isir proċess ta’ konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex proposti tagħhom fejn jirrigwardja infrastruttura ta’ servizzi jiġu nklużi fil-proġett rispettiv. Infrastructure Malta twettaq dawn il-proposti kif mressqa mill-entitajiet kompetenti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta' Ħal Safi minn Infrastructure Malta matul is-sena 2024 u x'tip ta' xogħlijiet ser isiru f'kull triq li ser issir, jekk hux ser jinbidlu xi servizzi u liema u f'liema minn dawn it-toroq ser isiru water culverts u service ducts biex is-servizzi li bħalissa għaddejjin mal-faċċati tad-djar jgħaddu minnhom? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tkun qed taħdem fuq numru ta’ toroq skont prioritajiet mgħotija lilha mill-kunsill rispettiv. F’kull każ, qabel jibda ix-xogħol, isir proċess ta’ konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex proposti tagħhom fejn jirrigwardja infrastruttura ta’ servizzi jiġu nklużi fil-proġett rispettiv. Infrastructure Malta twettaq dawn il-proposti kif mressqa mill-entitajiet kompetenti.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Qrendi minn Infrastructure Malta matul is-sena 2024 u x'tip ta' xogħlijiet ser isiru f'kull triq li ser issir, jekk hux ser jinbidlu xi servizzi u liema u f'liema minn dawn it-toroq ser isiru water culverts u service ducts biex is-servizzi li bħalissa għaddejjin mal-faċċati tad-djar jgħaddu minnhom? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tkun qed taħdem fuq numru ta’ toroq skont prioritajiet mgħotija lilha mill-kunsill rispettiv. F’kull każ, qabel jibda ix-xogħol, isir proċess ta’ konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex proposti tagħhom fejn jirrigwardja infrastruttura ta’ servizzi jiġu nklużi fil-proġett rispettiv. Infrastructure Malta twettaq dawn il-proposti kif mressqa mill-entitajiet kompetenti.