Marsaxlokk – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Marsaxlokk u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Marsaxlokk ġew mislufa 21,644 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 11,188 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Il-librerija ngaħtat erba’ mija tmienja u sebgħin (478) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mitejn disgħa u sittin (269) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Contracts of service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Kunsilli Lokali – Involviment tal-Anzjani fil-komunità
Question
Jista’ l-Ministru jindika dawk il-Kunsilli Lokali li fil-preżent qed jinvolvu lill-anzjani tal-lokalità tagħhom biex jipparteċipaw aktar għall-benefiċċju tar-residenti fejn joqogħdu? Kif qegħdin il-Kunsilli Lokali jinvolvuhom l-anzjani?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li peress li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li tali informazzjoni tingħata mill-Kunsilli Lokali rispettivi, din l-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.
Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldeska – irranġar taż-żona tal-madwar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20719, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu tul is-sena li ġejja fit-toroq madwar il-Knisja ta’ San Ubaldeska f’Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li qed jiddiskuti ix-xogħol li hemm b¿onn fit-toroq tal-lokalita, fosthom dawk imsemmija, ma’ Infrastruttura Malta.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16360, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi hemm tnax-il parkeġġ riżervat fil-Belt Valletta.
Wied il-Għajn – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Wied il-Għajn u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Wied il-Għajn ġew mislufa 14,711-il ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 9,179 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Il-librerija ngħatat mitejn wieħed u tmenin (281) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija disgħa u isttin (169) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Żejtun – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika fiż-Żejtun u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika taż-Żejtun ġew mislufa 13,713-il ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 10,314-il ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Il-librerija ngħatat seba’ mija disgħa u erbgħin (749) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija tlieta u ħamsin (153) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Il-Fgura – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika fil-Fgura u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika tal-Fgura ġew mislufa 9,110 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 6,185 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Il-librerija ngħatat tliet mija tiemnja u disgħin (398) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija sitta u għoxrin (126) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Raħal Ġdid – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Raħal Ġdid u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Raħal Ġdid ġew mislufa 25,367 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 16,633 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Il-librerija ngħatat mitejn u disgħin (290) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija ħamsa u tmenin (185) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Ħal Tarxien – Librerija Pubblika – xiri jew donazzjonijiet ta’ kotba
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika f’Ħal Tarxien u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika ta’ Ħal Tarxien ġew mislufa 892 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 235 ktieb bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Il-librerija ngħatat tliet mija tmienja u ħamsin (358) ktieb b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mitejn sebgħa u ħamsin (257) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Mill-1 ta’ Marzu 2021, il-Librerija ta’ Ħal Tarxien ingħalqet temporanjament mill-Kunsill Lokali rispettiv sabiex isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni.
Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - studju dwar pavimentar
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-ġimgħat li ġejjin ser isir xogħol ta’ studju dwar il-pavimentar ta’ Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kumpanija li ntażgħlet permezz ta 'call for quotations' li ser tistudja l-pavimentar tkun tista tibda x-xogħol appena Transport Malta jinfurmawha li dan jista jibda.
Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – pavimentar ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-pavimentar tal-porfido fi Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid se jinqala’ mill-ġdid fl-2022?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dalwaqt ser jibdew isiru testijiet tal-porfido fit-triq imsemmija sabiex jinstab jekk il-ħsarat ta’ din il-parti tat-triq ġietx ikkawżata purament mit-traffiku voluminuż jew għaliex din ma nbnietx sew. Minn hemm jittieħdu d-deċiżjonijiet bl-iskop li fil-2022 din il-parti tat-triq (porfido) tiġi rranġata.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li matul is-sena 2019 u sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, organizzaw attivitajiet sportivi fil-lokalitajiet tagħhom? X’attivitajiet ġew organizzati u meta saru dawn l-attivitajiet?’
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li peress li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant jeħtieġ li tali informazzjoni tingħata mill-Kunsilli Lokali rispettivi, din l-informazzjoni għalhekk ser tingħata f’xi seduta oħra.
Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex — Triq Santa Marija - ħsarat fit-triq minħabba maltemp
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex sabiex tiġi ripristinata ż-żona fejn hemm il-bandli fi triq Santa Marija, Marsalforn li sofriet ħsara kbira fil-maltemp ta' dan l-aħħar u tinsab magħluqa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Ġimgħa, 12 ta' Novembru 2021 fit-8.00 ta' filgħodu beda jinqala' r-rubber safety tiles sabiex jitranġa dan il-playing field u jitnaqqas kull perikolu. Il-Kunsill ukoll applika għal SPI/SCI/2/2021 - Finanzjament għal ¯vilup u Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Playing Fields kif ukoll għal fondi Proġetti fil-Kommunitajiet tal-LESA. Il-Kunsill għadu qed jistenna risposta fuq dan il-finanzjament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru f’Peppi Delceppo Ground Bormla billi bħalissa x-xogħlijiet jinsabu wieqfa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li fil-ġimgħat li għaddew, il-kuntrattur ħa ħsieb illi tiġi mwaqqa’ l-infrastruttura antika, jitneħħa l-materjal ¿ejjed u jsir invellar tas-sit skont il-ħtieġa. Huwa mistenni illi x-xogħlijiet fuq il-post jitkomplew matul Novembru 2021.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 15870 li ngħatat f’din il-leġi¿latura. Tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.
B’referenza għad-domanda parlamentari 21108, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Ġnien il-Mediterran jiġi riabilitat u kkurat kif għandu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Paola għaddej b'disskusjonijiet ma’ Parks Malta sabiex din l-entità tassisti fil-kura tal-ġnien. Apparti minn hekk il-Kunsill Lokali Paola ħadem u qiegħed fil-proċess li jdaħħal applikazzjoni l-Awtorita tal-Ippjanar sabiex isir ukoll proġett tar-riġenerazzjoni ta' dan il-ġnien; ġnien li ser jinkorpora fih fost l-oħrajn il-Covid Garden kif ukoll Dog Park.