Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tfajliet taħt it-18-il sena li kellhom korriment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfajliet taħt it-18-il sena li kellhom korriment (miscarriage), sena b’sena, bejn l-2013 u l-2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numri ta’ tfajliet taħt it-tmintax il-sena li ddaħlu l-Isptar Mater Dei bejn 2013 u 2023 (sa Ottubru) fejn miscarriage ġiet irregistrata bħala discharge diagnosis, maqsumin sena b’sena jinsabu fit-tabella hawn taħt: Sena Persuni 2013 4 2014 1 2015 1 2016 6 2017 4 2018 5 2019 2 2020 4 2021 0 2022 4 2023 (Jan-Oct) 0

Mammogram Screening Office — Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li meta mara ċċempel l-iscreening office fil-Furjana biex tagħmel appuntament għal mammogram, dan mhux qed jingħata, għax hemm lista twila ta’ pazjenti jistennew?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17993.

Mammogrammi – Maltin jintbagħtu Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jintbagħtu Maltin biex jagħmlu t-test tal-mammogram ġewwa Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li peress li m'hemmx ħin ta' stennija għall-iskrinjar fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, noffru din il-possibbiltà lil dawk in-nisa li ma jkunux għaddew il-perjodu rakkomandat mill-iskrinjar preċedenti tagħhom u jċemplulna huma stess minkejja li ma jkunx imisshom.

Mammogram Screening Office – Dewmien biex jingħata appuntament għall-mammogram

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li meta pazjenta ċċempel l-iscreening office fil-Furjana tiġi mgħarrfa li ser tkun ikkuntattjata fix-xhur li ġejjin u ma tingħatax indikazzjoni kemm ser tkun twila l-istennija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li meta mara iċċempel min rajha biex tagħmel appuntament qabel ma jmissha skond il-perjodu rakkomandat mill-aħħar test, tiġi offruta l-possibilità li tagħmel it-test fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fejn m’hemmx ħin ta’ stennija, jew inkella tistenna sakemm ikun imissha, u jsirilha t-test f’Malta.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti ta’ xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17293, 17646 u 17794 u jgħid jekk il-kuntratti li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kinux approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Plakka tal-inawgurazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17777, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-plakka tal-Inawgurazzjoni li ġġib l-ismijiet ta’ Dr. George Hyzler u Dr. Louis Galea li tinsab fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, hijiex ser titneħħa mix-shaft ta’ servizzi li fih tpoġġiet u titpoġġa fil-post fejn kienet jew post prominenti ieħor?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17777.

Proġett tal-Outpatients

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17792, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Outpatients li suppost kien qed jaħdem fuqu s-sid tal-kumpanija msemmija? Jista’ jgħid ukoll jekk l-individwu kienx impjegat direttament fuq livell personali jew jekk kienx qed jagħti servizz f’isem il-kumpanija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16352.

Dementia Intervention Team — Interventi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi mid-Dementia Intervention Team sa mit-twaqqif tiegħu? Jista' jgħid ukoll kemm-il care plan qed jingħata bħalissa minn dan it-tim u jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti li għad iridu jiġu pproċessati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta twaqqaf id-Dementia Intervention Team sa Frar ta’ din is-sena, it-tim wettaq 8,365-il żjara fid-djar, filwaqt li wettaq 46,737-il intervent permezz tat-telekomunikazzjoni. Bħalissa dan it-tim speċjalizzat qed jagħti appoġġ lil 986-il każ uniku li jgħixu fil-komunità. Applikazzjonijiet ġodda biex jiġu pproċessati m’hemmx pendenti. L-applikazzjonijiet jiġu vvalutati fiż-żmien stipulat.

Birżebbuġa – Berġa permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà fejn illum hemm il-berġa permanenti f’Birżebbuġa, hijiex proprjetà tal-Gvern jew tal-privat, u jekk tal-privat kemm ser ikun qiegħed iħallas il-Gvern għal dan il-post?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-sit il-ġdid tal-Klinka fil-Kommunita’ ta’ Birżebbuġia ntgħażel wara li saret sejħa pubblika għall-offerti. Il-ħlas tal-kera huwa ta’ €12,000 fis-sena.

San Ġiljan — Community clinic

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari fejn intqal li fl-aħħar ta’ April kellha tinfetaħ community clinic ġewwa San Ġiljan, jista’ l-Ministru jagħti update ta’ meta din ser tinfetaħ?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14646.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, talabx ħlas doppju għall-istess ħin li hu kien xogħol, billi ddikjara numru ta’ sigħat minnhom bħala ‘overtime’?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fejn instab li kien hemm xi abbuż, ittieħdu l-passi neċessarji.

Sptar Mater Dei – Każ ta’ awtopsja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17247, peress li jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Qorti li qed issir referenza għaliha f’din it-tweġiba tikkonċerna unikament ir-rifjut tat-talba tal-familja għal Inkjesta Magisterjali u ma tipprovdi xejn dwar dak li hemm fil-mistoqsija, jista’ l-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija 17247 u jgħid għalfejn l-Isptar Mater Dei għadu qed jirrifjuta li jħalli lill-familja tagħmel awtopsja fuq l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u dan tmien xhur wara li ġie nieqes fil-5 ta’ Lulju 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li in vista tal-fatt li mindu saru id-domandi, daħal rikors kif ukoll talba għall-miżura quddiem il-Prim Awla Sede Qorti Kostituzzjonali. Għaldaqstant mhux il-waqt li wieħed għandu jesprimi ruħu fuq opinjoni kif ukoll fuq fatti sabiex bl-ebda mod ma jiġi nfluwenzat l-andament tal-proċeduri legali fil-mument li għaddejjin bħalissa fl-istess qorti.

Talba għal awtopsja privata fuq individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17248, peress li jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Qorti li qed issir referenza għaliha f’din it-tweġiba tikkonċerna unikament ir-rifjut tat-talba tal-familja għal Inkjesta Magisterjali u ma tipprovdi xejn dwar dak li hemm fil-mistoqsija, jista’ l-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija 17248 u jgħid fuq liema bażi t-talba tal-familja għal awtopsja privata qed tiġi injorata u x’qed jistenna l-Isptar Mater Dei sabiex jirrilaxxa l-katavru tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal dan l-iskop?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17756.